Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2016 - Strasburgu
Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja *
 Il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali ***I
 Tagħmir personali protettiv ***I
 Tagħmir li juża l-gass ***I
 Installazzjonijiet funivjarji ***I
 Oġġezzjoni għall-att delegat dwar rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għall-ikel tat-trabi
 Il-proċess ta' paċi fil-Kolombja

Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja *
PDF 251kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 dwar abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja (13060/2015 – C8-0338/2015 – 2015/0813(CNS))
P8_TA(2016)0010A8-0370/2015

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13060/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0338/2015),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0370/2015),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0419.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


Il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali ***I
PDF 338kWORD 80k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (COM(2013)0821 – C7-0427/2013 – 2013/0407(COD))
P8_TA(2016)0011A8-0133/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0821),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0427/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit, li tiddikjara li abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Novembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0133/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Jannar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali

P8_TC1-COD(2013)0407


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2016/343.)

(1) ĠU C 226, 16.7.2014, p. 63.


Tagħmir personali protettiv ***I
PDF 336kWORD 99k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir personali protettiv (COM(2014)0186 – C7-0110/2014 – 2014/0108(COD))
P8_TA(2016)0012A8-0148/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0186),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0110/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Ottubru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0148/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Jannar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE

P8_TC1-COD(2014)0108


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/425.)

(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 76.


Tagħmir li juża l-gass ***I
PDF 336kWORD 83k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tagħmir li juża l-gass (COM(2014)0258 – C8-0006/2014 – 2014/0136(COD))
P8_TA(2016)0013A8-0147/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0258),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0006/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Ottubru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0147/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Jannar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE

P8_TC1-COD(2014)0136


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/426.)

(1) ĠU C 458, 19.12.2014, p. 25.


Installazzjonijiet funivjarji ***I
PDF 335kWORD 106k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet funivjarji (COM(2014)0187 – C7-0111/2014 – 2014/0107(COD))
P8_TA(2016)0014A8-0063/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0187),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0111/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Ottubru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0063/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Jannar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE

P8_TC1-COD(2014)0107


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/424.)

(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 81.


Oġġezzjoni għall-att delegat dwar rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għall-ikel tat-trabi
PDF 432kWORD 84k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għall-ikel tat-trabi (C(2015)06507 – 2015/2863(DEA))
P8_TA(2016)0015B8-0067/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)06507),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi Internazzjonali tal-Kummerċjalizzazzjoni tas-Sostituti tal-Ħalib tal-Omm adottat mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa fl-1981(2) u s-16-il riżoluzzjoni rilevanti sussegwenti tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa u, b'mod partikolari, ir-Riżoluzzjoni 63.23 tal-21 ta' Mejju 2010, tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex 'itemmu l-promozzjoni mhux xierqa tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar u biex jiġi żgurat li l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa ma jiġux permessi għal ikel għat-trabi u t-tfal żgħar, ħlief fejn ikun provdut speċifikament, fi standards rilevanti tal-Codex Alimentarius jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali',

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' pożizzjoni tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku dwar in-Nutrizzjoni (SACN) tal-Gvern tar-Renju Unit tal-24 ta' Settembru 2007(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 u l-prinċipju ta' prekawzjoni mniżżel fih,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni naqset milli tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill ir-rapport dwar l-Ikel Maħsub għat-Tfal Żgħar ("formula"), meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 609/2013 (Artikolu 12), li hu kundizzjoni neċessarja sabiex l-istrateġiji nazzjonali jnaqqsu l-obeżità fit-tfal;

B.  billi fil-parti 3 tal-Anness I, ir-Regolament delegat jippermetti li l-ikel għat-trabi jipprovdi 30 % tal-enerġija tiegħu miz-zokkor (7.5 g zokkor/100 kcal hija ekwivalenti għal 30 kcal miz-zokkor f'100 kcal ta' enerġija);

C.  billi d-dispożizzjonijiet fil-parti 3 tal-Anness I, imorru kontra l-pariri kollha dwar is-saħħa mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)(4) - li tirrakkomanda li l-konsum taz-zokkor ħieles ikun anqas minn 10 % tal-konsum totali tal-enerġija, bi tnaqqis ulterjuri għal anqas minn 5 %tal-konsum totali ta' enerġija għal benefiċċji tas-saħħa addizzjonali - u minn kumitati xjentifiċi fl-Istati Membri, li rrakkomandaw tnaqqis sinifikanti tal-konsum totali taz-zokkor; billi l-introduzzjoni ta' tali ikel, speċjalment f'età daqshekk bikrija, x'aktarx tikkontribwixxi għal-livelli dejjem jiżdiedu ta' obeżità fit-tfal u tista' taffettwa l-iżvilupp ta' preferenzi fit-togħma fit-tfal; billi, b'mod partikolari fil-każ tat-trabi u t-tfal żgħar, il-livelli ta' zokkor miżjud għandhom jinżammu baxxi kemm jista' jkun;

D.  billi dieta ħażina hi, attwalment, bil-wisq l-ikbar kawża sottostanti ta' mard u mewt fid-dinja – ikbar mit-tabakk, l-alkoħol u n-nuqqas ta' attività fiżika kollha flimkien(5);

E.  billi d-WHO tirrakkomanda li mis-6 xahar 'il quddiem, il-ħalib tas-sider għandu jiġi kkumplimentat b'varjetà ta' ikel adekwat u sikur b'ħafna nutrijenti, filwaqt li l-melħ u z-zokkor m'għandhomx jiġu miżjuda mal-ikel kumplimentari(6);

F.  billi l-Istati Membri kollha approvaw il-Kodiċi Internazzjonali tal-Kummerċjalizzazzjoni tas-Sostituti tal-Ħalib tas-Sider adottat mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa fl-1981 ("il-Kodiċi Internazzjonali") u s-16-il riżoluzzjoni rilevanti sussegwenti tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa;

G.  billi r-Regolament (UE) Nru 609/2013 kien adottat qabel ma ġiet ippubblikata l-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar il-kompożizzjoni essenzjali ta' formuli għat-trabi u ta' formuli follow-on fil-5 ta' Awwissu 2014(7);

H.  billi l-Unjoni għandha l-obbligu li tippromwovi kwalità għolja fil-prinċipji, fl-istandards u fil-leġislazzjoni tas-saħħa pubblika fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u għandha d-dmir li tistabbilixxi qafas effettiv għall-protezzjoni tas-saħħa;

I.  billi t-trabi u t-tfal żgħar huma popolazzjoni partikolarment vulnerabbli fir-rigward tas-sustanzi kimiċi li jfixxklu s-sistema endokrinali u fir-rigward ta' kontaminanti oħra;

J.  billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija tad-WHO speċjalizzata fil-kanċer, ikklassifikat il-glifosat bħala x'aktarx karċinoġenu għall-bniedem fl-20 ta' Marzu 2015(8);

1.  Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

L-obeżità

2.  Iqis li r-Regolament delegat ma fihx miżuri suffiċjenti biex jiġu protetti t-trabi u t-tfal żgħar kontra l-obeżità u li l-livell massimu ta' zokkor permess għandu jitnaqqas b'mod sostanzjali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO;

Teknoloġiji Emerġenti

3.  Iqis li, b'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni, teknoloġiji emerġenti bħalma huma l-OĠM u n-nanoteknoloġija, li l-effetti tagħhom għadhom mhux magħrufa, għandhom jiġu pprojbiti f'ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u fl-ikel tat-trabi;

It-tikkettar

4.  Huwa tal-fehma li, b'kunsiderazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa pubblika globali, fosthom ir-Riżoluzzjoni 63.23 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, l-Istrateġija Globali tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa dwar it-Tmigħ tat-Trabi u t-Tfal iż-Żgħar u l-impatt globali ta' esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi, it-tikkettar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel għat-trabi pproċessat għandhom jagħmluha ċara li dawn il-prodotti mhumiex xierqa għat-trabi ta' inqas minn 6 xhur u li m'għandhomx jimminaw ir-rakkomandazzjoni li t-trabi jingħataw esklussivament ħalib tas-sider sal-età ta' 6 xhur; iqis, għalhekk, li t-tikkettar u l-kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu riveduti skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa dwar it-tmigħ tat-trabi u t-tfal żgħar;

It-trasparenza

5.  Iqis li, għal raġunijiet ta' trasparenza u biex tinbena l-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, il-lista tal-"laqgħat bilaterali" (inklużi d-dati tagħhom u l-parteċipanti) li l-Kummissjoni kellha mal-partijiet interessati fil-proċess ta' abbozzar tar-Regolament delegat għandha tiġi ppubblikata;

o
o   o

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq att delegat ġdid li jqis is-sejbiet tar-rieżami tal-EFSA dwar il-rekwiżiti kompożizzjonali tal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u tal-ikel tat-trabi, u evidenza xjentifika dwar l-effetti taz-zokkor miżjud u l-introduzzjoni bikrija ta' ikel ipproċessat fir-rakkomandazzjonijiet ottimali tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(2) http://www.who.int/nutrition/publications/code_english.pdf
(3) http://webarchive.nationalarchives.gov.uk/20140507013106/http://www.sacn.gov.uk/pdfs/position_statement_2007_09_24.pdf
(4) http://www.who.int/mediacentre/factsheets/fs394/en/
(5) Changes in health in England, with analysis by English regions and areas of deprivation, 1990–2013: a systematic analysis for the Global Burden of Disease Study 2013 Lancet 2015; 386: 74 Ippublikat onlajn - 15 ta' Settembru 2015.http://thelancet.com/pdfs/journals/lancet/PIIS0140-6736(15)00195-6.pdf
(6) http://www.who.int/mediacentre/factsheets/fs394/en/
(7) http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/scientific_output/files/main_documents/3760.pdf
(8) http://www.iarc.fr/en/media-centre/iarcnews/pdf/MonographVolume112.pdf


Il-proċess ta' paċi fil-Kolombja
PDF 269kWORD 83k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 b'appoġġ għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja (2015/3033(RSP))
P8_TA(2016)0016RC-B8-0041/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu favur il-paċi u d-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja,

–  wara li kkunsidra l-konnessjonijiet speċjali li jorbtu lill-UE mal-Kolombja, u partikolarment il-Ftehim Kummerċjali Plurilaterali bejn il-Kolombja u l-Perù, u l-UE u l-Istati Membri tagħha, li ġie ffirmat fi Brussell fis-26 ta’ Lulju 2012, kif ukoll il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja, iffirmat fit-2 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-punt 44 tal-Messaġġ tad-Delegazzjoni tal-PE għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana (EuroLat) lit-Tieni Summit CELAC-UE ta' Brussell dwar it-tmiem tal-kunflitt intern bejn il-Gvern tal-Kolombja u l-FARC, u d-Dikjarazzjoni ta' Brussell adottata fi tmiem it-Tieni Summit UE-CELAC, fil-11 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-UE, Federica Mogherini, dwar il-Ftehim ta' Ġustizzja Tranżizzjonali fil-Kolombja, tal-24 ta' Settembru 2015, kif ukoll id-Dikjarazzjoni tagħha tal-1 ta' Ottubru 2015, dwar il-ħatra tas-Sur Eamon Gilmore bħala Mibgħut Speċjali tal-Unjoni għall-Proċess ta' Paċi fil-Kolombja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE u l-Kolombja għandhom qafas ta’ kooperazzjoni politika, ekonomika u kummerċjali stabbilit fil-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Novembru 2009 u fil-Ftehim Kummerċjali Plurilaterali bejn il-Kolombja u l-Perù, u l-UE u l-Istati Membri tagħha, li l-ambizzjoni aħħarija tiegħu hi mhux biss li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn il-partijiet, iżda wkoll li jsaħħaħ il-paċi, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-benessri taċ-ċittadini;

B.  billi din ir-relazzjoni mill-qrib testendi għal oqsma ta’ kollaborazzjoni internazzjonali Plurilaterali dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku bħall-ġlieda favur il-paċi u kontra t-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi;

C.  billi l-kunflitt armat intern fil-Kolombja ilu għaddej aktar minn ħamsin sena, u kkawża tbatija kbira lill-popolazzjoni, kemm minħabba atti terroristiċi kif ukoll atti min-naħa tal-gruppi paramilitari, u wassal fost l-oħrajn għal qtil, għajbien furzat, ħtif, vjolenza sesswali, abbuż kontra t-tfal, spustar intern u estern tal-popolazzjoni, u splużjonijiet ta' mini kontra l-persunal;

D.  billi l-Mejda ta' Konverżazzjonijiet bejn il-Gvern tal-Kolombja u l-Forzi Armati Revoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC) ġiet stabbilita f'Havana (Kuba) fid-19 ta' Novembru 2012, wara l-iffirmar tad-dokument "Ftehim Ġenerali biex jintemm il-kunflitt u tinbena paċi stabbli u dejjiema" tas-26 ta' Awwissu 2012, li jwettaq ix-xewqa tal-poplu tal-Kolombja li jgħix fil-paċi, u jirrikonoxxi li l-Istat għandu d-dmir li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem fit-territorju kollu tiegħu u li l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ekwu hu garanzija tal-paċi u kundizzjoni neċessarja għat-tkabbir inklużiv u sostenibbli tal-pajjiż;

E.  billi f'fażijiet differenti n-negozjaturi f'Havana laħqu ftehimiet dwar kampanja ġdida għall-Kolombja u riforma rurali integrali, parteċipazzjoni politika u ftuħ demokratiku għall-bini tal-paċi, u soluzzjoni għall-problema tad-drogi illegali;

F.  billi fit-23 ta’ Settembru 2015 il-Gvern tal-Kolombja u l-FARC ħabbru l-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-ħolqien ta’ Ġurisdizzjoni Speċjali għall-Paċi skont id-Dritt Internazzjonali li għandha tissodisfa d-drittijiet tal-vittmi u tgħin biex tinħoloq paċi stabbli u dejjiema, u għal dan l-għan il-partijiet qablu li jniedu Sistema Integrali ta' Verità, Ġustizzja, Riparazzjoni u Nonripetizzjoni, li tkun tinkludi l-ħolqien ta' Kummissjoni għat-Tfittxija tal-Verità, il-Konvivenza u n-Nonripetizzjoni, kif ukoll ftehimiet dwar riparazzjoni lill-vittmi;

G.  billi fil-15 ta’ Diċembru 2015, il-gvern tal-Kolombja u l-FARC ħabbru l-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-vittmi tal-kunflitt u l-ħolqien tal-istituzzjonijiet previsti fil-ftehim tat-23 ta’ Settembru 2015;

H.  billi l-Gvern tal-Kolombja, il-Kamra Leġiżlattiva tiegħu u l-poplu Kolombjan huma sovrani biex jistabbilixxu l-parametri ta' din il-Ġurisdizzjoni Speċjali għall-Paċi, li l-funzjoni essenzjali tagħha se tkun li ttemm l-impunità, toħroġ il-verità, tiġġudika u tikkastiga lil dawk li wettqu delitti matul il-kunflitt, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar gravi u rappreżentattivi, filwaqt li tiżgura nonrepetizzjoni u tikkontribwixxi għar-riparazzjoni tal-vittmi;

I.  billi t-tmiem ta' dan il-kunflitt intern, li tul 50 sena kkawża miljuni ta' vittmi, u t-twettiq ta' paċi stabbli u dejjiema fil-Kolombja hi prijorità ewlenija għal dan il-pajjiż, iżda wkoll għall-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali, kif juru d-diversi dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għall-proċess ta' paċi min-naħa ta' ħafna pajjiżi u entitajiet reġjonali u internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea nfisha;

1.  Jilqa’ b'sodisfazzjon, u jappoġġa, il-ftehimiet milħuqa s’issa bejn il-gvern tal-Kolombja u l-FARC għall-kisba tal-paċi fil-Kolombja, u jsemmi l-ftehimiet dwar riforma rurali integrali, parteċipazzjoni politika u ftuħ demokratiku għall-bini tal-paċi, is-soluzzjoni tal-problema ta’ drogi illegali u l-ħolqien ta’ Ġurisdizzjoni Speċjali għall-Paċi, inkluż l-istabbiliment ta’ Kummissjoni għat-Tfittxija tal-Verità, il-Konvivenza u n-Nonrepetizzjoni, kif ukoll l-Unità Speċjali għat-Tfittxija ta' Persuni li Għebu fil-kuntest tal-kunflitt u minħabba fih, u l-Unità ta' Investigazzjoni u ż-Żarmar ta’ Organizzazzjonijiet Kriminali;

2.  Jirrikonoxxi l-isforz politiku, ta' realiżmu u perseveranza li wrew il-Gvern tal-Kolombja kif ukoll il-FARC biex iqarrbu l-pożizzjonijiet opposti tagħhom, filwaqt li ħolqu progressivament spazju ta' kompromess li ta lok ta' progress fit-tfittxija għal paċi stabbli u dejjiema u l-promozzjoni ta' ftehim uniku fl-istorja, ftehim li jpoġġi lill-vittmi fil-qalba tiegħu u jistabbilixxi bħala prijorità l-verità, il-ġustizzja mingħajr l-impunità, ir-riparazzjoni ġenwina għad-dannu subit u n-nonripetizzjoni; jirrikonoxxi wkoll ir-rwol importanti tal-assoċjazzjonijiet tal-vittmi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili fit-twettiq ta’ dawn il-ftehimiet;

3.  Jappella lill-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (ELN) sabiex, mingħajr aktar dewmien, timpenja ruħha b'mod sod u deċiżiv favur il-paċi fil-Kolombja, u tfittex li tibda, mal-Gvern Kolombjan, proċess ta' negozjati parallel li jkun jista' jwassal għal termini simili;

4.  Jesprimi x-xewqa tiegħu li n-negozjati jilħqu l-qofol tagħhom mill-aktar fis possibbli biex jimmarkaw it-tmiem definittiv tal-kunflitt u avveniment verament importanti fl-istorja moderna tal-Kolombja, u għal dak l-għan iħeġġeġ lill-partijiet, lill-forzi politiċi kollha tal-Kolombja u lis-soċjetà Kolombjana kollha kemm hi biex jikkontribwixxu pożittivament biex tintemm il-vjolenza;

5.  Jiddikjara għal darba oħra li l-vjolenza mhijiex metodu leġittimu tal-ġlieda politika, u jitlob lil min kellu din il-konvinzjoni biex iħaddan id-demokrazija bil-konsegwenzi u l-eżiġenzi kollha tagħha, li l-ewlenija fosthom hi li jċedu l-armi b'mod definittiv u li jiddefendu l-ideat u l-ambizzjonijiet tagħhom permezz ta' regoli demokratiċi u l-Istat tad-Dritt;

6.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti li żvolġew s'issa Kuba u n-Norveġja bħala pajjiżi garanti u ċ-Ċilì u l-Venezwela bħala pajjiżi akkumpanjaturi tal-proċess ta' paċi, u japprezza wkoll il-kollaborazzjoni tal-Papa Franġisku f'dan il-kompitu;

7.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-1 ta’ Ottubru 2015 min-naħa tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini, li taħtar lis-Sur Eamon Gilmore, ex-Deputat Prim Ministru u ex-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tar-Repubblika tal-Irlanda, bħala Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Proċess ta’ Paċi fil-Kolombja, u jilqa' wkoll ir-rwol ta’ monitoraġġ tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fix-xenarju ta’ wara l-ftehimiet ta’ paċi li hu mitlub jiżvolġi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-Kolombja;

8.  Itenni d-disponibilità tiegħu li joffri l-assistenza kollha possibbli b'appoġġ għall-implimenzzajoni tal-ftehim definittiv tal-paċi, u jġedded it-talba tiegħu lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex joħolqu fond fiduċjarju biex jakkumpanja l-fażi ta' wara l-kunflitt li fih jistgħu jipparteċipaw il-komunitakjeit u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jqis il-prijoritajiet espressi mill-vittmi fiir-rigward tal-verità, il-ġustizzja, ir-riparazzjoni u l-garanziji ta' nonripetizzjoni;

9.  Jissottolinja l-importanza li l-konsolidazzjoni tal-paċi twassal għal sforz determinat fil-ġlieda kontra l-inugwaljanza u l-faqar, li tinkludi soluzzjonijiet ekwi għall-persuni u għall-komunitajiet spustati mill-artijiet tagħhom, aċċess għal xogħol deċenti u rikonoxximent ta’ drittijiet tax-xogħol u soċjali fil-Kolombja kollha kemm hi, u jikkunsidra li għandu jingħata appoġġ speċjali lil gruppi speċifiċi li ntlaqtu b’mod sproporzjonat mill-kunflitt, bħall-Afrokolombjani u l-persuni indiġeni;

10.  Iqis li t-twaqqif ta’ Sottokumitat tal-Ġeneru li jiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fin-negozjati u l-parteċipazzjoni tal-vittmi ta’ vjolenza sesswali u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fid-djalogi għall-paċi mingħajr preċedent u għandhom inebbħu proċessi ta' paċi oħra madwar id-dinja;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon l-esklużjoni ta' kwalunkwe amnistija jew maħfra f'każ ta' delitti kontra l-umanità, ġenoċidju, delitti gravi tal-gwerra u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Dritt Internazzjonali Kriminali u Umanitarju u l-istrumenti u l-istandards internazzjonali applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

12.  Iqis li hu indispensabbli li l-pieni imposti fuq dawk li wettqu d-delitti jikkontribwixxu għall-għan ta’ riparazzjoni lill-vittmi u r-rikonċiljazzjoni politika u soċjali;

13.  Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-istituzzjonijiet Kolombjani favur garanzija sħiħa u permanenti tad-drittijiet tal-bniedem, u jistedinhom jintensifikaw dawn l-isforzi bil-għan li jeqirdu għalkollox is-subkultura ta' vjolenza f'pajjiż fejn 50 snin ta' kunflitt xi drabi ġġeneraw risponsi extralegali u mġiba kuntrarja għall-Istat tad-Dritt u d-drittijiet tal-bniedem min-naħa ta' ċerti istituzzjonijiet; f'dan is-sens, ifakkar lill-Istat Kolombjan dwar ir-responsabbiltà tiegħu li jiżgura l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-attivisti tal-għaqdiet tal-ħaddiema, u jitlob lil dawn l-organizzazzjonijiet ċiviċi biex jikkollaboraw għar-ristawr ta' konvivenza rikonċiljata fil-Kolombja;

14.  Jilqa' pożittivament it-tħabbira min-naħa tal-forzi armati Kolombjani li se tiġi riveduta d-duttrina militari tal-Kolombja bil-għan li l-forzi armati jħejju rwieħhom biex jilqgħu b'mod effettiv u b'ħeffa l-isfidi l-ġodda tal-fażi ta' wara l-kunflitt, filwaqt li jservu ta' garanti tal-ftehimiet ta' paċi; jemmen ukoll li t-tħabbira riċenti mill-FARC li se tissospendi t-taħriġ militari tagħha biex timpenja ruħha f’taħriġ politiku u kulturali bħala parti mill-proċess biex jintemm il-konflitt armat huwa pass fiduċjuż fid-direzzjoni t-tajba;

15.  Jitlob lid-Delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-Komunità Andina tiegħu u lid-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana tiegħu biex iwettqu s-segwitu u possibilment l-akkumpanjament tal-ftehimiet ta’ paċi;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza attwali tal-UE, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lill-Gvern u l-Kungress tar-Repubblika tal-Kolombja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza