Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0261(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0054/2016

Testi mressqa :

A8-0054/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.3
CRE 28/04/2016 - 4.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0140

Testi adottati
PDF 247kWORD 61k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Konvenzjoni fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (adeżjoni tal-Kroazja) *
P8_TA(2016)0140A8-0054/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-18 ta' Diċembru 1997, magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (COM(2015)0556 – C8-0376/2015 – 2015/0261(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0556),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0376/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0054/2016),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza