Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0134(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0128/2016

Testi mressqa :

A8-0128/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0138

Testi adottati
PDF 247kWORD 61k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell
Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni UE-Ġeorġja (adeżjoni tal-Kroazja) ***
P8_TA(2016)0138A8-0128/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-UE (12227/2014 – C8-0035/2015 – 2014/0134(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12227/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll (12226/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0035/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0128/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza