Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2313(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0015/2016

Testi mressqa :

A8-0015/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/02/2016 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0030

Testi adottati
PDF 254kWORD 68k
It-Tlieta, 2 ta' Frar 2016 - Strasburgu
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz
P8_TA(2016)0030A8-0015/2016

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz (2015/2313(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz, imressqa fit-13 ta' Awwissu 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja b'rabta mal-proċedimenti li għandhom jitressqu mill-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk (Ref. No CAN-PST-SCW.7421.1209083.2014.9.A.0475), u mħabbra fis-seduta plenarja fid-29 ta' Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra l-fatt li Robert Jarosław Iwaszkiewicz irrinunzja għad-dritt tiegħu għal seduta ta' smigħ b'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) b'konnessjoni mal-Artikolu 10b tal-Att tal-Polonja tad-9 ta' Mejju 1996 dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru jew Senatur,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0015/2016),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja għadda talba mingħand l-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew elett fir-rigward tal-Polonja, Czesław Adam Siekierski, b'rabta ma' reat skont l-Artikolu 92a tal-Kodiċi tal-Offiżi żgħar tal-20 ta' Mejju 1971 b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku Stradali tal-20 ta' Ġunju 1997;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

C.  billi l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jiddikjaraw li deputat jew senatur m'għandux jiġi soġġett għal responsabilità penali mingħajr il-kunsens tas-Sejm jew tas-Senat rispettivament;

D.  billi għalhekk tiġi r-responsabilità tal-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk l-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz għandhiex titneħħa jew le;

E.  billi Robert Jarosław Iwaszkiewicz huwa akkużat li naqas milli jirrispetta l-limitu ta' veloċità f'żona fil-bini;

F.  billi l-allegata offiża m'għandhiex rabta diretta jew ovvja mal-prestazzjoni ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

G.  billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li t-talba saret bl-intenzjoni li tiġi kkawżata ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Robert Jarosław Iwaszkiewicz.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

Avviż legali - Politika tal-privatezza