Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2545(RPS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0287/2016

Testi mressqa :

B8-0287/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2016)0074

Testi adottati
PDF 255kWORD 66k
L-Erbgħa, 9 ta' Marzu 2016 - Strasburgu
L-ebda oġġezzjoni għal-miżura ta' implimentazzjoni: it-taħriġ tal-piloti, l-ittestjar u l-kontroll perjodiku għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni
P8_TA(2016)0074B8-0287/2016

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 rigward it-taħriġ tal-piloti, l-ittestjar u l-kontroll perjodiku għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (D042244/03 – 2016/2545(RPS))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (D042244/03),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-18 ta' Diċembru 2015 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 65 tar-regolament imsemmi hawn fuq,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2016, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se joġġezzjona għall-abbozz ta' regolament,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tat-23 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(4)(d) u l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, li skada fit-8 ta' Marzu 2016,

A.  billi l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni għandu l-għan li, fost affarijiet oħra, itawwal b'sena l-perjodu ta' transizzjoni eżistenti għal detenturi ta' liċenzja ta' bdot privat, mit-8 ta' April 2016 għal April 2017;

B.  billi, l-iskadenza għall-Parlament biex joġġezzjona għall-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni se tiskadi fit-23 ta' April 2016;

C.  billi d-dħul fis-seħħ tar-regolament tal-Kummissjoni sat-8 ta' April 2016 jevita lakuna ġuridika rigward is-sitwazzjoni ta' bosta eluf ta' ċittadini tal-UE li jkollhom liċenzja ta' bdot privat (PPL) maħruġa mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) tal-Istati Uniti;

D.  billi jekk id-data ma tiġix modifikata dawn il-piloti se jkunu obbligati jivvalidaw jew jikkonvertu l-liċenzja FAA tagħhom f'liċenzja tal-UE, u dan se jeħtieġ riżorsi u ħin sinifikanti kemm mill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll mill-piloti;

E.  billi l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni huma ħerqana biex jinnegozjaw proċedura simplifikata biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-konverżjoni ta' tali liċenzji ta' bdoti bejn l-UE u l-Istati Uniti, u billi din il-proċedura l-ġdida x'aktarx li ssir disponibbli għall-bdoti fit-tieni nofs tal-2016;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Avviż legali - Politika tal-privatezza