Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2241(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0004/2016

Testi mressqa :

A8-0004/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0001

Testi adottati
PDF 335kWORD 68k
It-Tlieta, 19 ta' Jannar 2016 - Strasburgu
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski
P8_TA(2016)0001A8-0004/2016

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski (2015/2241(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski, imressqa fit-13 ta' Awwissu 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja b'rabta mal-proċedimenti li għandhom jitressqu mill-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk (Ref. Nru CAN-PST-SCW.7421.35493.2015.5.A.0475), u mħabbra fis-seduta plenarja fid-9 ta' Settembru 2015.

–  wara li kkunsidra l-fatt li Czesław Adam Siekierski rrinunzja għad-dritt tiegħu għal seduta ta' smigħ b'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u l-Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) b'konnessjoni mal-Artikolu 10b tal-Att tal-Polonja tad-9 ta' Mejju 1996 dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru jew Senatur,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0004/2016),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja għadda talba mingħand l-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew elett fir-rigward tal-Polonja, Czesław Adam Siekierski, b'rabta ma' reat skont l-Artikolu 92a tal-Kodiċi tal-Offiżi żgħar tal-20 ta' Mejju 1971 b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku Stradali tal-20 ta' Ġunju 1997; billi, b'mod partikolari, ir-reat allegat jammonta għal sewqan b'veloċità li teċċedi l-veloċità massima permessa f'żona mibnija;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju ta’ l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

C.  billi l-Artikolu 105(2) u l-Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jiddikjaraw li deputat jew senatur m’għandux jiġi soġġett għal responsabilità penali mingħajr il-kunsens tas-Sejm jew tas-Senat rispettivament;

D.  billi għalhekk tiġi r-responsabilità tal-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk l-immunità ta' Czesław Adam Siekierski għandhiex titneħħa jew le;

E.  billi l-allegat reat m'għandux rabta diretta jew ovvja mal-prestazzjoni ta' Czesław Adam Siekierski fil-qadi ta' dmirijietu bħal Membru tal-Parlament Ewropew;

F.  billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li t-talba saret bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Czesław Adam Siekierski;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Czesław Adam Siekierski.

(1) (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 1964, Wagner v Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot v Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote v Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra v De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch v Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch v Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza