Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2154(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0140/2016

Testi mressqa :

A8-0140/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0147

Testi adottati
PDF 1224kWORD 828k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji Eżekuttivi
P8_TA(2016)0147A8-0140/2016
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Sinteżi tal-kisbiet ta' ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2014" (COM(2015)0279), u l-Annessi li jakkumpanjawha,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba (COM(2015)0313) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0124, SWD(2015)0125),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05583/2016 – C8-0042/2016),

–  Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2015 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE sa tmiem l-2014 (COM(2015)0503),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(6);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(6) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2014(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(10);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 2.
(4) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 73.
(5) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(10) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


3. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2014(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(10);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 9.
(4) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 90.
(5) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(10) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


4. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għas-sena finanzjarja 2014(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/858/KE(9),

–  wara li kkunsidra d- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex "L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel" tiġi ttrasformata f'"L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel"(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(11);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 2.
(4) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 56.
(5) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(10) ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(11) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


5. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(10);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 12.
(4) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 247.
(5) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(10) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


6. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(10);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 10.
(4) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 379.
(5) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(10) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


7. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għas-sena finanzjarja 2014(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(10);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 10.
(4) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 362.
(5) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(10) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


8. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Sinteżi tal-kisbiet ta' ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2014" (COM(2015)0279), u l-Annessi li jakkumpanjawha,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba (COM(2015)0313) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0124, SWD(2015)0125),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05583/2016 – C8-0042/2016),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0140/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(8);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-awditu nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.


9. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0140/2016),

A.  billi l-infiq tal-Unjoni jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jinkisbu l-objettivi politiċi u, bħala medja, jirrappreżenta 1,9 % tan-nefqiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-Unjoni, għalkemm f'xi każijiet partikolari jirrappreżenta ferm aktar minn 10 %;

B.  billi, meta l-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, jivverifika, minn naħa, jekk il-fondi jkunux intefqu b'mod legali u regolari, u, min-naħa l-oħra, jekk intlaħqux l-għanijiet politiċi, jekk inkisbux ir-riżultati xierqa u jekk ġewx irrispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' "kultura ta' prestazzjoni";

C.  billi l-proċedura ta' kwittanza għall-2014 tkopri sena li matulha kkoinċidew żewġ perjodi ta' programmazzjoni u li, f'ħafna każijiet, l-infiq irreġistrat jirrigwarda l-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013;

D.  billi l-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kwittanza għall-2014 huma dawn li ġejjin:

   (a) l-adozzjoni ta' approċċ imsaħħaħ ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati biex jikkontribwixxi għal bilanċ bejn il-metodu tradizzjonali tagħha u l-implimentazzjoni ta' elementi ġodda li jirriflettu l-ħtiġijiet attwali u futuri għall-finanzjament tal-Unjoni;
   (b) konċentrazzjoni fuq l-2014 bħala l-ewwel sena ta' perjodu ta' programmazzjoni ġdid li ġie introdott b'elementi importanti orjentati lejn ir-riżultati;
   (c) il-preżentazzjoni ta' xi titjib fid-disponibbiltà u l-eliminabbiltà tad-data biex jiġu vvalutati l-benefiċċji reali;
   (d) l-inklużjoni fil-proċess ta' kwittanza ta' xi evalwazzjoni tal-kwalità tal-qafas regolatorju għall-allokazzjoni tan-nefqa baġitarja tal-Unjoni;
   (e) approċċ għall-proċess ta' kwittanza li ma jkunx esklużiv għar-relazzjoni tiegħu ma' sena partikolari, iżda bħala proċess kontinwu; li s-segwitu għalih jikkostitwixxi parti sostanzjali minnu;
   (f) approċċ għall-proċess ta' kwittanza mill-perspettiva tar-relazzjoni stretta bejn il-baġit tal-UE u l-paradigma l-ġdida tal-politika makroekonomika tal-UE(1) fil-qies tal-għan proprju tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi tal-politiki settorjali tal-Unjoni;
   (g) approċċ lejn il-proċess ta' kwittanza bħala pjattaforma importanti biex ir-rakkomandazzjonijiet politiċi jiġu applikati u implimentati fil-finanzjament tal-Unjoni;

E.  billi l-aspetti l-ġodda tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014–2020 il-ġdid li huma rilevanti għall-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2014 huma:

   (a) il-konċentrazzjoni tematika - il-finanzjament mill-Unjoni għandu jappoġġa biss l-oqsma prijoritarji, mhux kollox; il-prijoritajiet għandhom jiġu definiti b'mod preċiż u sostnuti minn analiżi kwantitattiva u pjanijiet fattibbli biex jinkisbu, fejn ikun xieraq; is-sett ta' prijoritajiet għandu jiġi llimitat drastikament; il-prijoritajiet għandhom jiġu koperti b'finanzjament sostanzjali biex jintlaħqu riżultati u benefiċċji reali;
   (b) approċċ u sinerġiji integrati u bbażati fuq il-post - il-programmi u l-proġetti għandhom jipprovdu mhux biss ir-riżultati u l-benefiċċji proprji, iżda r-riżultati u l-benefiċċji għandhom jikkomplementaw dawk ta' programmi u proġetti oħra permezz ta' sinerġiji filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; is-sinerġiji għandhom jinkisbu fi ħdan żona territorjali speċifikata; sabiex dik is-sistema tiffunzjona, hu importanti li tinħoloq matriċi ġestjonali sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet xierqa għal proġetti integrati;
   (c) kundizzjonalitajiet u riżerva għall-prestazzjoni - il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba huma bbażati fuq il-fatt li l-finanzjament mill-Unjoni jiġi allokat f'ċirkustanzi fiskali, makroekonomiċi u istituzzjonali xierqa fil-livell nazzjonali li jservu bħala prekundizzjoni għall-finanzjament innifsu; min-naħa l-oħra, bħala bonus għal min jipproduċi prestazzjoni tajba, ġiet introdotta riżerva għall-prestazzjoni;
   (d) is-semplifikazzjoni - is-sistema ta' finanzjament mill-Unjoni hi straordinarjament kumplessa b'diversi modi, u dan jippreżenta xkiel għal ġestjoni effikaċi u biex jitkejlu r-riżultati u l-benefiċċji reali;
   (e) riżultati kwantifikati aħjar - hu importanti li jitkejlu b'mod effikaċi r-riżultati li nkisbu u li jinsiltu tagħlimiet politiċi minn dawn l-osservazzjonijiet; hu għalhekk kruċjali li jittejbu l-istabbiliment tal-parametri ta' riferiment u s-sistemi għall-analiżi tad-data u wkoll li l-maniġment jiffoka fuq it-tali data u indikaturi oħra ta' titjib;

F.  billi l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni filwaqt li l-Istati Membri għandhom dmir ta' kooperazzjoni sinċiera mal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet jintużaw bi qbil mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; billi l-Istati Membri, speċjalment fil-kuntest ta' ġestjoni kondiviża tal-fondi, għandhom responsabbiltà speċjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

G.  billi hu kruċjali li, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġestjoni kondiviża tal-fondi, id-data kkomunikata mill-Istati Membri tkun imparzjali u preċiża; billi hu kruċjali li l-Istati Membri jifhmu r-responsabbiltà proprja tagħhom għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża;

A. Kapitoli ġenerali

L-impenji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prijoritajiet ta' kwittanza

1.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 319(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: "Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha approprijati sabiex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet fid-deċiżjonijiet ta' kwittanza u fuq osservazzjonijiet oħra mill-Parlament Ewropew rigward l-eżekuzzjoni tan-nefqa, kif ukoll fuq il-kummenti li jkunu annessi mar-rakkomandazzjoni dwar il-kwittanza adottati mill-Kunsill."

2.  Jiddispjaċih li t-tweġibiet tal-Kummissjoni, f'għadd ta' aspetti, għadhom ambigwi;

3.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

4.  Jappella għal darba oħra lill-Kummissjoni biex tissottometti komunikazzjoni lill-Parlament f'ħin utli għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QF P bi proposti dwar kif jistgħu jintlaħqu l-isfidi ġodda u potenzjali li jirrikjedu appoġġ baġitarju tal-Unjoni u li tispjega kif fil-ġejjieni se tirrikonċilja l-objettivi politiċi fuq żmien twil (bħall-Istrateġija Ewropa 2020) mal-QFP futur għal wara l-2020;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Qorti tal-Awdituri (il-'Qorti') ilha diversi snin titlob biex jiġi stabbilit pjan fuq żmien twil dwar il-fluss tal-flus; jappella lill-Kummissjoni biex, qabel tmiem l-2016, tippreżenta pjan ta' dan it-tip;

6.  Jappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji fid-dawl tar-rikjesti magħmula fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2014 għall-Kummissjoni f'ħin utli għall-proċedura ta' kwittanza tal-2015 għall-Kummissjoni;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tadottax il-qafas il-ġdid għall-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni qabel tkun saret laqgħa bejn il-Viċi President Timmermans, l-Ombudsman Ewropew, Membri ewlenin tal-Parlament u s-soċjetà ċivili biex jiddiskutu l-kwistjonijiet finali li jikkonċernaw kemm il-kontenut tar-regoli orizzontali l-ġodda u kemm l-implimentazzjoni tagħhom;

8.  Jappella lill-Kummissjoni biex tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha tagħha sabiex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti ta' attività annwali rispettivi tagħhom;

Strateġija u missjoni: kontinwità u innovazzjoni

9.  Jinnota l-ħtieġa li jiġu rispettati l-prinċipji eżistenti dwar il-kwittanza, kif ukoll l-aspetti u l-prinċipji ġodda fl-aħħar QFP; jinnota għalhekk il-ħtieġa għal approċċ innovattiv biex tiġi evalwata l-ewwel sena tal-QFP u li l-approċċ għall-kwittanza jiġi aġġustat biex jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti mibdula fil-baġit tal-Unjoni;

10.  Jikkunsidra li l-innovazzjoni prinċipali fil-kontenut tal-kwittanza għandha tkun li jinstab bilanċ imtejjeb bejn il-kwistjonijiet formali u proċedurali relatati mal-utilizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fuq naħa u, fuq in-naħa l-oħra, l-approċċi l-oħra bbażati fuq il-prestazzjoni u orjentati lejn ir-riżultati, filwaqt li titqies l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta' assorbiment;

11.  Jissottolinja li, fl-imgħoddi, il-proċedura ta' kwittanza primarjament ivverifikat il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji; jemmen, fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Kummissjoni "Il-Baġit tal-UE Ffukat fuq ir-Riżultati", li fil-ġejjieni għandha ssir aktar enfasi, oltre l-verifiki msemmija hawn fuq, fuq l-eżami ta' jekk ir-riżultati miksuba mill-proġetti u l-programmi jikkorrispondux mal-objettivi intenzjonati;

12.  Jinnota li l-kwittanza tirsisti biex toħloq approċċ komuni għall-elementi partikolari tal-politika baġitarja tal-Unjoni, speċjalment dawk li jkunu għadhom kif ġew introdotti, speċifikament l-aspetti tal-prestazzjoni u l-aspetti relatati mal-kapaċità preventiva u korrettiva tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll;

13.  Jikkunsidra li baġit orjentat lejn ir-riżultati jirrikjedi indikaturi qawwija, solidi u li jkun intlaħaq ftehim komuni dwarhom; jinnota, madankollu, li għad hemm bżonn li jintlaħaq il-ftehim dwar dawn l-indikaturi mal-koleġiżlaturi, il-Kummissjoni u permezz ta' konsultazzjoni estensiva mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-partijiet interessati l-oħra; jilqa' f'dan is-sens it-twaqqif tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar ibbaġittjar abbażi tal-prestazzjoni ta' baġit orjentat lejn ir-riżultati li m'ilu xejn li beda bil-ħidma tiegħu; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha involuti biex jaċċeleraw il-ħidma tagħhom filwaqt li jiżguraw li jintlaħaq ftehim dwar sett ta' indikaturi ta' kwalità għolja;

14.  Jissottolinja li l-objettiv prinċipali tal-baġit tal-Unjoni hu li jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini tal-Unjoni u li, b'mod parallel, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jikkonforma mal-obbligi u l-objettivi stabbiliti fit-Trattati; il-benefiċċji jikkonsistu f'appoġġ orjentati lejn l-iżvilupp u fi prijoritajiet attwali kompatibbli mal-kuntest tal-politika ekonomika u l-prestazzjoni ekonomika, filwaqt li titqies ukoll il-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu affrontati s-sitwazzjonijiet ġodda li jistgħu jinqalgħu u l-emerġenzi; il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tirrikjedi l-utilizzazzjoni korretta tan-nefqiet bi qbil mar-regoli u mingħajr żbalji jew frodi; l-approċċ fir-rigward tal-kwittanza għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq bilanċ bejn dawn l-elementi;

15.  Jissottolinja ulterjorment l-obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 17(1) TUE u jitlob lill-Qorti tipprepara rapport speċjali dwar jekk il-Kummissjoni għamlitx użu sew mis-setgħat tagħha ta' appoġġ għall-Istati Membri u ta' kontroll fuqhom meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni;

Ksib ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

16.  Jinnota li l-prinċipju kruċjali għall-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2014 huwa l-korrettezza tal-flussi finanzjarji, u tal-programmi u l-proġetti reali sottostanti għalihom, fid-dawl ta' valutazzjoni tal-utilizzazzjoni ottimali tal-fondi tal-Unjoni f'kull rigward;

17.  Jilqa' l-fatt li l-istruttura u l-kontenut tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2014 isegwu l-intestaturi tal-QFP u jqiegħdu aktar enfasi fuq il-prestazzjoni u r-riżultati; japprezza l-fatt li l-kapitoli tar-rapport dwar il-ġestjoni kondiviża jinkludu, bħala eżerċizzju pilota, ir-riżultati preliminari tal-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi;

18.  Hu konxju li t-tranżizzjoni lejn livell ogħla ta' awditjar tal-prestazzjoni ma tistax issir fi stadju wieħed, peress li ma jistax isir progress fir-rigward tal-awditjar tal-prestazzjoni qabel jitfasslu l-atti ġuridiċi bażiċi u l-baġit bl-intenzjoni li l-objettivi politiċi jiġu allinjati ma' indikaturi kwalitattivi jew li jiġu prodotti riżultati li jistgħu jitkejlu;

19.  Jemmen, f'dan il-kuntest, li l-QFP jirrappreżenta pass importanti 'l quddiem peress li introduċa kundizzjonalitajiet ex ante, riżervi għall-prestazzjoni, u aktar possibbiltajiet għal semplifikazzjoni u sinerġiji bejn il-fondi;

20.  Jirrimarka li, peress li l-perjodi koperti mill-istrateġija fuq għaxar snin tal-Unjoni u l-perjodu baġitarju fuq seba' snin tagħha mhumiex allinjati, il-kapaċità tal-Kummissjoni li tissorvelja l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għall-Istrateġija Ewropa 2020 hi limitata għall-ewwel nofs tal-perjodu tal-istrateġija, għalkemm id-data kollha meħtieġa biex jitwettqu l-verifiki annwali hi disponibbli;

21.  Jindika, madankollu, li l-objettivi u l-baġit orjentat lejn ir-riżultati għandhom jiġu adattati għal mal-objettivi stabbiliti fit-Trattati, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki settorjali u ta' koeżjoni, u li jridu jkunu biżżejjed flessibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jinqalgħu, bħall-kriżi ekonomika u/jew il-kriżi tar-rifuġjati;

22.  Jinnota li fl-2014 ir-rata ta' assorbiment għal xi programmi, fondi u strumenti tal-QFP 2014-2020 kienet ta' żero minħabba l-adozzjoni tardiva tar-regolamenti relevanti u l-approvazzjoni tardiva tal-leġiżlazzjoni sekondarja u d-dokumenti ta' programmazzjoni li rriżultat;

23.  Ifakkar li l-QFP 2014-2020 hu l-ewwel wieħed li jqiegħed għad-dispożizzjoni inqas mezzi baġitarji minn dawk ta' qablu u li l-pressjoni fuq il-limiti massimi tal-pagamenti hi ferm aktar milli kienet fil-QFP preċedenti;

24.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu(2) li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' kwittanza, il-Parlament ilu mill-2013 jitlob lill-Kummissjoni biex tiffoka l-implimentazzjoni tagħha tal-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) – fir-rigward tar-rapport ta' valutazzjoni tagħha – fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni fuq għaxar snin għat-tkabbir u l-impjiegi, u fuq il-prestazzjoni u r-riżultati reali tagħha; jilqa' l-fatt li l-Qorti għażlet li tiffoka l-Kapitolu 3 tar-rapport annwali tagħha għall-2014 fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 u jitlob lill-Qorti tkompli u tiżviluppa dan l-approċċ orjentat lejn il-prestazzjoni u r-riżultati;

25.  Jisħaq fuq il-fatt li l-arkitettura tal-Istrateġija Ewropa 2020 hi estremament kumplessa (tinkludi ħames miri ewlenin, seba' inizjattivi emblematiċi u ħdax-il objettiv tematiku għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE)); jinnota li dawn id-diversi strumenti ma ġewx iddisinjati biex jittraduċu l-objettivi politiċi tal-istrateġija f'objettivi operattivi prattiċi permezz ta' sinerġiji;

26.  Jiddispjaċih li, minkejja li l-Qorti semmiet xi progress fir-rapport annwali tagħha tal-2014(3), il-Kummissjoni s'issa rrapportat b'mod limitat biss f'rapport ta' valutazzjoni dwar il-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 (bi qbil mal-Artikolu 318 TFUE); jirrimarka li l-QFP 2007-2013 ma jirrikjedix rapportar komprensiv dwar il-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif kien maħsub qabel ġie adottat;

27.  Jilqa' l-fatt li ġew implimentati xi elementi ta' sistema effikaċi ta' monitoraġġ u rapportar, b'mod partikolari fir-rigward tal-għodda statistika maħluqa minn Eurostat, iżda jiddispjaċih li r-rieżami mill-Kummissjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 ġie pospost sal-bidu tal-2016 u li r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 ma jipprovdu l-ebda feedback sustanzjali għar-rwol tal-finanzjament mill-Unjoni;

28.  Jiddeplora l-fatt li l-objettivi ta' livell għoli tal-Istrateġija Ewropa 2020 għadhom ma ġewx sistematikament tradotti f'objettivi operattivi fi ftehimiet ta' sħubija u programmi; jinnota li l-leġiżlazzjoni attwali ma tirrikjedix li l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) jiġu strutturati madwar objettivi tematiċi;

29.  Jirrimarka li, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni fit-tweġibiet tiegħu għar-rimarki magħmula mill-Qorti(4), l-objettivi tal-Unjoni huma ddefiniti fit-Trattati u għandhom jitwettqu u jiġu rispettati (eż. il-politika agrikola komuni) u, fi ħdan dan il-qafas, il-baġit tal-Unjoni jiġi allokat lid-diversi attivitajiet u jiġi kemm jista' jkun allinjat mal-prijoritajiet ewlenin tal-UE li qed jinbidlu (i.e. l-istrateġija ta' Lisbona, l-Istrateġija Ewropa 2020);

30.  Jiddispjaċih li l-benefiċċji potenzjali mill-ksib ta' sinerġiji bejn il-ħames FSIE billi jitpoġġew taħt kappa waħda ta' qafas regolatorju u ġestjonali u ftehim ta' sħubija wieħed għal kull Stat Membru għadhom ma ġewx realizzati u li għadhom japplikaw regoli differenti fil-livell tal-fondi u għaldaqstant f'dak tal-programmi; jisħaq fuq il-fatt li għandhom jiġu adottati biss dawk il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi li jkunu ġew ikkunsidrati b'attenzjoni b'mod li tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tal-FSIE;

31.  Jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jaqbel li se jkun kompitu iebes biex isiru rapporti konsistenti rigward l-objettivi tematiċi għall-ħames FSIE u għaldaqstant rigward il-kontribut ta' dawn il-fondi għall-Istrateġija Ewropa 2020; jinnota li, fl-2017, jeħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi l-ewwel rapport strateġiku dwar il-kontribuzzjoni għall-Istrateġija Ewropa 2020;

32.  Jissottolinja madankollu li tliet kwarti mill-proġetti taħt il-fondi strutturali kisbu l-għanijiet politiċi tagħhom kompletament jew parzjalment, u li kien biss fi 2 % tal-każijiet li ma ntlaħaq l-ebda wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-programm operattiv jew fil-ftehim ta' għotja;

33.  Josserva li l-Qorti ffokat prinċipalment fuq l-analiżi tal-konsistenza tal-ftehimiet ta' sħubija tal-Istati Membri mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 bħala prerekwiżit għal prestazzjoni aħjar; jitlob lill-Qorti biex, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, tippreżenta informazzjoni dwar it-traduzzjoni tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-kisbiet mistennija taħt il-programmi u l-fondi l-oħra ġestiti direttament mill-Kummissjoni;

34.  Jirrimarka li l-introduzzjoni ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni għal kull fond kieku tkun pass importanti, filwaqt li jiddispjaċih li:

   (a) l-Istati Membri mhumiex rikjesti jinkludu indikaturi komuni fil-programmi tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-FAEŻR, u li l-valutazzjonijiet abbażi tar-riżultati mhumiex parti mill-istadju ta' kontroll inizjali fl-Istati Membri;
   (b) ħlief għal żewġ fondi (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK), l-indikaturi komuni mhumiex kondiviżi bejn fondi differenti;
   (c) stadji intermedji x'jintlaħqu jeżistu biss għall-qafas ta' prestazzjoni, waqt li l-objettivi tista' tonqoshom l-ambizzjoni;
   (d) il-Kummissjoni għad għandha kapaċità limitata biex twettaq il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni;

35.  Jieħu nota li, skont il-Qorti, jeżistu dgħufijiet inerenti fil-qafas ta' prestazzjoni tar-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEIS(5), peress li riżultati fqar ma jwasslux għat-telf tar-riżerva għall-prestazzjoni għall-Istati Membri u peress li s-sanzjonijiet finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni huma limitati; jikkunsidra, madankollu, li qabel ma jintalbu sanzjonijiet, għandha tkun ġiet stabbilita sistema aħjar għall-kejl tal-prestazzjoni, u li s-sanzjonijiet potenzjali għandhom jiġu ppreċeduti minn proċess li jassisti lill-Istati Membri jtejbu l-prestazzjoni;

36.  Jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel użu aktar sħiħ mill-ambitu konċess mil-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tar-riżerva għall-prestazzjoni b'tali mod li ġenwinament toħloq inċentiv finanzjarju biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja fil-prattika; jappella barra minn hekk biex isiru użu akbar tar-riżerva għall-prestazzjoni bħala strument biex jiżdied l-element kundizzjonali fuq il-prestazzjoni meta terġa' tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni(6);

37.  Jieħu nota tal-fatt li l-gwida mogħtija mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni tejbet ir-rapportar annwali dwar il-prestazzjoni mid-direttorati ġenerali (DĠ), iżda jtenni li l-objettivi tad-DĠ mhumiex adatti għal finijiet ġestjonali u li fadal diffikultajiet fir-rigward tal-indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni; jinnota wkoll li l-indikaturi kollha implimentati fis-snin preċedenti biex jitkejjel il-progress tar-riformi tal-Istrateġija Ewropa 2020 kemm fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali tneħħew mir-rapport ta' attività annwali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni fl-2014 u minflok ġew inklużi fil-pjanijiet ġestjonali u fir-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ operattivi;

38.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra li tressaq proposti bil-ħsieb li:

   (a) tallinja aħjar il-QFP mal-Istrateġija Ewropa 2020 u tipproponi r-reviżjoni tiegħu jekk tkun meħtieġa sabiex jiġi jikkorrispondi aħjar mal-Istrateġija Ewropa 2020;
   (b) tirrifletti l-għanijiet politiċi ta' livell għoli tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-objettivi fil-livell tal-Unjoni;
   (c) tiżgura li l-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi jittraduċu l-objettivi fil-livell tal-Unjoni f'objettivi tematiċi li jistgħu jiġu kkollegati mal-objettivi operattivi fil-livell tal-Istati Membri jew fil-programmi ġestiti direttament mill-Kummissjoni;

39.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi lil-leġiżlatur li:

   (a) l-Istati Membri jinkludu fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi tagħhom dikjarazzjoni dwar ir-riżultati kwantifikabbli li l-finanzjament hu intenzjonat biex jikseb, fejn ikun xieraq;
   (b) il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi kollha jinkludu indikaturi tar-riżultati komuni, fejn ikun possibbli kondiviżi bejn fondi differenti, imfassla biex jiġi ssorveljat il-progress fil-livelli lokali, tal-Istati Membri u tal-Unjoni;
   (c) il-qafas ta' prestazzjoni jiġi kemm jista' jkun ibbażat fuq dawn l-indikaturi tar-riżultati komuni;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti ta' valutazzjoni li jmiss previsti fl-Artikolu 318 TFUE, tinkludi analiżi tal-effiċjenza, tal-effikaċja u tar-riżultati miksuba f'termini ta' tkabbir u impjiegi mill-pjan ta' investiment ta' EUR 315-il biljun imħabbra mill-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, fis-26 ta' Novembru 2014 waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament;

Segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni tal-2013

41.  Jiddispjaċih li r-rata ta' żball kumplessiva baqgħet kważi fl-istess livell u li l-pagamenti għadhom materjalment milquta minn żbalji;

Kapitolu

2013

2014

Tranżazzjonijiet

Rata ta' żball(7)

Tranżazzjonijiet

/ EUR

Rata ta' żball

Dħul

55

0,0%

55

0,0%

Kompetittività, Riċerka, Edukazzjoni, Trasport, Programmi Oħra

160

4,0%

166 / 13-il biljun

5,6%

Koeżjoni

343

5,3%

331 / 55,7 biljuni

5,7%

Politika reġjonali u urbana

168

6,4%

161

6,1%

Politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali

175

3,1%

170

3,7%

Riżorsi naturali

360

4,4%

359 / 57,5 biljuni

3,6%

FAEG - Appoġġ għas-suq u appoġġ dirett

180

3,6%

183

2,9%

Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

180

7,0%

176

6,2%

Ewropa Globali

182

2,1%

172 / 7,4 biljuni

2,7%

Amministrazzjoni

135

1,1%

129 / 8,8 biljuni

0,5%

Total

1 180

4,5%

1 157 / 142,4 biljuni

4,4%

42.  Jiddispjaċih li baqgħu jeżistu nuqqas ta' affidabbiltà tal-verifiki fl-ewwel livell imwettqa mill-Istati Membri fil-ġestjoni kondiviża u dgħufijiet fl-esklużjoni ta' art ineliġibbli mis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba'; jirrimarka li, skont ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, kemm l-oqsma taħt ġestjoni kondiviża, kif ukoll kull nefqa operattiva oħra (li fil-biċċa l-kbira tiġi ġestita direttament mill-Kummissjoni), għandhom rata ta' żball stmata ta' 4,6 %; jinnota madankollu li saret ħidma ta' rimedju konsiderevoli;

43.  Jinnota bi tħassib li l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti fil-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2013 għadha pendenti:

   (a) sistema ta' sanzjonijiet fil-każ li l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni u dikjarazzjonijiet inkorretti dwar il-programmi u fil-każ ta' rapportar falz jew inkorrett mill-aġenziji tal-pagamenti, inklużi t-tliet dimensjonijiet li ġejjin, speċifikament l-istatistika dwar l-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet mill-aġenziji tal-pagamenti, u l-ħidma mwettqa mill-korpi ta' ċertifikazzjoni;
   (b) il-pubblikazzjoni, meta tkun ittieħdet deċiżjoni volontarja li jiġu ppreżentati, mhux biss tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali, iżda anke tas-sommarji annwali u d-dikjarazzjonijiet ġestjonali, bħala 'dokumenti kunfidenzjali' fejn ikun applikabbli, sabiex jiġi pprovdut aktar għarfien tal-ġestjoni finanzjarja u jinkiseb titjib reali fiha; madankollu għadu mhux ċar kemm se jkunu effikaċi dawn il-miżuri meta jiġu kkunsidrati d-differenzi fl-istrutturi tal-Istati Membri u r-responsabbiltà politika tal-awtoritajiet nazzjonali differenti;
   (c) analiżi u informazzjoni dwar ir-riżultati preliminari miksuba mill-pjan ta' investiment għall-Ewropa kif tħabbar mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker, f'Novembru 2014 lill-Parlament;

44.  Jinnota bi tħassib li, mill-65 rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Qorti fis-snin 2011-2012, 20 biss ġew implimentati kompletament, 26 qed jiġu implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti, u 19 qed jiġu implimentati f'xi aspetti; jappella lill-Kummissjoni biex tadotta r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti tal-Parlament u tkompli timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

45.  Jisħaq fuq il-fatt li, mill-prospettiva tal-Parlament, mhuwiex sodisfaċenti meta proċeduri akkużatorji jintemmu bit-tislit ta' konklużjonijiet differenti mill-Kummissjoni u l-Qorti; jappella għalhekk liż-żewġ istituzzjonijiet biex jevitaw eżitu ta' dan it-tip;

46.  Jitlob pjan ta' azzjoni mill-Kummissjoni bi skadenzi u objettivi sabiex issaħħaħ il-prevenzjoni ta' dawn l-iżbalji rikorrenti;

Pożizzjoni tal-Qorti: id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti

47.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tagħti opinjoni favorevoli dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2014, kif ilha tagħmel mill-2007, u li l-Qorti tikkonkludi li d-dħul kien ħieles minn kwalunkwe żball materjali fl-2014; jinnota b'sodisfazzjon ukoll li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

48.  Jinnota li r-riżultati kumplessivi jikkorrispondu b'mod ġenerali mal-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti;

49.  Jiddeplora l-fatt li, għal 21 sena konsekuttiva, il-pagamenti kienu materjalment milquta minn żbalji minħabba l-effikaċja parzjali tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll;

50.  Jiddispjaċih li l-pagamenti huma milquta minn rata ta' żball li probabbilment hi ta' 4,4 %; ifakkar li l-istima tar-rata tal-żball l-aktar probabbli għall-pagamenti kienet 4,7 % fis-sena finanzjarja 2013, 4,8 % fis-sena finanzjarja 2012 u 3,9% fis-sena finanzjarja 2011(8); bejn partiti partikolari, l-ogħla livelli ta' żbalji ġew identifikati fl-infiq favur il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (5,7 %) u l-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (5,6 %); min-naħa l-oħra, in-nefqiet amministrattivi huma konnessi mal-aktar stimi baxxi ta' żbalji identifikati (0,5 %);

51.  Jistaqsi jekk ir-rata ta' żball għal tranżazzjonijiet partikolari hijiex ibbażata fuq bażi paragunabbli u għalhekk għandhiex isservi bħala parametru ta' riferiment paragunabbli; jinnota li r-rata ta' żball għall-iskemi ta' rimborż tal-ispejjeż (5,5 %) hi bbażata fuq l-eliġibbiltà tal-ispejjeż, waqt li dik għall-programmi bbażati fuq drittijiet (2,7 %) hija bbażata biss fuq il-ħtieġa li jiġi ssodisfat sett ta' kundizzjonijiet;

52.  Jinnota li, kieku l-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ma kinux ġew applikati għall-pagamenti awditjati mill-Qorti, l-istima tal-livell ta' żball kumplessiv kienet tkun ta' 5,5 % minflok ta' 4,4 %; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet fl-Istati Membri jew lill-awdituri indipendenti jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli sabiex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji possibbli;

53.  Jiħsaq fuq il-fatt li għan-nefqa operattiva, l-istima tal-livell ta' żball għall-infiq taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri tammonta għal 4,6 % (2013: 4,9 %) li jfisser li għadha f'livell għoli ħafna; jinsab preokkupat li għall-forom l-oħra ta' nefqa operattiva fejn il-Kummissjoni għandha rwol ta' tmexxija, l-istima tal-livell ta' żball sparat 'il fuq biex laħqet l-4,6 % (2013: 3,7%);

54.  Jinnota li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-infiq hu milqut minn livell ta' żball materjali, peress li, fir-rapport ta' sinteżi tagħha għall-2014, tippreżenta l-ammont fir-riskju bħala varjazzjoni bejn EUR 3,7 u EUR 5 biljun, li tirrappreżenta bejn it-2,6 % u t-3,5 % tal-pagamenti; jinnota li l-istima tal-Kummissjoni hi li fis-snin li ġejjin se tidentifika u tikkorreġi l-iżbalji għal total ta' madwar EUR 2,7 biljun;

55.  Jappoġġa l-fehma tal-Qorti li, minkejja t-titjib fl-analiżi tagħha tal-impatt tal-azzjoni korrettiva, il-Kummissjoni ma eliminatx ir-riskju li l-impatt tal-azzjonijiet korrettivi qed jiġi sopravvalutat jew għandu rilevanza limitata(9);

56.  Hu tal-opinjoni li, għal aktar minn tliet kwarti tan-nefqa fl-2014, id-DĠ tal-Kummissjoni bbażaw l-istimi tagħhom tal-ammont fir-riskju fuq id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali; jinnota li, fir-rapport ta' sinteżi tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li l-affidabbiltà tar-rapporti ta' kontroll tal-Istati Membri għadha problematika;

57.  Jinnota l-fatt li, għal 12 mid-DĠ tal-Kummissjoni, l-istima tal-kapaċità korrettiva hi ogħla mill-istima tal-ammont fir-riskju, u dan jirrifletti n-natura pluriennali tas-sistemi korrettivi;

58.  Jappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità korrettiva f'ħin utli għall-proċedura ta' kwittanza tal-2015;

59.  Jirrimarka li, kull meta l-Kummissjoni jkollha evidenza ta' tnaqqis fil-kapaċità ta' assorbiment fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP u, bħala l-ewwel pass, tipproponi miżuri biex tegħleb il-kapaċità ta' assorbiment insuffiċjenti qabel tieħu azzjonijiet oħra;

60.  Jirrimarka li aktar minn żewġ terzi tal-korrezzjonijiet finanzjarji rreġistrati għall-koeżjoni fl-2014 huma każijiet fejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri rtiraw nefqa ddikjarata u ssostitwixxewha b'nefqa ġdida; jilqa' l-fatt li t-tali proċeduri huma limitati fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

61.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tivvaluta, għal kull sfera politika u għall-baġit tal-Unjoni kollu kemm hu, il-livell ta' żball li jifdal wara li jkunu ttieħdu l-miżuri korrettivi kollha, waqt li tqis in-natura pluriennali tal-programmi;

62.  Jappella lill-Kummissjoni biex tapplika b'mod strett l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid jekk il-livell ta' żball ikun persistentement għoli, u għaldaqstant biex tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll, tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi azzjoni xierqa fir-rigward tas-semplifikazzjoni, it-titjib tas-sistemi ta' kontroll u t-tfassil mill-ġdid tal-programmi jew is-sistemi ta' forniment qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

63.  Jissottolinja l-osservazzjoni tal-Qorti li, kieku l-Kummissjoni, l-awtoritajiet fl-Istati Membri jew l-awditi indipendenti użaw l-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, kienu jkunu jistgħu jipprevjenu, jidentifikaw jew jikkorreġu proporzjon sinifikanti mill-iżbalji qabel ma jkunu saru; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Kummissjoni ammettiet li tieħu mill-inqas għaxar snin biex tikkorreġi l-iżbalji; jirrimarka li, kieku ntużat l-informazzjoni kollha disponibbli, il-livell ta' żball seta' jitnaqqas bi 3,3 punti perċentwali kemm għall-infiq taħt il-politika reġjonali u urbana (6,1 %), kif ukoll għall-infiq fil-qasam tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd (6,2 %); jisħaq fuq il-fatt li, bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli, il-livell ta' żball seta' jitnaqqas b'2,8 punti perċentwali fil-qasam tal-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, li hu ġestit direttament mill-Kummissjoni;

64.  Jinnota li, fl-2014, tqiegħdet enfasi ġdida fuq ibbaġitjar u analiżi orjentati lejn ir-riżultati, flimkien ma' tibdil fl-approċċi metodoloġiċi; jissottolinja, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jsir stħarriġ ċar u trasparenti tal-kontribut li ta l-baġit tal-Unjoni tal-2014 għar-riżultati li nkisbu f'konnessjoni mal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-objettivi tal-politiki settorjali;

65.  Jinnota wkoll li l-prattika tar-rapporti ta' attività annwali hu mmirata biex tippermetti l-identifikazzjoni tar-riżultati miksuba mill-interventi, imma għadha aktar tqis l-output milli r-riżultati;

66.  Japprova r-riżervi maħruġa mid-Direttur-Ġenerali tad-DĠ REGIO fir-rapport ta' attività annwali tiegħu dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/il-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fi 12-il Stat Membru (77 programm) u l-programmi fil-qasam tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea; hu tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

67.  Japprova r-riżervi maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-rapport ta' attività annwali tiegħu dwar il-partiti ta' nefqa li ġejjin;

   ABB02 – Nefqa għall-Miżuri tas-Suq: fejn hemm EUR 77,7 miljun fir-riskju u tmien elementi ta' riżerva, li jinvolvu 4 skemi ta' għajnuna f'seba' Stati Membri : l-Awstrija, Franza (fejn żewġ miżuri ta' għajnuna huma kkonċernati), in-Netherlands, il-Polonja, Spanja, ir-Rumanija u r-Renju Unit;
   ABB03 – Pagamenti diretti: fejn hemm EUR 831,6 miljun fir-riskju, li jinvolvu 15-il aġenzija tal-pagamenti f'sitt Stati Membri: Spanja (fejn 10 aġenziji tal-pagamenti huma kkonċernati), Franza, ir-Renju Unit (l-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali fl-Ingilterra), il-Greċja, l-Ungerija u l-Portugall;
   ABB04 – Nefqa għall-iżvilupp rurali: fejn hemm EUR 532,5 miljun fir-riskju, li jinvolvu 28 aġenzija tal-pagamenti f'16-il Stat Membru: il-Bulgarija, il-Ġermanja (fejn tliet aġenziji tal-pagamenti huma kkonċernati), id-Danimarka, Spanja (sitt aġenziji tal-pagamenti), Franza (żewġ aġenziji tal-pagamenti), ir-Renju Unit (żewġ aġenziji tal-pagamenti), l-Ungerija, il-Greċja, l-Italja (fejn erba' aġenziji tal-pagamenti huma kkonċernati), il-Litwanja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvezja;
   ABB05 – Nefqa taħt l-IPARD għat-Turkija: fejn hemm EUR 5,07 miljun fir-riskju;

hu tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

68.  Japprova r-riżervi maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ EMPL fir-rapport ta' attività annwali tiegħu; jinnota li r-rapport ta' attività annwali tiegħu jinkludi riżerva relatata mal-pagamenti li saru għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għal ammont fir-riskju ta' EUR 169,4 miljun fl-2014, li jinvolvi nefqa fuq sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal 36 programm operattiv speċifiku taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja u r-Renju Unit għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; hu tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

69.  Jitlob lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO jipprovdi assigurazzjoni fejn ir-riskju jkun aktar differenzjat fir-rapport ta' attività annwali tiegħu u jindirizza sussegwentement aktar mir-riżorsi ta' kontroll tagħhom lejn l-oqsma koperti minn riżervi speċifiċi;

70.  Jappella lill-Kunsill biex jadotta pożizzjoni aktar viġilanti fir-rigward tal-kwittanza u jilqa' l-pożizzjoni kritika li ħadu l-Iżvezja u r-Renju Unit meta talbu lill-Kummissjoni u lill-Qorti:

   jiffokaw fuq l-oqsma u l-benefiċjarji b'riskju għoli ta' żbalji minflok ma jżidu aktar kontrolli fuq kulħadd;
   jiffokaw aktar fuq kontrolli ex ante milli fuq kontrolli ex post;
   jippreżervaw il-limiti massimi li ntlaħaq qbil unanimu dwarhom, b'mod partikolari billi jżommu d-dixxiplina fiskali fir-rigward tal-impenji, billi jiddiżimpenjaw b'mod effikaċi l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx sabiex joħolqu spazju għal prijoritajiet u programmi ġodda, billi jżidu t-trasparenza billi jipprovdu previżjonijiet fuq żmien twil, billi jiżguraw bilanċ bejn l-impenji u l-pagamenti u billi jnaqqsu l-bilanċji ta' flus eċċessivi fl-istrumenti finanzjarji, peress li għad fadal aktar minn EUR 14-il biljun f'fondi mhux utilizzati maqfulin fi ħdan strumenti ta' dan it-tip, li jistgħu jintużaw għal ħtiġijiet u prioritajiet aktar urġenti;

jilqa' wkoll -l-eżortazzjoni tal-Iżvezja u r-Renju Unit lill-Istati Membri biex jisfruttaw aħjar l-informazzjoni disponibbli sabiex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni;

Sommarju

71.  Jikkonkludi li l-kwittanza

   (a) għandha prijoritajiet li jinkludu approċċ ibbilanċjat bejn il-metodi tradizzjonali u konċentrazzjoni msaħħa fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, filwaqt li, fi kwalunkwe każ, jitqiesu l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati, il-politiki settorjali u l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu ġestiti avvenimenti imprevisti;
   (b) tirrikjedi titjib fid-disponibbiltà u l-ġestjoni tad-data sabiex jiġu ddikjarati l-prestazzjoni u r-riżultati;
   (c) japprezza kollegament msaħħaħ bejn il-baġit tal-Unjoni u l-istrateġiji u l-kunċetti fundamentali tal-politiki tal-Unjoni (bħall-Istrateġija Ewropa 2020) u l-korrelazzjoni tagħhom ma' politiki settorjali fundamentali;
   (d) tirrispetta metodi ta' ġestjoni u kontroll imtejba bi qbil mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
   (e) tipprovdi spazju għall-iżvilupp tal-osservazzjonijiet mill-eżerċizzji preċedenti ta' kwittanza fil-forma ta' segwitu regolari;
   (f) jiddispjaċih dwar iż-żieda sinifikanti fl-iżbalji fin-nefqa operattiva ġestita direttament mill-Kummissjoni, li telgħu sa punt fejn issa jikkorrispondu mal-livell ta' żball għall-infiq taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri għall-ewwel darba;
   (a) l-akbar sehem għadu kkontribwit mill-Istati Membri abbażi tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom (ING); fl-2014 din il-kontribuzzjoni kienet tammonta għal EUR 94,9 biljun;
   (b) sorsi oħra jinkludu pagamenti bbażati fuq il-VAT miġbura fl-Istati Membri individwali, li b'kollox jammontaw għal EUR 17,7 biljun;
   (c) id-dazji doganali u agrikoli jirrappreżentaw it-tielet sors sostanzjali, fil-livell ta' EUR 16,4 biljun;

B. Kapitoli speċifiċi

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja ġenerali

72.  Jirrimarka li ġestjoni finanzjarja tajba tirrigwarda r-riżultati reali tal-interventi baġitarji tal-Unjoni, naturalment sakemm jirrispettaw ir-regoli dwar il-legalità u r-regolarità u jikkontribwixxu għall-valur miżjud tal-baġit tal-Unjoni mill-perspettiva tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-minimizzazzjoni tar-rati ta' żball u l-każijiet ta' frodi hi prekundizzjoni meħtieġa biex jiġu rispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

73.  Jissottolinja li l-livell tar-rata ta' żball mhux neċessarjament indikatur ta' każ ta' frodi, ineffiċjenza jew ħela iżda stima tal-flussi finanzjarji li ma misshomx tħallsu għax ma ntużawx bi qbil mar-regoli u r-regolamenti; jenfasizza madankollu li ż-żieda drastika ta' żbalji serji fil-kuntest tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku hi kwistjoni ta' tħassib gravi, peress li l-Istati Membri għandhom snin ta' esperjenza bir-regoli eżistenti dwar l-akkwisti, u jekk diġà qed jaffaċċjaw diffikultajiet fir-rigward ta' dawn ir-regoli, dan ma jawgurax tajjeb għal meta se jkollhom jadattaw il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali għal mad-direttivi l-ġodda dwar l-akkwist u l-konċessjonijiet; jirrikonoxxi li r-rata ta' żball ma tinftiehemx sew miċ-ċittadini tal-Unjoni u jitlob lill-Qorti tniedi f'dan il-kuntest dibattitu mal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati n-nuqqasijiet metodoloġiċi potenzjali u jintlaħaq qbil dwar standards komuni għar-rapporti dwar ir-rata ta' żball;

74.  Jirrakkomanda li r-regoli u r-regolamenti jiġu vverifikati permezz ta' proċess ta' valutazzjoni tal-impatt regolatorju(10) biex tiġi ttestjata l-kompatibbiltà u l-konformità tagħhom mal-ħtiġijiet u l-objettivi tal-Unjoni, kif ġara fil-każ tal-iskemi ta' rimborż tal-ispejjeż, filwaqt li l-eżempji l-iktar tipiċi ta' żbalji jinkludu pagamenti għal spejjeż ineliġibbli (41 %) u żbalji fl-akkwist pubbliku (27 %); jinnota li dawn l-iżbalji jistgħu jkunu differenti minn frodi jew att ta' qerq intenzjonat biex jinkiseb benefiċċju;

75.  Jiġbed l-attenzjoni f'dan ir-rigward għall-fatt li l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tal-2014 ġiet eżerċitata taħt oqfsa regolatorji differenti għax f'dik is-sena kien hemm fis-seħħ żewġ oqfsa għall-perjodi 2007-2013 u 2014-2020;

76.  Jirrimarka li hu korrett u essenzjali li ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' rata ta' żball relatati mat-tipi differenti ta' nefqa baġitarja tal-Unjoni peress li jiġu allokati skont kriterji differenti u għalhekk hu diffiċli ħafna li jsir paragun bejniethom;

77.  Jinnota li, fl-isforz tagħha biex issostni kultura ta' prestazzjoni msaħħa, il-Qorti, fir-rapport annwali tagħha tal-2014, tagħti attenzjoni kbira lill-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-prestazzjoni baġitarja tal-Unjoni peress li ttestjat, bħala eżerċizzju pilota, il-komplementarjetà reali bejn il-finanzjament mill-Unjoni u l-Istrateġija Ewropa 2020; jinnota li l-Qorti ssottolinjat u identifikat interkonnessjoni baxxa u dgħajfa bejn il-ftehimiet ta' sħubija/il-programmi operattivi u l-Istrateġija Ewropa 2020; jiġbed l-attenzjoni madankollu għall-fatt li t-tali komplementarjetà għandha tiġi kkunsidrata fi ħdan il-kuntest kumplessiv tal-missjonijiet speċifiċi għall-fondi skont l-objettivi tagħhom b'bażi fit-Trattati, inkluża l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

78.  Jesprimi tħassib dwar ir-rata ta' assorbiment tal-fondi fl-Istati Membri, li tvarja bejn il-50 % u t-92 %; jappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta analiżi komprensiva dwar x'inhi r-raġuni għala ċerti reġjuni għadhom jeżibixxu rati baxxi ta' assorbiment u tivvaluta modi speċifiċi biex jiġu rrimedjati l-problemi strutturali sottostanti għal dawn l-iżbilanċi;

79.  Japprezza n-natura innovattiva tar-rapport annwali tal-Qorti tal-2014 li inkluda approċċ ibbażat fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni, waqt li vvaluta l-applikazzjoni u l-orjentazzjoni tal-interventi baġitarji tal-Unjoni fil-konfront tal-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; jikkunsidra li approċċ ibbażat fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni għandu jiġi applikat fis-snin li ġejjin meta jkunu qed jitfasslu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi individwali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

80.  Jissottolinja l-fatt li l-osservazzjonijiet fuq il-kisbiet tal-Qorti jevidenzjaw il-bżonn li jiġu applikati miżuri għat-titjib tal-prestazzjoni baġitarja u l-istandards fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża;

Prestazzjoni baġitarja

81.  Jinnota li l-prestazzjoni baġitarja timplika li n-nefqiet baġitarji tal-Unjoni jiġu ffokati b'mod xieraq fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-perjodu partikolari;

82.  Jirrimarka li l-kultura ta' prestazzjoni hi bbażata fuq tliet pilastri fundamentali: strateġija, semplifikazzjoni, u l-proċedura baġitarja;

83.  Jirrakkomanda li jitkompla l-proċess ta' semplifikazzjoni tal-proċeduri u tal-kontenut baġitarju b'mod li jkun hemm tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi eċċessivi u limitazzjonijiet għar-regolamentazzjoni żejda fi Stati Membri partikolari; jisħaq fuq il-fatt li l-proċess ta' semplifikazzjoni m'għandux iwassal għad-deregolamentazzjoni u m'għandux ifisser li l-mekkaniżmi u l-proċeduri ta' kontroll, jiġifieri l-awditi ex ante, jintesew; jissottolinja l-fatt li s-semplifikazzjoni m'għandhiex tikkawża bidliet wisq frekwenti għall-qafas regolatorju, li jwasslu għal piżijiet addizzjonali għall-amministrazzjoni u l-benefiċjarji, biex b'hekk idgħajfu l-iżviluppi pożittivi intenzjonati tas-semplifikazzjoni; jilqa' l-eżistenza tal-grupp ta' livell għoli maħluq mill-Kummissjoni u qed jistenna r-riżultati;

84.  Jirrakkomanda titjib fil-proċedura baġitarja fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni u ġestjoni rigward il-prestazzjoni, inkluża l-effikaċja tal-kontrolli apparagun tal-ispejjeż, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u l-kwittanza, id-databażijiet tal-proġetti u l-komunikazzjoni;

85.  Jappella lill-Kummissjoni biex itejjeb il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-atturi involuti fl-ippjanar baġitarju, l-implimentazzjoni u l-kwittanza, u mal-pubbliku b'mod aktar ġenerali, billi tallinja l-aspettattivi, tikkondividi l-esperjenzi fir-rigward tal-implimentazzjoni u tirrapporta dwar il-kisba ta' riżultati;

86.  Jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tuża għodda bħall-media soċjali, stħarriġ u gruppi fokus biex tkejjel l-għarfien min-naħa tal-pubbliku u tivvaluta l-modi kif tista' ttejjeb l-istrateġija komunikattiva tagħha fil-ġejjieni rigward ir-riżultati tal-proġetti fil-konfront taċ-ċittadini;

87.  Jilqa' l-grupp ta' ħidma interistituzzjonali l-ġdid dwar ibbaġittjar abbażi tal-prestazzjoni sabiex jintlaħaq fehim komuni dwar il-prinċipji ta' bbaġittjar ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati;

88.  Jirrakkomanda titjib korrispondenti f'oqsma bħall-allinjament tal-intensità tal-kontrolli mar-riskju, l-immappjar tar-rapportar dwar il-prestazzjoni jew l-affidabbiltà tar-riżultati tal-kontrolli irrapportati mill-Istati Membri;

89.  Jinnota li l-Kummissjoni ħolqot kapaċità analitika enormi, iffokata l-aktar fuq is-setturi rilevanti għad-DĠ individwali, mingħajr ma analizzat il-kwistjonijiet orizzontali, pluridixxiplinari u r-riżultati reali tal-politiki tagħha (ko)finanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

90.  Jirrakkomanda li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u fuq il-kwistjoni ta' imperfezzjonijiet/fallimenti tas-suq, peress li dan l-approċċ jgħin biex jiffoka l-interventi ta' finanzjament mill-Unjoni fuq l-oqsma fejn jistgħu jiġu akkomodati l-aħjar il-kriterji ta' ekonomija, effiċjenza u effikaċja; jirrimarka li d-disinn għandu jitfassal speċifikament skont sett ta' tipi differenti ta' imperfezzjonijiet/fallimenti tas-suq, wieħed marbut mal-assimetrija tal-informazzjoni u l-ieħor relatat ma' valutazzjonijiet kummerċjali tar-redditu li ġeneralment ma jinkludux l-esternalitajiet pożittivi u l-benefiċċji soċjali aktar estensivi kollha waqt li t-tnejn li huma ġustifikabbilment jiġu sostnuti mill-finanzjament mill-Unjoni;

91.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tadotta kriterju bbażat fuq x'aktarx kien iseħħ kieku il-proġett jew l-attività kkonċernata ma kinux saru jew ma kinux irċevew finanzjament mill-Unjoni, meta tkun qed tevalwa l-valur miżjud tal-Unjoni;

92.  Jappella b'urġenza għal kjarifika dwar kemm tħallsu flus minn fondi tal-Unjoni lil impriżi medjatiċi f'kull Stat Membru, liema impriżi rċevew pagamenti u jekk ir-raġuni kinitx li jiġu ppubbliċizzati l-fondi jew raġuni oħra;

Ġestjoni kondiviża

93.  Ifakkar li l-Istati Membri għandhom responsabbiltà kbira għal allokazzjoni korretta tal-baġit tal-Unjoni, peress li 76 % tan-nefqa issir taħt ġestjoni kondiviża; jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom responsabbiltà importanti għal implimentazzjoni korretta u leċita tal-baġit tal-Unjoni meta jkunu responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

94.  Jisħaq fuq il-fatt li element kruċjali għal allokazzjoni korretta hu d-definizzjoni korretta tal-ħtiġijiet tal-Unjoni flimkien mal-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati Membri;

95.  Jenfasizza li aktar ma l-Istati Membri jħabirku biex jissodisfaw l-objettivi nazzjonali u kkwantifikati tal-Istrateġija Ewropa 2020, aktar jista' jiġi mmirat l-infiq baġitarju tal-Unjoni, u aktar ma dawk l-objettivi jirriflettu l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali reali tal-Unjoni, aktar l-Unjoni Ewropea tkun tista' tiżgura ambjent aħjar għal ġestjoni finanzjarja tajba; jirrakkomanda f'dan il-kuntest li tinħoloq pjattaforma permanenti li tkun tinkludi lill-Kummissjoni, lir-rappreżentanzi tal-gvernijiet nazzjonali, inklużi r-rappreżentanzi permanenti għall-Unjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-awtoritajiet reġjonali;

96.  Jikkondividi l-konklużjoni tal-Qorti li jeħtieġ li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri indipendenti jużaw kull informazzjoni rilevanti disponibbli biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ir-rimborż; jiddikjara b'mod sod li, meta d-data tkun disponibbli, m'għandu jkun hemm l-ebda raġuni biex il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri indipendenti ma jiħdux il-miżuri adegwati biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji;

97.  Jappella lill-Qorti biex, flimkien mal-awtoritajiet ta' awditjar nazzjonali, tiżviluppa sistema li tippermetti li l-Qorti tevalwa s-segwitu li l-Istati Membri jkunu taw għar-rakkomandazzjonijiet tagħha;

98.  Jappella lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri sabiex il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi jittrasponu b'mod aktar komplut l-Istrateġija Ewropa 2020 u anke jimplimentaw il-kunċett ta' indikaturi tar-riżultati komuni kif propost fir-rapport annwali tal-Qorti tal-2014;

99.  Iqis li tkun xi ħaġa utli li l-Parlament u l-Kunsill flimkien isibu mod kif jindirizzaw il-kwistjoni tal-infiq tal-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża;

100.  Japprova l-inklużjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi individwali fil-ftehimiet ta' sħubija;

101.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-negozjati mal-Istati Membri fir-rigward tal-ħtieġa li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali u s-sommarji annwali jiġu ppublikati;

Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri

102.  Jinsab imħasseb li, għall-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014 (ipparagunati mal-pagamenti tal-Unjoni li rċevew), xi Stati Membri laħqu rata tliet darbiet ogħla mill-perċentwal medju ta' 2,3 % (is-Slovakkja 8,7 %, ir-Repubblika Ċeka 8,1 %, il-Greċja 4,7 %);

103.  Jinnota li, għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, EUR 209 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji taħt l-FSE ġew ikkonfermati u EUR 156 miljun ġew implimentati, u minn dawn EUR 95 miljun ġew ikkonfermati fl-2014; jirrimarka li l-Istati Membri bl-ogħla livell ta' korrezzjonijiet huma Spanja (EUR 56 miljun), ir-Rumanija (EUR 43 miljun); il-Polonja (EUR 32 miljun) u Franza (EUR 20 miljun);

104.  Jistqarr li l-ammonti kumulattivi korretti għall-politika ta' koeżjoni fl-2007-2013 jirrappreżentaw 0,9 % mill-allokazzjonijiet baġitarji; jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li hu mistenni li l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2007-2013 se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin hekk kif jibdew jingħalqu l-programmi tagħha;

105.  Jinnota li, għall-programmi FEŻR/FK, il-Kummissjoni imponiet madwar EUR 2 biljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivament minn mindu beda l-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, li jinkludu EUR 782 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Istati Membri qabel jew fl-istess ħin meta ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; josserva bi tħassib li l-Istati Membri prinċipali kkonċernati huma r-Repubblika Ċeka (EUR 719-il miljun), l-Ungerija (EUR 298 miljun), il-Greċja (EUR 257 miljun), Spanja (EUR 237 miljun), is-Slovakkja (EUR 152 miljun), ir-Rumanija (EUR 146 miljun) u l-Italja (EUR 105 miljun);

106.  Jinnota li, għall-FSE, l-Istati Membri bl-ogħla livell ta' ċifri ta' korrezzjoni finanzjarja kumulattiva huma r-Rumanija (EUR 355 miljun), Spanja (EUR 213-il miljun) u l-Polonja (EUR 152 miljun).

107.  Jikkunsidra li l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri huma mezzi effikaċi għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jiddispjaċih madankollu li minħabba l-qafas ġuridiku għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-kumplessità tal-proċeduri relatati u l-għadd ta' saffi ta' kontroll involuti f'ħafna oqsma, l-iżbalji jistgħu jiġu kkoreġuti biss diversi snin wara li jkunu seħħew;

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji

108.  Jissottolinja l-fatt li l-korruzzjoni u l-frodi jnawru l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fid-demokrazija, u jimminaw il-funzjonament tas-suq intern tal-Unjoni; jinnota li hemm bżonn ta' approċċ integrat li permezz tiegħu jkunu jistgħu jaħdmu flimkien l-istituzzjonijiet tal-Unjoni (u l-Istati Membri); jiddispjaċih li diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni (il-Kummissjoni u l-aġenziji, l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi, il-Qorti) jirrapportaw dwar il-frodi b'modi differenti;

109.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqiegħed l-arranġamenti ta' rapportar kollha ġo sistema koerenti waħda sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b'hekk tagħmel il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni aktar effikaċi; ifakkar fl-importanza ta' leġiżlazzjoni koerenti fi ħdan l-Unjoni għal ġlieda effiċjenti kontra l-kriminalità organizzata li topera f'livell transnazzjonali;

110.  Jirrimarka li t-trasparenza hija l-aktar strument effikaċi biex jiġu miġġielda l-abbuż u l-frodi; jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-leġiżlazzjoni f'dan ir-rigward, b'mod li tagħmel obbligatorja l-pubblikazzjoni tad-data relatata mal-benefiċjarji kollha ta' finanzjament mill-Unjoni, inkluża d-data dwar is-sottokuntratti;

111.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tingħaqad mal-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali dwar il-Korruzzjoni (Serje ta' Trattati Ewropej Nru 173) tal-Kunsill tal-Ewropa u tħaffef in-negozjati dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) b'mod li tikkontribwixxi għal-politiki aktar ikkoordinati kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa;

112.  Jappella lill-Kummissjoni biex tassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-irkupru tal-fondi mħallsa indebitament fil-baġit tal-Unjoni u biex tistabbilixxi prinċipji ta' rapportar uniformi fl-Istati Membri kollha bl-għan li tiżgura l-ġbir ta' data paragunabbli, affidabbli u adegwata;

113.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha tal-2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji (PIF), li tfakkar li kemm id-Direttiva PIF u r-Regolament dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Regolament UPPE) "se tikkumplimenta u ssaħħaħ il-qafas ġuridiku u ssaħħaħ b'mod konsiderevoli l-ġlieda kontra l-frodi"; itenni l-fehmiet tiegħu li hemm bżonn urġenti li malajr kemm jista' jkun tiġi adottata d-Direttiva PIF, bil-VAT inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u b'definizzjoni ċara tar-reati fil-qasam tal-PIF, regoli minimi għall-pieni massimi ta' ħabs applikabbli u regoli minimi dwar l-istatut tal-limitazzjonijiet; ifakkar fil-Kawża Taricco, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-frodi fil-qasam tal-VAT hi tabilħaqq inkluża fid-definizzjoni ta' frodi rigward il-PIF fil-Konvenzjoni tal-1995 dwar il-PIF; jappella lill-Kummissjoni biex tiċċara r-relazzjonijiet bejn Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u biex teżamina l-possibbiltà li jkun hemm approċċ b'integrazzjoni aktar qawwija ta' dawn l-aġenziji sabiex l-investigazzjonijiet isiru aktar effikaċi;

114.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex iżżid it-trasparenza billi ttejjeb is-sistema tagħha ta' gruppi esperti, partikolarment fir-rigward tal-proċedura għall-għażla tal-esperti, permezz tal-iżvilupp ta' politika ġdida dwar il-kunflitti ta' interess għall-esperti maħtura f'kapaċità personali, bl-implikazzjoni tal-possibbiltà li l-Parlament jeżerċita kontroll dirett fuq il-ħatriet ta' dan it-tip; jieħu nota tar-rekwiżit li l-esperti jiġu rreġistrati fir-reġistru tat-trasparenza meta dan ikun relevanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, madankollu, biex tqis ir-rakkomandazzjonijiet kemm tal-Ombudsman Ewropew dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi esperti u kemm l-istudju "Kompożizzjoni tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni u l-istatus tar-reġistru tal-gruppi esperti" meta tkun qed tfassal l-emendi għar-regoli orizzontali attwali dwar il-gruppi esperti, b'mod li toħloq approċċ aktar sistematiku u trasparenti; jitlob li l-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu mal-Parlament qabel ma jiġu formalment adottati r-regoli, speċjalment fir-rigward tar-rapport ġejjieni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar din il-kwistjoni; jinkoraġġixxi lill-aġenziji Ewropej jikkunsidraw li jagħmlu riformi f'sens simili;

115.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri mhumiex qed jagħtu segwitu għall-każijiet allegati ta' frodi li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif qed jippreżentahomlhom l-OLAF; jappella lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri xierqa u lill-OLAF biex ikompli jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-prestazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' frodi fil-konfront tal-fondi Ewropej;

116.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' indikaturi stretti u kriterji uniformi; jinsab imħasseb dwar l-affidabbiltà u l-kwalità tad-data li ġejja mill-Istati Membri; jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex tiggarantixxi data komprensiva, preċiża u affidabbli mingħajr ma tinsa l-għan ta' implimentazzjoni sħiħa tal-Iskema ta' Awditu Uniku;

117.  Itenni t-talba tiegħu li, darbtejn fis-sena, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-politiki interni tagħhom kontra l-korruzzjoni, u jistenna b'ħeġġa li jaqra r-rapport li jmiss fil-bidu tal-2016; jitlob lill-Kummissjoni żżid kapitolu dwar il-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni u hu tal-opinjoni li r-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-ġejjieni għandhom dejjem ikopru lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni;

118.  Jesprimi tħassib dwar id-data pprovduta mill-EURODAD dwar il-ħasil tal-flus, li fiha l-Lussemburgu u l-Ġermanja huma fil-quċċata tal-klassifika fir-rigward ta' riskju ta' ħasil tal-flus; iqis li hu essenzjali li l-Istati Membri jittrasponu kompletament id-Direttiva tal-Unjoni dwar il-ħasil tal-flus u jintroduċu reġistru pubbliku bis-sjieda tal-kumpaniji, inklużi trusts;

119.  Jappella biex ikun hemm tranżizzjoni minn reġistru volontarju lejn reġistru obbligatorju tal-Unjoni għall-lobbisti kollha li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-Kummissjoni;

120.  Jikkunsidra li l-ewwel rapport biennali tal-Kummissjoni dwar il-ħidma kontra l-korruzzjoni hu tentattiv promettenti biex il-korruzzjoni tinftiehem aħjar fid-dimensjonijiet kollha tagħha, biex jiġu żviluppati reazzjonijiet effikaċi bil-ħsieb li tiġi affrontata u biex titwitta t-triq biex jissaħħaħ l-obbligu li għandha l-isfera pubblika li tagħti rendikont liċ-ċittadini tal-Unjoni; jafferma mill-ġdid, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-politika tal-UE ta' tolleranza żero għall-frodi, għall-korruzzjoni u għall-kollużjoni; jikkunsidra li hu ta' dispjaċir, madankollu, li dan ir-rapport ma inkludiex il-politiki kontra l-korruzzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni nnifishom;

121.  Jeżiġi li, sa mhux aktar tard milli fit-tieni rapport tagħha dwar il-ħidma kontra l-korruzzjoni, il-Kummissjoni twettaq analiżi ulterjuri kemm fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll f'dak tal-Istati Membri dwar l-ambjent li fih ikunu qed jiġu implementati l-politiki, sabiex tidentifika l-fatturi kritiċi inerenti, l-oqsma vulernabbli u l-fatturi ta' riskju li jiffaċilitaw il-korruzzjoni;

122.  Jappella lill-Kummissjoni biex tissodisfa mingħajr dewmien l-obbligi ta' rapportar tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni;

Ir-rata ta' żball b'mod ġenerali

123.  Jinnota bi tħassib li l-aktar tipi ta' żbalji komuni li ġew identifikati huma l-ispejjeż ineliġibbli inklużi fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż (41 %), żbalji serji fl-akkwist pubbliku (27 %) u dikjarazzjonijiet inkorretti tal-erja mill-bdiewa (20 %);

124.  Jinnota madankollu li l-perċentwal ta' żbalji serji mill-Istati Membri fl-akkwist pubbliku tnaqqas b'mod sinifikanti minn 45 % fl-2013 fil-qasam tal-politika reġjonali, għal 25 % tal-iżbalji kkwalifikati kollha għall-qasam politiku magħqud tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-2014;

125.  Iqis li hu allarmanti l-fatt li, f'ħafna każijiet ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw in-nefqa; li kieku din l-informazzjoni kollha ntużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, l-istima tal-livell ta' żball setgħet tkun ferm aktar baxxa;

126.  Jinnota li, għall-programmi bbażati fuq drittijiet, l-istima tal-livell ta' żball hi ta' 2,7 % (3 % fl-2013), u għaldaqstant hi ferm inqas milli hi fin-nefqiet għal rimborż fejn l-istima tal-livell ta' żball hi ta' 5,5 % (5,6 % fl-2013); jitlob lill-Kummissjoni tevalwa li taqleb minn skema ta' rimborż għal skema bbażata fuq drittijiet fejn ikun xieraq, bħala mezz ta' semplifikazzjoni;

L-aħjar prattika

127.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-obbligi tagħhom biex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija 2020 tal-Unjoni bl-istess serjetà kif jagħmlu fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi individwali u l-proċedura tas-Semestru Ewropew; dan kieku jirrifletti bidla viżibbli fil-kunċett ta' prestazzjoni, li għandha tiġi segwita ulterjorment bl-implimentazzjoni ta' proċessi evalwattivi b'impatt, bħar-riżerva għall-prestazzjoni għall-benefiċjarji responsabbli u sanzjonijiet u limitazzjonijiet għall-oħrajn;

Evalwazzjoni u analiżi tar-riżultati ewlenin tal-baġit tal-Unjoni għall-2014

128.  Jinnota li total ta' madwar EUR 142,5 biljun fl-2014 jirrappreżenta kważi t-2 % tan-nefqa pubblika totali fl-Istati Membri tal-Unjoni, jew 1 % tal-PDG tal-Unjoni;

129.  Jitlob li l-identifikazzjoni tal-effetti reali tal-utilizzazzjoni baġitarja tal-Unjoni fuq l-indikaturi makroekonomiċi tal-Unjoni ssir suġġett tal-proċeduri ta' kwittanza;

130.  Jiddispjaċih li 47 % biss mill-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja tħallsu lid-destinatarji finali sa tmiem l-2013 f'ġestjoni kondiviża (fi tmiem l-2012 kienu tħallsu 37 %) u li l-livell tal-flus miżmuma fl-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja taħt ġestjoni indiretta baqa' għoli (EUR 1,3 biljun fl-2014; EUR 1,4 biljun fl-2013);

131.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat ir-regolament applikabbli rigward l-estensjoni tal-perjodu ta' eliġibbiltà għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, u t-tweġiba tal-Kummissjoni għaliha;

132.  Jappella lill-Kummissjoni biex, b'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, tikkunsidra, fil-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħha, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità f'ċerti Stati Membri sabiex tevita s-sottoutilizzazzjoni tal-fondi u żżid ir-rati ta' assorbiment, speċjalment fil-qasam tal-FSIE; filwaqt li tirrikonoxxi l-azzjonijiet li ttieħdu s'issa, bħat-twaqqif tat-Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar, li diġà ġġenera titjib;

133.  Jitlob li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex tnaqqas l-impenji pendenti, inkluż l-għeluq f'waqtu tal-programmi 2007-2013 u tnaqqis tal-flus miżmuma mill-fiduċjarji;

134.  Itenni li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kull sena previżjoni fuq żmien twil tal-flussi tal-flus li tkopri l-limiti massimi baġitarji, il-ħtiġijiet ta' pagament, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità u l-potenzjal li jiġu rtirati l-impenji b'mod li l-ħtiġijiet ta' pagamenti jiġu jikkorrispondu aħjar mal-fondi disponibbli(11);

135.  Hu tal-opinjoni li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2016, hija l-ewwel u l-aqwa opportunità biex il-livell għoli ta' RAL jiġi affrontat fuq bażi strutturali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta biex jiġi riveduti ir-Regolament QFP sabiex, fost affarijiet oħra, tirranġa r-RAL;

Pagamenti pendenti

136.  Jisħaq fuq il-fatt li l-impenji li saru fl-2014 ammontaw għal EUR 109,3 biljun, jiġifieri 76,6 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli u li, bħala riżultat, fl-2015 kien disponibbli livell għoli ħafna ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (b'riport ta' EUR 12,1 biljun, u żieda għal-limitu massimu ta' EUR 16,5 biljun);

137.  Jiddispjaċih li, minkejja l-fatt li l-livell tal-pagamenti kompla jkun ogħla mil-limitu massimu tal-QFP, l-użu tal-marġni ta' kontinġenza għat-talbiet għal pagamenti li ma tħallsux żdied b'EUR 1,4 biljun għal EUR 25,8 biljun; jisħaq fuq l-importanza li tiġi rispettata kompletament id-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament 2015-2016 li ntlaħaq qbil dwaru bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, b'segwitu għall-impenn kondiviż biex l-arretrat ta' talbiet għal pagamenti pendenti għall-programmi ta' koeżjoni 2007-2013 jitnaqqas għal madwar EUR 2 biljun sa tmiem l-2016; hu tal-fehma li f'termini de facto din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 310 TFUE, li jiddikjara li d-dħul u l-ħruġ murija fil-baġit iridu jkunu jaqblu;

138.  Jisħaq fuq il-fatt li hu previst li t-tnaqqis fil-livell tal-impenji pendenti se jkun temporanju minħabba ż-żieda mitluba fil-limitu massimu tal-QFP għall-2015 u s-snin sussegwenti;

139.  Jindika, b'mod partikolari, li sa tmiem l-2014, il-pagamenti lill-Istati Membri FSIE pluriennali għall-2007-2013(12) laħqu EUR 309,5 biljun; jiġifieri 77 % minn EUR 403 biljun għall-programmi operattivi kollha, fejn ħames Stati Membri (speċifikament ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Italja, il-Polonja u r-Rumanija) jirrapreżentaw aktar minn nofs l-impenji li ma ntużawx mill-FSIE pluriennali;

140.  Jiddispjaċih li l-arretrat fl-assorbiment tal-fondi pluriennali hu sinifikanti u jista' joħloq problema reali għal xi Stati Membri(13); jappoġġa u jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-utilità li jiġu applikati alternattivi ta' flessibiltà, minħabba d-dewmien fit-tnedija tal-programmi kollha;

Dħul

141.  Jinnota li l-flussi tad-dħul, fil-prinċipju huma bbażati fuq diversi għejun:

142.  Jilqa' l-fatt li, mit-tliet rakkomandazzjoni magħmula mill-Qorti fl-2011-2012, tnejn qed jiġu implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti tagħhom u waħda qed tiġi implimentata f'xi aspetti tagħha;

ING

143.  Jissottolinja li parametru ING hu fattur kruċjali għall-kwistjoni tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni u jisħaq fuq il-fatt li hi kwistjoni kruċjali, l-unika waħda serja fir-rigward tas-suġġett tad-dħul taħt l-istruttura tal-baġit attwali tal-Unjoni, li dan jitkejjel b'mod korrett u oġġettiv, u li hu importanti ħafna li jkun hemm bażijiet tad-data affidabbli u flessibbli għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri;

144.  Jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex tiddikjara li d-data dwar l-ING imressqa mill-Istati Membri tkun affidabbli u għaldaqstant il-kontribuzzjonijiet tagħhom ikunu korretti;

145.  Ifakkar li, fl-2014, aġġornamenti għad-data dwar l-ING wasslu għal aġġustamenti għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri li kienu ta' daqs mingħajr preċedent u ammontaw għal EUR 9 813-il miljun;

146.  Jisħaq fuq il-fatt li dawn ir-reviżjonijiet importanti għall-bilanċi tal-ING setgħu kien iżgħar kieku kienet ġiet stabbilita politika ta' reviżjoni komuni tal-UE għall-armonizzazzjoni tal-kalendarju għar-reviżjonijiet importanti;

147.  Jiddispjaċih li l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), u b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi “karusell” jew tal-kummerċjant nieqes, tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u ċċaħħad lill-baġits nazzjonali minn riżorsi sinifikanti filwaqt li tipperikola l-baġit tal-Unjoni; jirrimarka li d-diskrepanza tal-VAT u t-telf stmat mill-ġbir tal-VAT fl-2013 ammontaw għal EUR 168 biljun; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda data affidabbli dwar il-VAT u frodi tat-tip karusell; jinnota li s-sistema tal-VAT attwali għadha frammentata u toħloq piżijiet amministrattivi sinifikanti, speċjalment għall-SMEs u kumpaniji onlajn; jinsab imħasseb li s-sistema l-ġdida ta' responsabbiltà għall-VAT bħala riżorsa proprja ma setgħetx tilħaq kompletament l-għan tagħha ta' semplifikazzjoni u jisħaq fuq ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jindirizzaw id-dgħufijiet fil-EUROFISC u jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom dwar ir-reverse charges, jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni u jgħinu fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi emendi leġiżlattivi li jippermettu kontroverifiki effettivi bejn data doganali u tat-taxxa, u tiffoka s-sorveljanza tagħha tal-Istati Membri dwar it-titjib tal-puntwalità tar-risposti tagħhom għat-talbiet għall-informazzjoni u dwar l-affidabbiltà tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT;

Miżuri li għandhom jittieħdu

148.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi dwar il-futur tal-finanzjament tal-Unjoni li tevalwa l-adegwatezza tal-bażi ta' riżorsi proprji;

149.  Jiddispjaċih li l-proposti mressqa mill-Kummissjoni fl-2013 biex tintroduċi politika ta' reviżjoni komuni tal-Unjoni għadhom pendenti, mingħajr ma ttieħdet l-ebda azzjoni oħra mill-Kummissjoni minkejja l-fatt li 19-il Stat Membru indikaw li kienu lesti jallinjaw ruħhom, tal-anqas parzjalment, mal-politika ta' reviżjoni tal-Unjoni sa Settembru 2014;

150.  Jilqa' l-istabbiliment tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji; jilqa' l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni li l-Grupp ippreżenta fi tmiem l-2014 u jaqbel li din is-sistema gradwalment ġiet iddominata minn kontribuzzjonijiet nazzjonali, b'parti li jifdal tar-riżorsi proprji, indipendenti u ġenwinament Ewropej; iqis li s-sistema attwali tar-riżorsi proprji għandha tmur lil hinn mid-dibattitu nazzjonali attwali dwar il-kontributuri u r-riċevituri netti, li huwa 'l bogħod miċ-ċittadini tal-Unjoni, għal sistema li hija tassew fl-interess ġenerali tal-Unjoni u l-politiki tagħha.

151.  Jirrimarka li l-bidliet li rriżultaw mill-ħidma fuq ir-riżervi kienu jiġu mitigati li kieku ċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tal-Kummissjoni kien iqsar u jfakkar li l-Parlament is-sena l-oħra ħeġġeġ lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013:

   (a) tqassar id-durata taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tagħha tal-ING;
   (b) tillimita l-użu tar-riżervi ġenerali għal każijiet eċċezzjonali;

152.  Jinnota bi tħassib profond li l-Kummissjoni ħabbret li ċ-ċiklu ta' verifikazzjoni li jmiss se jitlesta biss fl-2019 u li r-riżervi se jkopru mill-inqas disa' snin, bħal ma ġara f'dak preċedenti;

153.  Jirrimarka li, skont il-Qorti, il-kwalità tal-verifiki magħmula mid-dwani tal-Istati Membri ma tjiebitx; jiddispjaċih li l-verżjoni aġġornata tal-Gwida għall-Awditjar Doganali maħruġa mill-Kummissjoni fl-2014 ma tkoprix uħud min-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati ma' kif għandhom jiġu ttrattati l-importazzjonijiet approvati fi Stati Membri oħra;

154.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   (a) tieħu miżuri biex tnaqqas l-għadd ta' snin koperti minn riżervi fi tmiem iċ-ċiklu ta' verifikazzjoni li jmiss għall-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;
   (b) timplimenta l-arranġamenti meħtieġa sabiex jitnaqqas l-impatt tar-reviżjonijiet tal-metodi u s-sorsi ppreżentati mill-Istati Membri għall-kompilazzjoni tal-ING tagħhom;
   (c) ittejjeb il-gwida eżistenti mogħtija lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-verifiki li jagħmlu (b'mod partikolari l-awditi wara l-approvazzjoni); kif ukoll
   (d) tiżgura li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi xierqa għat-tħejjija u l-ġestjoni tad-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar dazji doganali u imposti fuq iz-zokkor;
   (e) testendi l-kapaċità ta' valutazzjoni tar-riskju tal-Eurofisc biex tkopro s-sistema VIES (sistema transnazzjonali ta' skambju ta' informazzjoni dwar il-VAT);

L-aħjar prattika

155.  Jinnnota li n-naħa tad-dħul mhix milquta minn żbalji materjali, u dan minnu nnifsu hu tip tal-aħjar prattika, kif inhi l-prattika attwali ta' kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri abbażi tal-prinċipju ING li s'issa għadu jagħmel sens; madankollu, biex dan il-mudell jibqa' jiffunzjona, hi rikjesta valutazzjoni permanenti tal-prestazzjoni ekonomika fl-Istati Membri; alternattiva biex tiżdied il-bażi tar-riżorsi proprji għadha kwistjoni rilevanti għall-ġejjieni;

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Kwistjonijiet ġenerali

156.  Jilqa' l-fatt li l-istruttura tar-rapport annwali tal-Qorti ssewgi, għall-ewwel darba, l-intestaturi tal-QFP li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014; fl-2013, il-Kapitolu kien intitolat "Riċerka u politiki interni oħra"; jinnota, madankollu, li din il-bidla strutturali tillimita l-komparabbiltà tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti ma' dawk tas-snin preċedenti;

157.  Jinnota wkoll li r-riċerka u l-innovazzjoni jirrappreżentaw 61 % (EUR 8,1 biljun) tal-infiq, permezz tas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku 2007–2013 (FP7) u Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014–2020 fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (EUR 1,5 biljun), il-programmi spazjali (EUR 1,4 biljun), it-trasport (EUR 0.8 biljun) u azzjonijiet u programmi oħra (EUR 1,5 biljun) jirrappreżentaw il-bqija tad-39 %;

158.  Ifakkar li l-intestatura 1a tal-QFP tnaqqset drastikament matul in-negozjar tal-QFP (- 24 % meta mqabbel ma l-proposta inizjali tal-Kummissjoni); huwa konxju li l-intestatura 1a tinkludi nfiq fuq it-titjib tar-riċerka u l-innovazzjoni, it-titjib tas-sistemi edukattivi u l-promozzjoni tal-impjieg, l-iżgurar ta' suq uniku diġitali, il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, l-immodernizzar tas-settur tat-trasport u t-titjib tal-ambjent tan-negozju, speċjalment għall-SME;

159.  Jenfasizza li 90 % tal-infiq f'dan il-qasam jirrappreżenta għotjiet lil benefiċjarji privati u pubbliċi;

160.  Jilqa' l-fatt li tliet rakkomandazzjonijiet kienu implimentati bis-sħiħ u sitt rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati għall-parti l-kbira tal-aspetti mid-disa' rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fis-snin 2011–2012;

Ewropa 2020

161.  Huwa konxju li t-total kumulattiv tal-ftehimiet ta' għotja għall-FP7 kollu kemm hu huwa ta' 26,078 (li minnhom 9,627 ingħalqu); fl-istess żmien il-Kummissjoni nediet il-programm ta' ħidma 2014–2015 ta' Orizzont 2020, li kien ta' suċċess kbir b'46,097 proposta rċevuti sal-25 ta' Frar 2015: għal 79 sejħa konkluża 25,903 proposta kienu eliġibbli, 3,765 minnhom inżammu għall-finanzjament u ġew iffirmati 1,410 ftehim ta' għotja;

162.  Jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni kienet kapaċi tilħaq il-biċċa l-kbira tal-miri tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPI); jiddubita madankollu, li se tintlaħaq il-mira li, sal-2020, 3 % tal-PDG tal-Unjoni se jiġi investit fir-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jilqgħu l-isfida; jinnota li s-sitwazzjoni tidher li hija partikolarment diffiċli għall-Kroazja, il-Finlandja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja u l-Isvezja; Jistieden lill-Kummissjoni tislet il-konklużjoni meħtieġa li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-QFP li jmiss li għandha tiġi ppreżentata sa tmiem l-2016;

163.  Jilqa' l-impatt tar-riċerka Ewropea (networks) fuq il-ġlieda kontra l-Ebola, fuq it-titjib tat-trattamenti tal-kanċer, fuq il-ħolqien ta' żona sħiħa Ewropea għar-riċerka klinika, fuq il-ġlieda kontra l-għargħar, fuq iż-żieda fis-sigurtà tal-ikel u fuq it-titjib tas-sigurtà tal-bastimenti tal-cruises, biex insemmu xi ftit eżempji;

164.  Jilqa' l-fatt li l-evalwazzjoni ex-post tal-FP7 saret disponibbli f'Novembru 2015; jistenna li l-konstatazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-programmi ta' ħidma ta' Orizzont 2020;

165.  Jinnota b'interess l-ewwel informazzjoni disponibbli dwar ir-"Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Innovazzjoni 2015"(14) li jipprovdi aġġornament dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-34 impenn meħudin fil-kuntest tal-inizjattiva ewlenija tal-Unjoni tal-Innovazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020;

166.  Ifakkar li "l-Isfidi tas-Soċjetà numru 6 (SC6)", b'mod partikolari, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi, kienu ta' prijorità għall-Parlament, li daħħal matul l-iżvilupp ta' Orizzont 2020; ifakkar fl-importanza ta' dan il-komponent fl-oqsma fejn l-Unjoni qed tiffaċċja sfidi, bħalma huma l-ġlieda kontra l-qgħad, ir-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu, l-appoġġ għall-migranti, il-governanza ekonomika u monetarja, u l-ġlieda kontra l-inugwaljanza; huwa mħasseb, għaldaqstant, li matul il-fażi ta' implimentazzjoni tal-programm, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi ġew żgradati bħala prijorità permezz tat-telf tat-tmexxija ddedikata tagħhom u t-tnaqqis ta' 40 % fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tagħhom fi żmien meta kien hemm żieda fil-pakkett globali ta' Orizzont 2020 taħt il-QFP 2014–2020;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

167.  Jirrimarka li:

   (a) il-konklużjonijiet u l-osservazzjonijiet ġenerali għall-prassi ta' ġestjoni kondiviża huma validi għall-kompetittività;
   (b) għalkemm hemm sinerġija u approċċ integrat bejn it-tipi differenti ta' strumenti għall-appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (R&D&I) dawn għandhom jittejbu aktar;
   (c) Orizzont 2020 implimenta regoli aktar sempliċi meta mqabbla mal-FP7; min-naħa l-oħra, hemm żoni appoġġati fl-ambitu ta' Orizzont 2020 li huma potenzjalment aktar riskjużi, bħall-proġetti orjentati lejn l-impriżi li fihom jipparteċipaw l-SMEs u li jużaw strumenti innovattivi ġodda, inklużi dawk finanzjarji;

168.  Jitlob lill-benefiċjarji jagħmlu l-aħjar użu miċ-ċertifikati tal-awditu, peress li ċ-ċertifikati tal-awditu jnaqqsu r-rati ta' żball b'50 % meta mqabbla ma' dikjarazzjonijiet ta' spejjeż mhux ċertifikati; iqis, madankollu, li r-rata ta' żball misjuba minn awditi esterni għandha titjieb sostanzjalment b'kunsiderazzjoni tal-appoġġ speċjalizzat ħafna riċevut mill-Kummissjoni; jilqa' f'dan il-kuntest il-gwidi, seminars, mudelli kollha u l-lista tal-iżbalji l-aktar komuni li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji u tal-korpi ta' awditjar, iżda jappella lill-Kummissjoni tieħu miżuri aktar inċisivi li jassiguraw li ċertifikati tal-awditjar estern jirriflettu r-rata ta' żball b'mod aktar preċiż;

169.  Jappoġġa t-tentattiv tal-Kummissjoni li tiżviluppa aktar il-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tar-riċerka; jilqa', f'dan il-kuntest, il-fatt li għall-awditi ex-post l-għażla tal-parteċipanti li se jiġu sottomessi għall-awditu fil-biċċa l-kbira diġà tieħu kont tar-riskju: il-Kummissjoni tistenna li 83 % tal-awditi mwettqa matul il-perjodu 2012–2016 jintgħażlu skont il-kriterji ta' riskju;

170.  Jilqa' l-ħolqien ta' ċentru ta' appoġġ komuni li jipprovdi għajnuna għas-servizzi ta' riċerka kollha fil-qasam tal-appoġġ legali, l-awditu, il-proċess operattiv, l-IT, u l-informazzjoni u d-data;

171.  Jirrikonoxxi li appoġġ sinifikanti għar-riċerka u l-innovazzjoni qed jiġi inkluż fil-ftehimiet ta' sħubija tal-FSIE u l-programmi operazzjonali tal-Istati Membri u r-reġjuni, u b'hekk joħolqu aktar sinerġiji; l-appoġġ jammonta għal aktar minn EUR 42 biljun għar-riċerka fundamentali u l-innovazzjoni u EUR 118 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni f'sens wiesgħa;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

172.  Jinsab imħasseb ħafna li l-Qorti analizzat 166 tranżazzjoni, li minnhom 79 kienu milquta minn żbalji; jinnota li abbażi tat-53 żball kwantifikat, il-livell ta' żbalji stmat huwa ta' 5.6%;

173.  Iqis allarmanti l-fatt li, f'27 każ ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevjenu, jew jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma aċċettaw in-nefqa; li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun 2.8 punti perċentwali inqas; din is-sitwazzjoni, li baqgħet l-istess għal diversi snin issa, turi nuqqas ta' diliġenza;

174.  Iqis bħala intollerabbli li r-rata ta' żball għall-FP7 ma tjibitx meta mqabbla mal-FP6, u li, skont id-dikjarazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ RTD, se tkun saħansitra agħar; hu tal-fehma li r-rata ta' żball għall-FP7 kellha titjieb fid-dawl tal-esperjenza akbar miksuba fil-ġestjoni tal-proġetti; jiddeplora l-fatt li t-tkabbir drammatiku fir-rata ta' żball fil-qasam tal-"kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" fl-2014 serviet biss biex tenfasizza l-ġestjoni affidabbli tal-programm fis-snin reċenti;

175.  Jiddeplora l-fatt li l-qasam ta' nefqa "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" ra l-ikbar żieda fir-rati ta' żball fl-Unjoni bejn l-2013 u l-2014;

176.  Jiddispjaċih li s-sorsi tal-iżbalji baqgħu l-istess:

   (a) fil-qasam tar-riċerka (Riċerka): kosts tal-persunal ikkalkulati b'mod skorrett, kosts diretti ineliġibbli oħra bħal kosts mhux sostanzjati għall-ivvjaġġar jew għat-tagħmir; kosts indiretti ineliġibbli bbażati fuq rati żbaljati ta' spejjeż ġenerali jew li jinkludu kategoriji ta' kosts ineliġibbli mhux marbuta mal-proġett;
   (b) għal strumenti ta' nfiq ieħor (Oħrajn): spejjeż mhux sostanzjati u ineliġibbli, kif ukoll każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' akkwist pubbliku;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Riċerka

Oħrajn

Kosts tal-persunal ikkalkulati b'mod skorrett;

30,5%

2,5%

Kosts diretti inammissibbli oħra

17,5%

13,5%

Kosts indiretti ineliġibbli

20%

 

Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

 

14%

Sottokuntrattar ineliġibbli

2%

 

Total

70%

30%

177.  Jibqa' konvint li l-Kummissjoni għandha tkompli tfittex bilanċ aċċettabbli bejn kemm il-programmi jkunu attraenti għall-parteċipanti u l-ħtieġa leġittima tar-responsabbiltà u l-kontroll finanzjarju; ifakkar, f'dan il-kuntest, id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali fl-2012 li proċedura li timmira li tikseb rata ta' żball residwu ta' 2 % f'kull sitwazzjoni mhijiex soluzzjoni vijabbli(15);

178.  Jieħu nota li d-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, bħal fis-snin preċedenti, ħareġ riżerva orizzontali rigward ir-rata ta' żball residwu fi ħdan il-pretensjonijiet ta' kosti fl-FP7, implimentata direttament mid-DĠ RTD, u fil-pagamenti għal Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, fejn l-istima tar-riskju residwu hija ta' 3 % u hu stmat li l-impatt huwa ta' EUR 111,39 miljun;

179.  Jirrikonoxxi li ċerti partijiet tan-nefqa taħt l-FP7 ma kinux koperti minn riżerva fejn kien hemm evidenza li r-riskji (u għalhekk rati ta' żball residwu) kienu konsiderevolment aktar baxxi milli għan-nefqa globali; fi ħdan l-RTD, dan japplika għan-nefqa mogħtija lill-Impriża Konġunta Fużjoni għall-Enerġija, Clean Sky u lill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu; barra mid-DĠ RTD dan japplika wkoll għan-nefqa mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka taħt il-programm Marie Curie, u għan-nefqa kollha tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

180.  Jikkonkludi li, filwaqt li riżerva orizzontali tista' tkun legalment meħtieġa, tali riżerva tixħet dawl negattiv fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, b'mod partikolari minħabba li d-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jistgħu jagħtu assigurazzjoni sħiħa ta' 97 % ta' dan l-infiq;

181.  Jinnota li, fil-qasam tar-riċerka, il-Kummissjoni ħarġet ordnijiet ta' rkupru, fl-2014 u 2015, b'valur ta' EUR 42 miljun; EUR 31 miljun diġà ġew irkuprati, u l-kumplament għadu mhux irkuprat, jew minħabba falliment jew minħabba li tkun għaddejja l-fażi tal-irkupru infurzat;

182.  Jikkundanna rapporti tal-istampa reċenti li jixħtu dubju fuq l-abbiltà tad-DĠ RTD biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod effikaċi; jappella lill-Kummissjoni tiċċara ċ-ċirkostanzi li ġew iddokumentati sew fil-midja u tindikakaż ċar ta' amministrazzjoni ħażina u ħsara ċara għall-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Unjoni; jappella lill-Ombudsman biex jiftaħ investigazzjoni dwar il-kwistjoni;

183.  Jikkundanna l-fatt li s-simplifikazzjoni neħħiet awditi ex-ante (issa ma hemm l-ebda ċertifikazzjoni ex-ante għall-infiq ta' aktar minn EUR 375 000, pereżempju), li jwasslu għal żbalji kumulattivi li jagħtu lok għal rata ta' żbalji mifruxa u dejjem tikber li ma tantx jidher li se titnaqqas fil-każ ta' Orizzont 2020, fid-dawl taż-żieda ta' korpi responsabbli għall-ġestjoni tal-ispejjeż marbutin mal-FP7;

Kwistjonijiet dwar l-affidabilità tad-data

184.  Jiddispjaċih li hemm problema bl-analiżi tad-data sekondarja meħtieġa għal evalwazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni; jikkunsidra li dan għandu jitqies bħala sfida għall-ġejjieni qrib; ifakkar il-ħtieġa li l-ġestjoni ta' informazzjoni tittejjeb;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

185.  Jinnota li l-effetti reali u r-riżultati tal-R&D&I mil-lat tal-kummerċjalizzazzjoni u l-kontribuzzjoni b'valur miżjud huma ta' importanza sostanzjali;

186.  Jilqa' r-riżultati pożittivi previsti mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli li jwettqu l-evalwazzjoni ex-post tal-FP7, jiġifieri: li l-programm ħoloq direttament aktar minn 1,3 miljun impjieg (permezz ta' proġetti ffinanzjati fuq perjodu ta' 10 snin) u indirettament 4 miljun sena ta' impjieg tul perjodu ta' 25 snin; li kull euro li ntefaq permezz tal-FP7 iġġenera madwar EUR 11 ta' effetti ekonomiċi diretti u indiretti permezz ta' innovazzjonijiet, teknoloġiji u prodotti ġodda u li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu għall-SMEs qabżet il-mira ta' 15 % u laħqet is-17 % (EUR 5 biljun);

187.  Josserva li, għat-tisħiħ tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni, il-Qorti pprovdiet test pijunier dwar l-indikaturi tal-Istrateġija Ewropa 2020, fejn l-infiq R&D għandu rwol importanti;

188.  Jitlob lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-pjan ta' azzjoni ppreżentat lill-Kunsill tal-ITER f'Novembru;

189.  Jinsisti li l-Kummissjoni, sa Ġunju 2016, tibgħatlu aġġornament dwar skeda ta' proġett fuq terminu ta' żmien twil u l-ispejjeż relatati għal ITER bi tħejjija għal deċiżjonijiet baġitarji għas-sena ta' wara; ifakkar li għall-2016 ġiet imwarrba għall-ITER approprjazzjoni ta' pagament fuq livell ta' kważi EUR 475 miljun;

Strumenti finanzjarji

190.  Jinnota li, speċjalment għal Orizzont 2020, l-istrumenti innovattivi ta' strumenti finanzjarji avvanzati ħafna jirrappreżentaw wieħed mis-setturi ewlenin ta' implimentazzjoni prattika; jilqa' f'dan ir-rigward it-tnedija fl-2014 ta' firxa ġdida ta' prodotti taħt "InnovFin - Finanzjament tal-UE għall-Innovaturi" bħala inizjattiva konġunta mnedija permezz tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (l-BEI u l-FEI) f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni;

191.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni fi proċeduri futuri ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-InnovFin li tkopri sehem mill-baġit tal-Unjoni li jieħdu sehem f'dan l-istrument finanzjarju;

192.  Jirrimarka li ċerti setturi u oqsma ta' politika, bħalma huma l-infrastruttura ferrovjarja jew ir-riċerka teoretika jew bażika, huma anqas adattati għal finanzjament permezz ta' strumenti finanzjarji, u b'hekk hemm ir-riskju li jiġu esklużi mill-ambitu tal-attivitajiet tal-Unjoni;

L-aħjar prattika

193.  Jinnota li l-attivitajiet ta' awditjar f'dan il-qasam ġew intensifikati u li l-koordinazzjoni mis-Servizz tal-Awditjar Komuni ittejbet, filwaqt li huwa pprovdut bħala servizz ta' ġestjoni kondiviża għad-DĠ, l-aġenziji eżekuttivi u l-impriżi konġunti kollha involuti fl-infiq għar-riċerka u għall-innovazzjoni;

194.  Iqis is-sottokuntrattar lil aġenziji speċjalizzati abbażi ta' proċeduri speċifiċi jista' jikkostitwixxi prassi tajba fil-kuntest tal-ġestjoni ta' programmi kbar f'dan il-qasam; jispeċifika li, peress li din il-prassi ilha biss ftit żmien implimentata, mhuwiex possibbli li jiġu ddikjarati riżultati konkreti, iżda madankollu, bħala metodu u tal-mudell, tidher li hija ferm innovattiva;

Miżuri li għandhom jittieħdu

195.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) tadotta sett ta' miżuri biex tnaqqas ir-rata ta' żball relattivament għolja f'dan il-qasam, ittejjeb il-ġestjoni tad-data u l-informazzjoni biex tanalizza wkoll il-proġetti R&D&I avvanzati ħafna u tittestja l-impatt reali tagħhom fil-konfront tal-potenzjal ta' Orizzont 2020;
   (b) tippreżenta rapport li jevalwa l-esperjenza attwali mal-prassi l-ġdida li jintużaw aġenziji speċjali f'dan is-segment(16) minn perspettiva baġitarja kif ukoll tirrapporta fuq bażi regolari fuq il-konformità mal-indikaturi rilevanti tal-Istrateġija Ewropa 2020;

196.  Jistieden lid-DĠ RTD biex ittejjeb il-ġestjoni tal-informazzjoni, speċjalment b'mod konformi ma' kultura ta' prestazzjoni li tinkludi l-partijiet interessati kollha, speċjalment dawk ġodda, u ttejjeb il-ġestjoni tal-informazzjoni ma' benefiċjarji fl-Istati Membri; jirrakkomanda aktar inklużjoni ta' awdituri indipendenti li jiffokaw mhux biss fuq l-iżbalji, iżda wkoll fuq iċ-ċiklu ta' prestazzjoni, inkluża evalwazzjoni xierqa tar-riskji; barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet regolatorji għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-impatt;

197.  Jistieden lid-DĠ RTD tippubblika, fir-rapporti ta' attività annwali rispettivi tagħha, il-kontribut tagħha lejn is-CSR b'mod komprensiv u dettaljat, peress li dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom juru kif id-DĠ tiffaċilita l-progress tal-Istati Membri lejn l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020;

198.  Jinnota li l-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar is-simplifikazzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu introdotti f'Orizzont 2020; jitlob informazzjoni dwar kif se jiġu implimentati s-simplifikazzjonijiet addizzjonali;

199.  Jenfasizza li s-simplifikazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-program Orizzont 2020 għandu jkun il-prinċipju li jmexxi l-Ftehim tal-Għotja Annotat; jenfasizza li, bil-kontra tal-FP7, l-ispejjeż fatturati internament għandhom jiġu diviżi u rrapportati skont il-kategoriji differenti ta' kosti, inklużi dawk tal-persunal, taħt Orizzont 2020; jappella, għalhekk, biex il-Kummissjoni tirrevedi l-annotazzjonijiet u tippermetti l-eliġibbiltà tal-kosti fatturati internament bħala spejjeż diretti oħrajn mingħajr tqassim f'kategoriji ta' kosti u mingħajr skedi ta' żmien għas-servizzi;

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Kwistjonijiet ġenerali

200.  Jilqa' l-fatt li l-istruttura tar-rapport annwali tal-Qorti ssewgi, għall-ewwel darba, l-intestaturi tal-QFP li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014; fl-2013, ir-rapport annwali tal-Qorti kien fih żewġ kapitoli distinti: wieħed dwar “Politika reġjonali, trasport u enerġija” u l-ieħor dwar “Impjiegi u affarijiet soċjali”; iqis, madankollu, li din il-bidla fil-politika tillimita l-komparabbiltà tal-kostatazzjonijiet tal-Qorti ma' dawk tas-snin preċedenti;

201.  Jinnota li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tiddistribwixxi mill-ġdid parti sostanzjali tal-baġit tal-Unjoni, li fl-2014 ammontat għal EUR 54,4 biljun; 80 % ta' dan l-ammont ġie allokat għall-politika reġjonali u urbana, prinċipalment permezz tal-FEŻR u l-FK, filwaqt li 20 %, allokati prinċipalment lill-FSE, għall-impjieg u l-affarijiet soċjali;

202.  Jirrimarka li l-FEŻR u l-FK fil-perjodu partikolari appoġġaw prinċipalment oqsma li jinkludu proġetti ta' infrastruttura, il-ħolqien jew il-preżervazzjoni ta' impjiegi, inizjattivi għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali u attivitajiet tal-SMEs (FEŻR) u l-investimenti fl-infrastruttura fl-oqsma tal-ambjent u t-trasport (FK);

203.  Jirrimarka li l-FSE jinvesti fil-kapital uman u l-azzjonijiet intiżi li jtejbu l-adattabbiltà ta' ħaddiema u intrapriżi għall-bidliet f'xejriet ta' xogħol, iżidu l-aċċess għall-impjiegi, jirrinforzaw l-inklużjoni soċjali ta' persuni żvantaġġati u jsaħħu l-kapaċità u l-effiċjenza ta' amministrazzjonijiet u servizzi pubbliċi; iqis li, minkejja l-eżistenza ta' indikaturi tal-prestazzjoni, ir-riżultati tal-investimenti tal-FSE, għalhekk, huma aktar diffiċli biex jiġu kkwantifikati;

204.  Jilqa' l-fatt li tmien rakkomandazzjonijiet ġew implimentati b'mod sħiħ, seba' rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti u rakkomandazzjoni waħda qed tiġi implimentata f'xi aspetti minn total ta' 16-il rakkomandazzjoni magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

Ewropa 2020

205.  Jinnota li, fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana, l-erba' KPI l-aktar importanti jinkludu: in-numru ta' impjiegi maħluqa, l-għadd ta' intrapriżi li jikkooperaw mal-istituzzjonijiet tar-riċerka appoġġati, in-numru ta' intrapriżi li jirċievu appoġġ u l-kapaċità addizzjonali għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli; billi l-kisbiet globali msemmija fir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-Istati Membri mxew 'il quddiem b'medja ta' 29 % meta mqabbla mas-sena preċedenti, minħaba l-kriżi ekonomika mhux se jintlaħqu l-miri kollha, skont il-Kummissjoni; Jistieden lill-Kummissjoni tislet il-konklużjoni meħtieġa li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-QFP li jmiss li għandha tiġi ppreżentata sa tmiem l-2016;

206.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb aktar il-kontribut tal-politika ta' koeżjoni għall-iskrining ta' governanza ekonomika tal-Unjoni tal-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi 2014–2020 kollha sabiex jiġi żgurat li s-CSR rilevanti adottati sa tmiem Ġunju 2014 kienu riflessi b'mod adegwat fl-iżvilupp tal-Istati Membri u l-istrateġiji tal-kompetittività;

207.  Jinnota li, sal-aħħar tal-2015, medja ta' 89 % tal-fondi għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kienu użati (b'kunsiderazzjoni tar-rata ta' assorbiment), fejn l-Italja (79 %), ir-Rumanija (70 %) u l-Kroazja (59 %) baqgħu lura;

208.  Jirrimarka li tnejn mill-aktar indikaturi ta' prestazzzjoni importanti fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali huma r-rata tal-qgħad u l-għadd ta' impjiegi maħluqa u/jew miżmuma; jilqa' l-fatt li l-konklużjonijiet preliminari tal-evalwazzjoni ex post tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013 juru li 8.8 miljun parteċipant tal-FSE kisbu (jew żammu) l-impjieg bħala riżultat tal-interventi tal-FSE matul dan il-perjodu sa tmiem l-2013; jilqa' wkoll il-fatt li aktar minn 300 000 ruħ appoġġati mill-FSE bdew jaħdmu għal rashom u aktar minn 50 000 negozju ġdid ġew appoġġati;

209.  Jagħti importanza partikolari għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jinnota b'sodisfazzjon għalhekk li 110 300 żagħżugħ qiegħed ipparteċipaw f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) fl-2014; EUR 1,3 biljun huma diġà allokati għal proġetti fuq il-post; f'dan il-kuntest jilqa' l-gwida provduta fir-Rapport Speċjali tal-Qorti 3/2015, kif ukoll ir-reazzjoni kostruttiva tal-Kummissjoni għall-konstatazzjonijiet; madankollu, jenfasizza li, f'xi Stati Membri, għad hemm xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fl-iżgurar li jkun hemm proġetti pjanati għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI);

210.  Jieħu nota tal-kostatazzjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), li jindika li, għas-sentejn f'daqqa (2014–2015), 7 636 ħaddiem (44,9 % tal-benefiċjarji) kienu sabu xogħol ġdid fi tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG;

211.  Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li r-rati tal-qgħad (b'mod partikolari l-qgħad fit-tul) u l-perċentwali ta' żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), huma indikazzjonijiet ta' nuqqas ta' ekwilibriju fis-suq tax-xogħol; jinnota li l-ħames pajjiżi bl-ogħla livell ta' qgħad ffit-tul (bħala sehem tal-popolazzjoni attiva) fl-Unjoni huma l-Greċja (19,5 %), Spanja (12,9 %), il-Kroazja (10,1 %), is-Slovakkja (9,3 %) u l-Portugall (8,4 %), meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni ta' 5,1 %; u li l-pajjiżi bl-ogħla rata ta' NEETs huma Ċipru (33,7 %), il-Bulgarija (30,9 %), l-Ungerija (30,3 %), il-Greċja (30,0 %) u r-Rumanija (26,9 %), meta mqabbla mal-medja ta' 16,37 % fl-Unjoni;

212.  Jilqa' l-kisbiet mill-implimentazzjoni għall-programmi tal-FEŻR/FK 2007-2013, illustrati minn indikaturi ewlenin irrapportati kull sena mill-Istati Membri u mir-riżultati tal-valutazzjoni preliminari ta' data reċenti disponibbli li juru li nħolqu madwar 950 000 impjieg, li 36 000 impriża kkooperaw mal-istituzzjonijiet tar-riċerka, li aktar minn 270 000 intrapriża rċevew appoġġ u li l-kapaċità addizzjonali ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli kien ta' aktar minn 4 000 megwatt;

213.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti, għall-ewwel darba, ukoll għamlet ħilitha biex tevalwa l-prestazzjoni tal-programmi fl-ambitu ta' eżerċizzju ta' proġett pilota, u li l-awditu jikkonkludi li 89 mill-186 proġett (48%) laħqu (jew qabżu) il-miri kollha li kienu ġew speċifikati biex titkejjel il-prestazzjoni tal-proġetti; jinnota li għal 56 proġett (30 %) il-Qorti sabet li wieħed jew aktar minn bosta indikaturi speċifikati għall-proġett ma laħaqx jew ma laħqux il-valur ta' mira maħsub għalihom, u li fi 17-il każ (9 %) id-data ta' skadenza għall-ilħuq tal-miri kienet inżammet għal xi wħud mill-miri, iżda mhux għall-miri kollha, saż-żmien tal-awditu; jinkoraġġixxi lill-Qorti tkompli tirfina dan l-eżerċizzju b'mod partikolari għall-programmi fl-ambitu tal-perjodu finanzjarju l-ġdid 2014–2020;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

214.  Jenfasizza li n-nefqa taħt l-intestatura 1b tal-QFP tidħol fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża; f'dan il-qasam, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja li jimplimentaw il-programm operazzjonali u li jipprevjenu, isibu u jikkoreġu nfiq irregolari;

215.  Jenfasizza bil-qawwa li speċjalment għall-koeżjoni, il-portata tal-ġestjoni kondiviża hija sostanzjali u speċifika għal żewġ raġunijiet: il-programmi huma implimentati fl-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom skont ir-regoli komuni tal-Unjoni, iżda bir-rispett tal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; u t-tieni, f'ħafna każijiet hemm ukoll finanzjament kondiviż meta l-proġetti huma kofinanzjati mill-Istati Membri u l-benefiċjarji;

216.  Iqis li huwa inaċċettabbli li f'21 każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru minn benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevienu, jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata tal-iżball stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 1,6 % aktar baxxa; barra minn hekk, il-Qorti sabet li, għal 13-il każ, l-iżball li identifikat kien sar mill-awtoritajiet nazzjonali; dawn l-iżbalji kkontribwixxew 1,7 punti perċentwali għall-istima tal-livell ta' żball; din is-sitwazzjoni, li baqgħet l-istess għal diversi snin issa, turi nuqqas ta' diliġenza;

217.  Jisħaq fuq il-fatt li taħt il-FSE l-aktar tipi komuni ta' kwistjonijiet ta' eliġibbiltà misjuba huwa dawn li ġejjin: nefqa ddikjarata barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà (ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja), salarji ddebitati b'mod eċċessiv (il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Polonja, il-Portugall), spejjeż mhux relatati mal-proġett (in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall), nuqqas ta' konformità mar-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà (il-Polonja) u dħul mhux imnaqqas (l-Awstrija); l-aktar eżempji komuni ta' nuqqasijiet ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku huma dawn li ġejjin: għoti dirett mhux ġustifikat (il-Ġermanja, l-Italja), għoti dirett mhux ġustifikat ta' xogħlijiet/servizzi addizzjonali, l-esklużjoni ta' offerenti illegali, kunflitt ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji (il-Finlandja);

218.  Josserva li l-Qorti analizzat 161 tranżazzjoni fiż-żoni reġjonali u urbani (101 jikkonċernaw il-FEŻR, 55 jikkonċernaw l-FK u 5 jikkonċernaw strumenti finanzjarji) u 170 tranżazzjoni tal-FSE; u li 135 minn 331 tranżazzjoni kienu milquta minn żbalji; jinnota li l-istima tal-Qorti tar-rata ta' żball hi ta' 5,7 % (l-istima tar-rata ta' żball tal-FEŻR u l-FK hi ta' 6,1 %, l-istima tar-rata ta' żball għall-FSE hi ta' 3,7 %);

219.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq strument effikaċi li jikkontribwixxi għat-titjib tal-affidabbiltà tal-attivitajiet ta' kontroll u awditjar ipprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali; ifakkar fl-importanza li tiġi estiża t-trasparenza rigward id-data dwar l-akkwist pubbliku sabiex jittejbu l-aċċessibbiltà u l-kontrolli, billi jiġu ppubblikati d-dettalji tal-kuntratturi u s-sottokuntratturi tagħhom;

220.  Jieħu nota li, skont r-riżultati tal-awditjar kollha disponibbli fi tmiem Novembru 2015, 90 % tal-verifiki tal-ġestjoni tal-programmi tal-FEŻR/l-FK kienu qed jaħdmu tajjeb jew kienu soġġetti għal titjib żgħir; ifakkar li l-kawża ewlenija tal-iżbalji magħmula mill-Istati Membri hi l-istrutturi ta' ġestjoni kumplessi u t-telf tal-għarfien espert bħala konsegwenza tar-rata għolja ta' tibdil fil-persunal jew allokazzjoni insuffiċjenti ta' persunal minħabba restrizzjonijiet baġitarji;

221.  Jappella lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Istati Membri b'inċentivi aktar qawwija għall-promozzjoni tal-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi fil-programmi ta' politika reġjonali, filwaqt li tqis it-tagħlimiet li siltet mill-perjodu 2007-2013 sabiex tevita li l-fondi jiġu imblukkati fi istrumenti finanzjarji;

222.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport Speċjali 10/2015 tal-Qorti "L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni għandhom jiġu intensifikati" u jilqa' r-reazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni għas-sejbiet tal-Qorti;

223.  Jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni ppubblikat dokument intitolat "Akkwist pubbliku - Gwida għall-prattikanti dwar l-evitar tal-iżjed żbalji komuni fi proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej" f'Ottubru 2015; jikkritika, madankollu, il-fatt li s-sors ewlieni ta' żbalji relatati mal-infiq taħt l-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" qed ikompli jkun il-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, li jirrappreżenta kważi nofs l-istima tar-rata ta' żball; ifakkar li ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jinkludi l-għoti dirett ta' kuntratti addizzjonali jew xogħlijiet jew servizzi addizzjonali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda ġustifikazzjoni, l-esklużjoni illegali ta' offerenti, il-kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji; iqis li hu essenzjali li jkun hemm politika ta' trasparenza sħiħa fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-iżbalji u l-abbużi tar-regoli;

224.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni waqqfet, f'Novembru 2014, task force għal implimentazzjoni aħjar għall-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Italja (in-Nofsinhar), ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja sabiex jiġi evitat diżimpenn ta' fondi;

225.  Ifakkar li l-qafas legali għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) 2014-2020 introduċa wkoll kundizzjonalitajiet ex ante għall-użu effikaċi u effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni, li jkopru fost l-oħrajn is-sistemi tal-Istati Membri għall-akkwist pubbliku; f'dan il-kuntest, ġew adottati pjanijiet ta' azzjoni għal 12-il pajjiż (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, u s-Slovakkja) u se jiġu vvalutati sal-2016; ifakkar li r-rispett tal-kundizzjonalitajiet ex ante huwa prerekwiżit għall-finanzjament; jitlob it-trasparenza sħiħa meħtieġa fir-rigward tal-finanzjament ta' proġetti infrastrutturali, inkluża l-pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet ex ante u ex post tas-sostenibbilità ekonomika, ambjentali u soċjali tal-proġetti;

226.  Jappella lill-Kummissjoni biex tippubblika d-dokumenti kollha dwar il-proġett biex tinbena linja ferrovjarja ta' veloċità kbira bejn Lyon u Turin, kif ukoll l-arranġamenti ta' finanzjament għall-proġett;

227.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ REGIO wettaq 265 missjoni ta' awditjar mill-2009 'l hawn; id-DĠ REGIO kkonkluda li l-ħidma ta' 42 awtorità tal-awditjar responsabbli mill-awditjar ta' madwar 91 % tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR/l-FK għall-perjodu 2007-2013 hija ġeneralment affidabbli; fir-rigward tad-DĠ EMPL, fl-aħħar tal-2014, ġew ivvalutati 87 awtorità tal-awditjar minn 92 (94,6 %); dawn ikopru 113 mill-118-il programm operattiv, li jirrappreżentaw 99,1 % tal-programmazzjoni finanzjarja tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013;

228.  Jinnota li l-interruzzjonijiet u l-proċeduri ta' qabel is-sospensjoni ikkonċernaw 121 programm tal-FEŻR/l-FK u kważi EUR 7,9 biljun tat-talbiet għal pagamenti mressqa mill-Istati Membri; jinnota wkoll li għall-FSE, il-Kummissjoni bagħtet 11-il ittra ta' twissija u 18-il ittra ta' qabel is-sospensjoni, istitwixxiet 31 interruzzjoni ta' pagament u ssospendiet 11-il programm operattiv, u li b'kollox, EUR 1,3 biljun ta' talbiet għall-pagamenti ġew interrotti;

229.  Jieħu nota li fl-2014 bħala riżultat tal-politika stretta ta' superviżjoni u interruzzjoni tad-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL u l-għadd dejjem jikber ta' pjanijiet ta' azzjoni, ġew ikkonfermati EUR 840 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji, u ġew implimentati EUR 854 miljun għall-FEŻR/l-FK fir-rigward tal-perjodi ta' programmazzjoni kollha (deċiżi fl-2014 u fis-snin preċedenti); u li għall-FSE fil-perjodu 2007-2013, ġew aċċettati/deċiżi EUR 209 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji u ġew implimentati EUR 155,9 miljun (deċiżi fl-2014 u fis-snin preċedenti);

230.  Josserva b'sodisfazzjon li fl-2014, u bis-saħħa tar-rwol superviżorju tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni applikaw korrezzjonijiet finanzjarji ta' EUR 782 miljun qabel ma ddikjaraw in-nefqiet lill-Kummissjoni fir-rigward tal-FEŻR/l-FK u dan ippreżerva l-baġit tal-UE minn pagamenti ta' nefqiet inkorretti;

231.  jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont il-Qorti, l-Istrateġija Ewropa 2020 mhux qed tiġi tradotta sistematikament permezz ta' objettivi tematiċi fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi; jinnota, madankollu, li ġiet trasposta f'objettivi operattivi fil-livell tal-programmi FSIE permezz ta' objettivi speċifiċi allinjati mal-11-il objettiv tematiku; jikkunsidra li r-riżultati jistgħu biss jiġu evalwati b'mod sinifikanti meta l-objettivi tematiċi u l-programmi operattivi jkunu allinjati u l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-parametri ta' riferimenti jippermettu li jitkejjel il-progress;

232.  Josserva li, minn naħa waħda, il-ftehimiet ta' sħubija u r-regolamentazzjoni ġenerali joħolqu regoli komuni li għandhom jinkoraġġixxu approċċ integrat, waqt li, min-naħa l-oħra, kull fond hu ġestit minn regolamentazzjoni u proċeduri speċifiċi;

233.  Jinnota b'interess li l-Qorti se tippreżenta, fil-futur qarib, awditu speċjali tal-ftehimiet ta' sħubija u tal-qafas iffokat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni;

234.  Jiddispjaċih li l-għadd ta' programmi operattivi soġġetti għal riżerva żdied minn 73 għal 77 għall-programmi operattivi tal-FEŻR/l-FK fl-2014 u, fil-każ tas-36 programm operattiv tal-FSE, baqa' ma nbidilx; l-impatt finanzjarju stmat ta' dawn ir-riżervi naqas minn EUR 423 miljun fl-2013 għal EUR 224 miljun fl-2014 għall-FEŻR/l-FK u żdied minn EUR 123,2 miljun fl-2013 għal EUR 169,4 miljun fl-2014 għall-FSE;

235.  Japprova l-iskema tal-istrateġija ta' awditjar konġunta għall-perjodu 2014-2020 fejn se tingħata prijorità għal awditjar tematiku lil żewġ oqsma: l-affidabbiltà tas-sistemi għar-rappurtar tad-data dwar il-prestazzjoni (elementi ġdid marbut mal-orjentazzjoni tal-politika lejn ir-riżultati) u tal-istrumenti finanzjarji;

236.  Jiddispjaċih li l-Istati Membri għadhom ma ħaddnux kompletament l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż skont il-FSE; Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport "Għażliet Issemplifikati għall-Ispejjeż fil-Fond Soċjali Ewropew" fejn id-DĠ EMPL jipprevedi li, taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020, bħala medja se tintalab 35 % tan-nefqa taħt l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż, rata li se tkun ogħla b'mod sinifikanti f'xi Stati Membri (l-Italja, in-Netherlands, Spanja u l-Isvezja), u aktar baxxa b'mod sinifikanti f'xi Stati Membri oħrajn (il-Bulgarija, l-Ungerija, il-Latvja u s-Slovakkja); jappoġġa l-isforzi tad-DĠ EMPL biex jippromwovi l-użu ta' għażliet ta' għażliet issemplifikati għall-ispejjeż mill-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Istati Membri jħaddnu bis-sħiħ il-potenzjal tal-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż;

237.  Japprezza, f'dan il-kuntest, il-fatt li l-Kummissjoni ħolqot grupp ta' livell għoli dwar is-semplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-FSIE; jixtieq li jirċievi kopji tar-rapporti li l-grupp se jippubblika minn Frar 2016;

238.  Jilqa' l-isforz tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu f'idejhom l-għodda informatika ARACHNE għall-estrazzjoni tad-data, bl-għan li jevitaw attivitajiet frodulenti; ifakkar lill-Istati Membri li din l-għodda informatika hija pprovduta mingħajr ħlas;

239.  Jilqa' l-fatt li fl-2014, il-Kummissjoni nediet l-ewwel sensiela ta' erba' studji li jivvalutaw l-integrazzjoni tal-elementi tal-politika ta' koeżjoni riformata f'dan l-eżerċizzju ta' programmazzjoni għall-perjodu 2014-2020; ifakkar li s-suġġetti tal-erba' studji huma dawn li ġejjin: il-kundizzjonalitajiet ex ante, il-prinċipju ta' sħubija, il-qafas ta' prestazzjoni u "dispożizzjonijiet ġodda" (li jkopru firxa ta' elementi ta' programmazzjoni ġodda, bħalma huma l-valutazzjoni tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-azzjonijiet ippjanati biex dan jitnaqqas, il-prinċipji orizzontali, l-approċċi territorjali eċċ.); jixtieq jirċievi kopji tal-istudji meta jkunu lesti;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żbalji

240.  Jinsab allarmat dwar il-fatt li l-Qorti analizzat 161 tranżazzjoni fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana u 170 tranżazzjoni fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, li minnhom 135 kienu milquta minn żball (75 fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana u 60 fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali); jinnota li, abbażi ta' 25 żball ikkwantifikat, l-istima tal-livell ta' żball se tkun 6,1 % għall-qasam tal-politika reġjonali u urbana u li, abbażi ta' 28 żball ikwantifikat, l-istima tal-livell ta' żball hi ta' 3,7 % għall-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, u dan se jwassal biex ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-koeżjoni kollha kemm se tkun ta' 5,7 %;

241.  Iqis li hu frustranti li f'21 każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru mill-benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni; u li, kieku din l-informazzjoni kollha ntużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, l-istima tal-livell ta' żball għal dan il-kapitolu kienet tkun 1,6 punti perċentwali aktar baxxa; jinnota barra minn hekk, li l-Qorti sabet li, għal 13-il każ, l-iżball li identifikat sar mill-awtoritajiet nazzjonali; dawn l-iżbalji kkontribwixxew 1,7 punti perċentwali għall-istima tal-livell ta' żball; jikkunsidra li din is-sitwazzjoni, li issa ilha l-istess għal diversi snin, tixhed nuqqas ta' diliġenza;

242.  Jikkritika l-fatt l,i bħalma ġara fis-snin finanzjarji preċedenti, ir-rata ta' żball, inkluż fir-rigward ta' xi talbiet għal pagament finali li kienu s-suġġett ta' awditi u verifiki esterni, u jevidenzja l-insuffiċjenza tal-verifiki ex ante fir-rigward tal-FSE; jenfasizza li l-iżbalji li jinvolvu nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u nuqqas ta' dokumenti li jiġġustifikaw in-nefqa jirrappreżentaw kważi terz tal-istima tar-rata ta' żball;

243.  Jisħaq fuq il-fatt li kieku l-verifiki fil-livell tal-Istati Membri kienu aktar affidabbli fiż-żewġ oqsma ta' politika, l-istima tal-livell ta' żball setgħet titnaqqas bi 3,3 punti perċentwali għall-qasam tal-politika reġjonali u urbana u bi 3,2 punti perċentwali għall-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

244.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindika qabel l-1 ta' Lulju xi pjanijiet għandha biex tirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod li ttejjeb b'mod sostanzjali l-ġestjoni finanzjarja fil-livell tal-Istati Membri; jinsab konvint bis-sħiħ li l-kwittanza għandha tiddependi fuq il-progress meħtieġ f'dan il-qasam;

245.  Jiddispjaċih li s-sorsi tal-iżbalji baqgħu l-istess:

   (a) fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana (Reġjonali): nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, dikjarazzjonijiet ta' spejjeż ineliġibbli u ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat;
   (b) fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali (Impjiegi): dikjarazzjonijiet ta' spejjeż ineliġibbli, proġetti jew benefiċjarji ineliġibbli, kif ukoll każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; l-aktar tipi komuni ta' kwistjonijiet ta' eliġibbiltà li ġew identifikati huma dawn li ġejjin: nefqa ddikjarata barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà (ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja), salarji ddebitati b'mod eċċessiv (il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Polonja, il-Portugall), spejjeż mhux relatati mal-proġett (in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall), nuqqas ta' konformità mar-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà (il-Polonja) u dħul mhux imnaqqas (l-Awstrija); l-aktar eżempji komuni ta' nuqqasijiet ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku huma dawn li ġejjin: għoti dirett mhux ġustifikat (il-Ġermanja, l-Italja), għoti dirett mhux ġustifikat ta' xogħlijiet/servizzi addizzjonali, l-esklużjoni ta' offerenti illegali, kunflitt ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji (il-Finlandja);

Kontribuzzjoni skont it-tip ta' żball

Reġjonali

Impjiegi

Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

44,9%

2,9%

Spejjeż ineliġibbli

21,5%

5,6%

Għajnuna mill-Istat

21,2%

 

Proġett jew benefiċjarju ineliġibbli

 

3,9%

Total

87,6%

12,4%

246.  Jiddeplora l-fatt li, matul is-snin, baqgħu jiġu identifikati żbalji tal-istess tip, u spiss fl-istess Stati Membri; jirrikonoxxi li s-sospensjoni u l-interruzzjonijiet tal-pagamenti mill-Kummissjoni tiżgura li jitwettqu l-azzjonijiet korrettivi fil-każijiet fejn ikunu ġew identifikati nuqqasijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, abbażi ta' dan li sabet, tintensifika l-monitoraġġ tas-sistemi nazzjonali u reġjonali ta' ġestjoni u ta' kontroll u tiffaċilita l-monitoraġġ f'dawk il-pajjiżi fejn intwera li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll huma affidabbli;

247.  Jinsab imħasseb dwar il-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku matul il-proċedura ta' preżentazzjoni ta' offerti għas-sistemi ta' monitoraġġ informatiku matul il-perjodi ta' finanzjament 2007-2013 u 2014-2020 li ta lok ukoll għal suspett ta' frodi; jinnota li dawn l-iżbalji ġew skoperti mill-awtoritajiet ta' awditjar Ċeki; jappoġġa bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li m'għandu jsir l-ebda pagament sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri korrettivi rispettivi u tkun intemmet l-investigazzjoni tal-pulizija;

248.  Jinnota bi tħassib il-problemi fir-rigward tal-akkwist għas-sistemi ta' monitoraġġ tan-nefqa fil-qasam tal-fondi strutturali fl-2013-2007 u anke fl-2014-2020, u jappella biex jiġi ċċarat għaliex dawn il-problemi jitfaċċaw f'kull perjodu ta' finanzjament, kif ukoll għal kjarifika dwar l-istat attwali tal-investigazzjonijiet ta' frodi u l-irkupru ta' fondi miksuba irregolarment;

249.  Jinnota li, skont iċ-ċifri pprovduti fir-rapport ta' attività annwali tal-2014 tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana, ir-riskju ta' żball bħala medja ponderata tal-istima għal kull programm operattiv appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni hu inqas minn 1 % f'9 Stati Membri (fl-2013 - f'6 Stati Membri) u li hu biss f'2 Stati Membri li dan il-perċentwal hu ta' 4 % jew aktar (fl-2013 - f'5 Stati Membri);

250.  Jinnota li, skont iċ-ċifri pprovduti fir-rapport ta' attività annwali tal-2014 tad-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, ir-riskju ta' żball bħala medja ponderata tal-istima għal kull programm operattiv appoġġat mill-FSE hu inqas minn 1 % f'9 Stati Membri, kif kien fl-2013, u li dan il-perċentwal hu 4 % jew aktar f'6 Stati Membri (7,9 % l-ogħla), filwaqt li fl-2013 dan il-perċentwal kien ta' iktar minn 4 % f'5 Stati Membri (8,8 % u 9,3 % l-ogħla);

251.  Jevidenzja l-fatt li l-Qorti ma identifikat l-ebda żball kwantifikabbli relatat mal-użu tal-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż matul dawn l-aħħar tliet snin; dan juri li l-proġetti li jużaw l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż huma inqas suxxettibbli għal żball minn dawk li jużaw l-ispejjeż effettivi;

252.  Huwa tal-fehma li jkun siewi kieku l-Kummissjoni tipprovdi analiżi ffokata tar-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà (kemm għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll għall-perjodu 2014-2020) u li, fuq din il-bażi, tħejji linji gwida għall-Istati Membri rigward is-semplifikazzjoni u l-eliminazzjoni ta' regoli kkumplikati u kumplessi bla bżonn ('gold-plating');

253.  Jinnota li r-rispett tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat jidher li hu suġġett importanti sabiex jiġi mminimizzati l-iżbalji fil-koeżjoni;

254.  Jisħaq fuq l-importanza li xi attenzjoni tiġi ffokata fuq il-kwistjoni ta' rapportar insuffiċjenti tal-iżbalji u rapportar eċċessiv tal-korrezzjonijiet finanzjarji mill-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri;

255.  Jesprimi tħassib dwar il-verifiki mwettqa fuq il-fondi għar-rifuġjati, li ta' spiss jiġu allokati lill-Istati Membri f'emerġenzi u b'mod mhux konsistenti mar-regoli fis-seħħ; iqis li hu essenzjali li l-Kummissjoni tintroduċi verifiki aktar stretti, anke bil-ħsieb li tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati u ta' dawk li qed ifittxu l-ażil jiġu rispettati;

Kwistjonijiet dwar l-affidabbiltà tad-data

256.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-eżattezza tad-data rrapportata għar-rapporti ta' kontroll annwali tal-Istati Membri għall-FEŻR/l-FK u l-FSE tjiebet; jiddispjaċih madankollu li f'xi każijiet il-korrezzjoni tal-Kummissjoni qabżet il-1,5 % u ġiet meqjusa inaffidabbli;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

257.  Jilqa' l-fatt li, fir-rigward tal-evidenza tar-riżultati reali tal-politika u l-prestazzjoni miksuba, il-Qorti għall-ewwel darba użat approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni sabiex tiggarantixxi l-komplementarjetà tal-baġit tal-Unjoni mal-Istrateġija Ewropa 2020; jikkunsidra li r-riżultati miksuba bis-saħħa tal-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija mill-fondi strutturali huma importanti ħafna għall-indikatur ekonomiku ewlieni għall-Unjoni kollha kemm hi ta' "PGD per capita", iżda wkoll għal indikaturi oħrajn;

258.  Jikkunsidra li hu importanti li jiġi vvalutat jekk u sa liema punt il-proġetti tal-FEŻR, il-FK u l-FSE tlestew (sa tmiem l-2014) u l-objettivi tagħhom inkisbu;

259.  Jiddispjaċih li l-arranġamenti ta' finanzjament ibbażati fuq il-prestazzjoni għadhom l-eċċezzjoni aktar milli r-regola jinnota li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, nuqqas li jintlaħqu l-objettivi ta' proġett miftiehma fil-ftehimiet ta' għotja ma kellux impatt fuq il-livell ta' finanzjament tal-Unjoni mogħti;

260.  Ifakkar li hemm bżonn li l-implimentazzjoni ta' 51 proġett prijoritarju fil-Greċja titħaffef; barra minn hekk, 14-il proġett - li jikkonċernaw, fost affarijiet oħrajn, il-katast u r-reġistru nazzjonali - ġew identifikati bħala proġetti b'punti ta' "konġestjoni" u jinsabu f'riskju ta' diżimpenn; jistenna li l-Kummissjoni taġġorna lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni fir-rapport ta' segwitu għall-kwittanza 2014 tal-Kummissjoni;

261.  Ifakkar li r-rapport OPTP/2014/SM/01 tal-Uffiċċju tal-Awditjar Ċek dwar il-proċedura ta' akkwist għas-sistema ta' monitoraġġ għall-2014-2020, li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni f'April 2015, jirreferi għal nefqa mhux iġġustifikat ta' aktar minn EUR 9 miljun; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet ittra ta' twissija dwar il-possibbiltà ta' interruzzjoni tal-pagamenti u appellat lill-awtoritajiet Ċeki biex japplikaw il-korrezzjonijiet finanzjarji adegwati; jixtieq ikun jaf kif l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ivvaluta din is-sitwazzjoni;

Strumenti ta' inġinerija finanzjarja

262.  Jinnota li l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri rrapportaw li, b'kollox, fi tmiem l-2014 kienu qed joperaw 1 025 strument ta' inġinerija finanzjarja (inklużi 73 fond ta' investiment u 952 fond speċifiku): l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-impriżi jirrappreżentaw 90 %, il-proġetti ta' żvilupp urban 6 % u l-fondi għall-effiċjenza enerġetika/enerġiji rinnovabbli 4 %; li dawk l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ġew stabbiliti f'25 Stat Membru u rċevew appoġġ finanzjarju minn 183 programm operattiv; li l-valur totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programmi operattivi mħallsa lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ammontaw għal EUR 16-il biljun, inklużi EUR 10,9 biljun tal-FEŻR u l-FSE; u li l-pagamenti għall-benefiċjarji aħħarin laħqu EUR 9,19-il biljun sa tmiem l-2014, li minnhom EUR 5,8 biljun kienu Fondi Strutturali, biex b'hekk intlaħqet rata ta' assorbiment ta' kważi 57 % tal-ammonti tal-programmi operattivi;

263.  Jinnota li, skont l-aħħar studju komprensiv ħafna li jevalwa b'mod korrett il-prassi tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja fil-politika ta' koeżjoni fil-perjodu 2007-2013, l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għandhom ħafna vantaġġi, iżda għad fadlilhom xi dgħufijiet li għandhom jingħelbu; l-analiżi madankollu turi li l-użu tagħhom fost l-Istati Membri jvarja radikalment; jappella lill-Kummissjoni biex tanalizza r-raġunijiet ewlenin għal tali differenzi drammatiċi fost l-Istati Membri u biex issib inċentiv effikaċi biex ikunu aktar attivi fl-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja f'dawk l-oqsma fejn intwera li huma ta' suċċess;

264.  Jinnota li hemm differenza viżibbli bejn il-volum tar-riżorsi finanzjarji mdaħħla fl-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja u l-ammont imqassam mill-ġdid lill-benefiċjarji finali; hu tal-opinjoni li dan jista' jfisser li xi ammonti sostanzjali kienu biss "ipparkjati" fl-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja biex jiġi evitat ir-riskju ta' diżimpenn; jitlob ill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta' din il-karatteristika negattiva tal-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja u jqis li l-provvediment il-ġdid għall-2014-2020 għal ħlas lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja b'pagamenti parzjali bħala pass pożittiv f'din id-direzzjoni;

265.  Jinnota li l-qabża qawwija fl-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja sejra twassal bilfors għal approċċ kompletament ġdid għall-infiq tal-flus pubbliku min-naħa tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika u tal-korpi tal-awditjar u tal-kontroll, li sa ċertu punt jirrikjedi: "kultura ġdida" fl-ambjent għal strumenti finanzjarji innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni tittestja l-istat ta' tħejjija adegwata ta' dan l-ambjent;

266.  Jinnota li l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-effiċjenza, l-effikaċja u l-ekonomija fl-użu tal-FSIE, jekk jiġu implimentati b'mod għaqli, billi huma naturalment iffukati biex jilħqu riżultat jew jiġġeneraw il-prestazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti wkoll dan it-tip ta' benefiċċju fil-politika ta' nefqa baġitarja tal-Unjoni;

267.  Jieħu nota tal-informazzjoni li, sal-2014, total ta' 53 strument finanzjarju, li huma primarjament limitati għall-appoġġ tal-SME, ġew implimentati madwar 7 Stati Membri ffinanzjati mill-FSE u li total ta' 16 716 SME (li 11 286 minnhom huma mikrointrapriżi) ntlaħqu b'baġit totali tal-FSE ta' EUR 472 miljun;

268.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2013-2007 ħadet iż-żmien, minħabba:

   (a) il-kumplessità tar-regoli
   (b) f'xi każijiet, allokazzjoni żejda ta' riżorsi meta mqabbla mal-ħtiġijiet reali;
   (c) implimentazzjoni fi żmien ta' kriżi finanzjarja;

269.  Jilqa' l-fatt li, matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-qafas regolatorju jipprevedi li l-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja huwa bbażat fuq sistema obbligatorja ta' "evalwazzjoni ex ante" bl-għan li jiġu identifikati bżonnijiet ta' investiment u li tikkontribwixxi biex jiġi evitat l-impenn żejjed tal-fondi tal-Unjoni;

270.  Jilqa' wkoll il-ħolqien, flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment, ta' pjattaforma komuni ta' konsulenza teknika għall-istrumenti finanzjarji (Fi-Compass) għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-FEI matul il-perjodu 2014-2020;

L-aħjar prattika

271.  Jilqa' t-tendenza għas-simplifikazzjoni, it-tnaqqis ta' regolamentazzjoni żejda u t-titjib tal-ġestjoni kondiviża id f'id mal-elementi l-ġodda tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, li tidher li hija l-aħjar prattika metodoloġika u li hija riflessa f'ħafna miżuri konkreti bħat-tfittxija tal-komplementarjetà mal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa permezz ta' koeżistenza prattika tal-FSIE u l-FEIS (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi), l-irduppjar tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FEI, it-tnedija ta' inizjattivi mmirati, pereżempju għall-SMEs, il-ħolqien ta' task forces għal implimentazzjoni aqwa, l-introduzzjoni ta' fokus tematiku dwar tkabbir intelliġenti u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' riċerka u innovazzjoni li tirrispetta l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, jew il-kontribuzzjoni tal-politika ta' koeżjoni lill-politiki rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma bħall-ekonomija diġitali, l-enerġija, l-affarijiet soċjali fost l-oħrajn;

272.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni tal-Kummissjoni li ħolqot grupp ta' livell ogħli dwar is-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji li jgħin fl-identifikazzjoni tal-ostakoli u l-impedimenti għas-simplifikazzjoni u jgħin biex jinstabu mezzi kif jiġu indirizzati; jappella lill-Kummissjoni tistudja proċeduri ta' simplifikazzjoni ta' suċċess rikonoxxuti mill-Qorti, bħal fil-każ tal-Orizzont 2020, u s-simplifikazzjoni ta' kosti indiretti b'rimborżi b'rata fissa, sabiex dan l-approċċ jiġi ġġeneralizzat għal oqsma ta' politika oħra;

273.  Jappella lill-Kummissjoni tivvaluta jew tirrieżamina l-possibilità li s-sistema ta' pagamenti għal intitolamenti tiġi estiża, żvilupp li jwassal għal anqas żbalji mis-sistema ta' rimborż tal-kosti – li hi l-kawża tal-parti l-kbira tal-iżbalji – meta mqabbel ma' programmi oħra;

274.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja kif l-Istati Membri qed itejbu r-regoli dwar l-awditjar u l-kontrolli sabiex tinħoloq bażi komuni għall-qsim tal--aħjar prattiki, partikolarment dwar l-akkwist pubbliku u l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni;

Miżuri li għandhom jittieħdu

275.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) tidentifika l-evidenza tal-impatt tal-interventi tal-FEŻR, il-FSE u l-FK tal-perjodu 2007-2013 biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;
   (b) tiżgura li l-prijoritajiet il-ġodda tal-Unjoni jkunu interkonnessi ħafna aktar mill-qrib mal-politika ta' koeżjoni;
   (c) tkompli, fil-proċess ta' simplifikazzjoni li diġà nbeda, inkluża l-promozzjoni tal-SCO;
   (d) tappoġġa ulterjorment sinerġiji fi ħdan il-politika ta' koeżjoni nnifisha kif ukoll bejn il-politika ta' koeżjoni u interventi baġitarji oħra tal-Unjoni;

276.  Japprova r-riżervi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jitlob li jiġi infurmat dwar l-iżvilupp tal-programmi kkonċernati fir-rapport tal-Kummissjoni wara d-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

277.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tindirizza bir-reqqa d-dgħufijiet tal-"kontrolli tal-ewwel livell" fl-Istati Membri, peress li wħud mill-aktar żbalji importanti huma ġġenerati f'dan il-livell;

278.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar x'użu jkunu għamlu l-Istati Membri mill-SCO fir-rapport tal-Kummissjoni insegwitu għad-deċiżjoni ta' kwittanza tal-2014 tal-Parlament;

279.  Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha testendi lill-Istati Membri kollha l-valutazzjoni tagħha tal-affidabbiltà tal-korrezzjonijiet finanzjarji rapportati mill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni u l-impatt tagħhom fuq il-kalkolu tal-Kummissjoni tar-"rata ta' żball residwu"; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati meta tkun qed tagħti segwitu lid-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

280.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ is-sistema ta' kontroll għall-awtoritajiet tal-awditjar u tirrapporta dwar ir-riżultati fis-segwitu tad-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

281.  Jappella lid-DĠ REGIO u lid-DĠ EMPL jippubblikaw, fir-rapporti ta' attività annwali rispettivi tagħhom, il-kontribut tagħhom għat-tħejjija tar-rakkomanazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSR) tal-Kummissjoni u kif jappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom, peress li dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom juru kif id-DĠ jiffaċilitaw il-progress tal-Istati Membri sabiex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Riżorsi naturali

Kwistjonijiet ġenerali

282.  Jinnota li l-qasam ta' infiq dwar ir-riżorsi naturali jkopri l-aktar tipi differenti ta' attivitajiet taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK), li għandha l-għan li żżid il-produttività tas-settur agrikolu, tappoġġa l-istandards ta' għajxien għall-komunità agrikola, tistabbilizza s-swieq u tiżgura d-disponibbiltà tal-provvisti bi prezzijiet raġonevoli; huwa konxju li hemm żewġ fondi li jwettqu din il-funzjoni: il-FAEG (il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija) jiddistribwixxi mill-ġdid l-għajnuna diretta/pagamenti tal-Unjoni u jipprovdi miżuri tas-suq, u l-FAEŻR (il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) li jikkofinanzja programmi għall-iżvilupp rurali fuq bażi ta' proġetti;

283.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ebda fond tal-UE ma jitqiegħed għad-dispożizzjoni bħala appoġġ dirett jew indirett għas-sarar mat-toru; jikkunsidra li l-approprjazzjonijiet tal-PAK jew ta' kwalunkwe tip ieħor mill-baġit tal-UE m'għandhomx jintużaw għall-finanzjament ta' attivitajiet li jinvolvu t-tortura tal-annimali;

284.  Jinnota li l-oqsma l-oħra jinkludu attivitajiet li jaqgħu taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (FES; il-Fond Ewropew tas-Sajd) u attivitajiet ta' appoġġ ambjentali (il-protezzjoni, it-titjib, u l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali), prinċipalment fi ħdan LIFE (programm għall-ambjent);

285.  Jinnota b'dispjaċir li ħames rakkomandazzjonijiet ġew implimentati bis-sħiħ, erba' rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti, u 12-il rakkomandazzjoni qed jiġu implimentati f'xi aspetti, mill-21 rakkomandazzjoni magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

286.  Jinnota li l-infiq tal-PAK huwa pprovdut permezz ta' ġestjoni kondiviża (kofinanzjament mal-Istati Membri; barra minn hekk, pagamenti diretti jitqassmu permezz ta' aġenziji tal-pagamenti u hemm responsabbiltà għall-eliġibbiltà u għall-għoti ta' pagamenti lil benefiċjarji); li l-FES huwa wkoll ġestit fuq prinċipju ta' tqassim; u li l-ġestjoni tal-LIFE hija pprovduta ċentralment mill-Kummissjoni;

287.  Jenfasizza li l-problema ta' allokazzjoni effiċjenti tikkonsisti wkoll f'affidabbiltà limitata u l-bażi tad-data LPIS, li mhux dejjem tkun aġġornata; jinnota b'sodisfazzjon li d-dgħufijiet fil-LPIS ġew indirizzati fl-Istati Membri awditjati kollha, iżda jiddeplora l-fatt li hemm dgħufijiet importanti li għadhom jippersistu f'ċerti Stati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tuża l-mekkaniżmi msaħħa li għandha taħt il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-PAK(17), f'każ ta' nuqqasijiet sinifikanti u persistenti fis-sistemi nazzjonali;

288.  Jirrimarka li wieħed min nuqqasijiet identifikati jikkonsisti wkoll fi pjanijiet ta' azzjoni imperfetti tal-Istati Membri għall-iżvilupp rurali;

289.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri sabiex tindirizza dawn il-problemi u tikkontribwixxi għal deċiżjonijiet sodisfaċenti min-naħa tagħhom;

290.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet awditu ta' segwitu sabiex tevalwa jekk in-nuqqasijiet osservati fl-Istati Membri mill-2007 sal-2013 fir-rigward tal-LIPS ġewx rimedjati;

291.  Jinnota b'sodisfazzjon li d-dgħufijiet fil-LPIS kienu ġew indirizzati fl-Istati Membri kollha awditjati; madankollu, jiddeplora l-fatt li għadhom jippersistu xi dgħufijiet importanti fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja; jitlob lill-Kummissjoni tuża l-mekkaniżmi msaħħa li għandha taħt il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-PAK f'każ ta' nuqqasijiet sinifikanti u persistenti fis-sistemi nazzjonali;

292.  Jinnota bi tħassib li tista' sseħħ sottovalutazzjoni tal-livell ta' żball rrappurtat għas-sena finanzjarja minn entità taċ-ċertifikazzjoni fil-qafas ta' "proċedura ta' tisħiħ tal-aċċertament"(18); jenfasizza li b'mod ġenerali, għas-sitt Stati Membri li kienu għażlu l-applikazzjoni volontarja ta' din il-proċedura, il-Qorti sabet li d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tagħha jirrendu l-livelli ta' żball irrappurtati bħala mhux affidabbli, u li l-Kummissjoni għandha tapplika pagamenti supplimentari fuq ir-rati ta' żball irrappurtati;

293.  Jiddispjaċih bil-kbir li korp ta' ċertifikazzjoni Grieg issottovaluta b'mod sinifikanti l-livell ta' żball irrapurtat għas-sena finanzjarja 2014 fil-qafas "tat-tisħiħ tal-proċedura ta' assigurazzjoni" u jenfasizza li, b'mod ġenerali għas-sitt Stati Membri li kienu għażlu l-applikazzjoni volontarja ta' din il-proċedura (il-Greċja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit), il-Qorti sabet li, bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu, id-dgħufijiet fl-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri jirrendu l-livelli ta' żball irrappurtati bħala mhux affidabbli;

294.  Jiddispjaċih li l-Qorti fl-2014, meta żaret il-ħames aġenziji tal-pagamenti fl-Irlanda, fl-Italja (Campania), fil-Portugall, fir-Rumanija u fl-Iżvezja, identifikat dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll relatati ma' tranżazzjonijiet fl-iżvilupp rurali u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-kontrolli relatati ma' kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal kundizzjonijiet ambjentali, id-daqs massimu tal-kumpaniji u l-proċeduri ta' akkwist pubbliku;

295.  Jiddeplora l-fatt li, fil-qasam tal-iżvilupp rurali, il-maġġoranza tat-tipi ta' żball u tad-dgħufijiet fis-sistema ma kinux indirizzati mill-pjanijiet ta' azzjoni riveduti mill-Qorti;

296.  Jilqa' l-fatt li, skont is-sejbiet tal-Qorti, il-Kummissjoni mmaniġjat b'mod sodisfaċenti l-proċedura ta' kwittanza finanzjarja 2014;

297.  Jikkunsidra bi tħassib li l-proċeduri ta' konformità kienu għadhom twal iżżejjed fl-2014; jinnota li t-tnaqqis ta' 15 % fl-approprjazzjonijiet pendenti meta mqabbel ma' tmiem l-2013 ma kienx biżżejjed, b'tali mod li wassal għal ammont sinifikanti ta' xogħol b'lura b'180 fajl pendenti sa tmiem l-2014;

298.  Jenfasizza li l-awditu tal-Qorti rigward il-ġestjoni ta' trasferiment tal-għarfien u miżuri konsultattivi wera li numru konsiderevoli ta' servizzi simili huma ffinanzjati minn diversi fondi tal-Unjoni (pereżempju mill-FSE kif ukoll permezz tal-FAEŻR) u dan jimplika r-riskju ta' finanzjament doppju u jirrikjedi d-duplikazzjoni ta' strutturi ta' ġestjoni għaljin;

299.  Jiddeplora s-sejbiet tal-Qorti li l-appoġġ mill-Unjoni għall-infrastruttura rurali ħalla valur biss limitat għall-infiq li sar; jiddispjaċih li l-bżonn ta' finanzjament għall-iżvilupp rurali mill-Unjoni mhux dejjem kien iġġustifikat b'mod ċar u kien hemm koordinament dgħajjef ma' fondi oħrajn u li l-proċedura tal-għażla ma allokatx il-finanzjament b'mod sistematiku lejn il-proġetti l-aktar kosteffikaċi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data rilevanti u affidabbli dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri ffinanzjati, sabiex l-infiq jiġi ġestit skont ir-riżultati;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

300.  Jinsab imħasseb serjament li l-Qorti analizzat 183 tranżazzjoni tal-FAEG li jinvolvu appoġġ għas-suq u għajnuna diretta u 176 tranżazzjoni fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, li minnhom 177 kienu milquta minn żball (93 għall-agrikoltura rigward appoġġ għas-suq u appoġġ dirett u 84 għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd); jinnota li abbażi tat-88 żball kwantifikat, il-livell ta' żball stmat huwa ta' 2.9 % għall-appoġġ għas-suq u għajnuna diretta mill-FAEG u li abbażi tal-41 żball kwantifikat, il-livell ta' żball stmat huwa ta' 6,2 % għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, li jwassal biex ir-rata ta' żball l-aktar probabbli għar-"riżorsi naturali" kumplessivamenti tkun 3,6 %; josserva b'sodisfazzjon li s-sitwazzjoni tjiebet, peress li mingħajr il-kundizzjonalità, ir-rata ta' żball l-aktar probabbli għar-"riżorsi naturali" kumplessivament se tkun 3 %;

301.  Iqis li mhuwiex aċċettabbli li f'26 każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru fl-appoġġ tas-suq u fl-għajnuna diretta tal-FAEG minn benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; josserva li, kieku din l-informazzjoni kollha ntużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata ta' żabll stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 0,6 % anqas; jinnota barra minn hekk, li l-Qorti sabet li għal 34 każ, l-iżball li hija qabdet kien sar mill-awtoritajiet nazzjonali; u li dawn l-iżbalji kkontribwew 0,7 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat; li fi 15-il każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, minn benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; u li, kieku din l-informazzjoni kollha ntużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata ta' żball stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 3,3 % anqas; jinnota wkoll li l-Qorti sabet li għal tliet każijiet, l-iżball li hija qabdet kienu saru mill-awtoritajiet nazzjonali; li dawn l-iżbalji kkontribwixxew 0,6 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat; iqis li din is-sitwazzjoni, li baqgħet l-istess għal diversi snin issa, turi nuqqas ta' diliġenza;

302.  Jiddispjaċih li s-sorsi tal-iżbalji baqgħu l-istess:

   (a) fis-suq tal-FAEG u appoġġ dirett (għall-agrikoltura): dikjarazzjonijiet mhux preċiżi jew ineleġibbli minn benefiċjarji (bħal dikjarazzjonijiet żejda ta' art agrikola, roqgħat art ineleġibbli), benefiċjarji ineleġibbli, attivitajiet, proġetti jew infiq, ksur tal-kundizzjonalità u żbalji amministrattivi;
   (b) fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd (infiq rurali): dikjarazzjonijiet mhux preċiżi jew ineleġibbli minn benefiċjarji (dikjarazzjonijiet żejda ta' art agrikola, roqgħat art ineleġibbli), benefiċjarji, attivitajiet, proġetti jew infiq ineleġibbli, ksur tal-kundizzjonalità, nonkonformità mal-impenji agroambjentali u nonkonformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Agrikoltura

Rurali

Għadd eċċessiv ta' ettari eleġibbli

28%

6%

Benefiċjarji, attivitajiet, proġetti jew infiq ineleġibbli

6%

16%

Ksur tal-kundizzjonalità

15%

1%

Żbalji amministrattivi

15%

 

Nonkonformità ma' impenji agroambjentali

 

10%

Nonkonformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

 

3%

Total

63%

37%

303.  Jinsab partikolarment imħasseb dwar il-każijiet ta' suspett ta' ċirkomvenzjoni intenzjonata tal-kriterji ta' eleġibbiltà; jinnota li dawk il-każijiet kienu ntbagħtu lill-OLAF u jitlob lill-OLAF jirrapporta dwar ir-riżultat tal-investigazzjonijiet tiegħu f'rapport ta' segwitu tal-Kummissjoni;

Kwistjonijiet dwar l-affidabbiltà tad-data

304.  Jisħaq li huwa importanti ħafna li jkun hemm LPIS affidabbli u aġġornata, li għandha tnaqqas l-iżbalji;

305.  Jirrimarka li, billi r-rati ta' żball rappurtati mill-Istati Membri għal kull aġenzija tal-pagamenti mhumiex dejjem affidabbli, id-DĠ AGRI jaġġusta dak il-livell ta' żball prinċipalment fuq l-awditi tal-Kummissjoni u tal-Qorti mwettqa f'dawn l-aħħar tliet snin;

306.  Jenfasizza li filwaqt li fl-2014, il-korpi ta' ċertifikazzjoni taw valutazzjoni pożittiva dwar l-istatistika ta' kontroll kollha tal-FAEG-SIAK irrappurtati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni kellha tikkoreġi 'l fuq ir-rati ta' żball ikkomunikati minn 17 minn fost 69 aġenzija tal-pagamenti b'rata tal-iżball residwu 'l fuq minn 2 %, li minnhom ħamsa kienu ogħla minn 5 %(19), l-aktar fi Spanja (Andalusija, Gżejjer Kanarji, Extremadura u La Rioja) u l-Ungerija; jinnota li b'mod ġenerali, ir-rata ta' żball rappurtata għal pagamenti diretti tal-PAK żdiedet minn 0,55 % għal 2,54 % bħala riżultat ta' aġġustamenti magħmula mid-DĠ AGRI;

307.  Jenfasizza li filwaqt li fl-2014, il-korpi ta' ċertifikazzjoni taw valutazzjoni pożittiva fuq 88 % tal-istatistika ta' kontroll tal-FAEŻR irrappurtati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni kellha tikkoreġi 'l fuq ir-rati ta' żball ikkomunikati minn 43 minn fost 72 aġenzija tal-pagamenti b'rata tal-iżball aġġustat 'l fuq minn 2 % (li minnhom 14 kienu ogħla minn 5 %), fil-Bulgarija, id-Danimarka, Spanja (Andalusija u Valencia), Franza (ODARC u ASP), ir-Renju Unit (l-Ingilterra), il-Greċja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija; jinnota li b'mod ġenerali, ir-rata ta' żball rappurtata għal pagamenti għall-iżvilupp rurali żdiedet minn 1,52 % għal 5,09 % bħala riżultat ta' aġġustamenti magħmula mid-DĠ AGRI;

308.  Jenfasizza li hemm riskju ta' sottovalutazzjoni tar-rata ta' żball aġġustata mill-Kummissjoni fuq livell ta' aġenzija tal-pagamenti individwali, peress li l-aġġustamenti jsiru biss meta l-awditu tal-Kummissjoni jew tal-Qorti jkun disponibbli;

309.  Jinnota madankollu li l-Qorti tikkunsidra l-metodoloġija tal-Kummissjoni bħala approċċ validu li jista' jipprovdi bażi suffiċjenti għal riżervi fil-livell ta' aġenziji individwali tal-pagamenti;

310.  Jirrimarka li l-istruttura tat-twettiq tal-politiki hija frammentata ħafna fl-iżvilupp rurali,(20) li jillimita l-kopertura tal-verifika tal-konformità tal-Kummissjoni għan-nefqa tal-FAEŻR;

311.  Jirrimarka li peress li l-medja tal-korrezzjonijiet finanzjarji matul l-aħħar tliet snin għall-FAEG tikkorrispondi għal 1,2 % tan-nefqa kkonċernata u għall-FAEŻR għal 1 %, il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet finanzjarji li jkopru ftit inqas minn nofs il-livell fir-rata ta' żball aġġustata għall-FAEG (2,6 % fl-2014) u wieħed minn kull ħamsa għar-rata ta' żball aġġustat tal-FAEŻR (5,1 % fl-2014); jinnota wkoll li matul l-aħħar tliet snin, l-irkupri ammontaw għal 0,3 % tan-nefqa għall-FAEG u 0,9 % għall-FAEŻR;

312.  Jenfasizza li, abbażi tad-data kkomunikata mill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri fuq naħa waħda (1,9 % tan-nefqa) u r-rata ta' żball aġġustata aggregata min-naħa l-oħra (5,1 %), iċ-ċifri għall-FAEŻR fl-2014 juru li l-kapaċità korrettiva mhijiex biżżejjed biex jitnaqqas l-infiq fir-riskju taħt il-materjalità sa tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni(21);

313.  Jinnota li d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mibgħuta mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI tinkludi tliet riżervi fir-rigward tal-infiq għall-2014 f'ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri u riżerva waħda fir-rigward ta' ġestjoni indiretta b'total ta' EUR 1 446,9 miljun (EUR 1 451,9 miljun fl-2013); josserva li l-ogħla ammont f'riskju fl-2014 huwa taħt ABB03 (Pagamenti diretti); jilqa' dan ix-xogħol intensiv mid-Direttorat Ġenerali li jimmonitorja u jikkoreġi d-data tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif meħtieġ mill-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju; jirrimarka li n-nuqqasijiet u l-korrezzjonijiet fis-sistemi nazzjonali li ġew żvelati b'dan il-mod jirrappreżentaw parti sostanzjali tad-data li fuqha hija bbażata d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb id-data li tifforma l-bażi għal din id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

314.  Jinnota li ġiet identifikata enfasi relattivament b'saħħitha, iżda pjuttost formali fuq kriterji ta' prestazzjoni (skont il-Qorti, anki fi 93 % tal-proġetti eżaminati), filwaqt li b'kuntrast, il-kejl tal-punt sa fejn intlaħqu l-objettivi jidher li kienx daqshekk rigoruż;

315.  Jinnota li skont ir-rapport ta' attività annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI, il-fattur tal-introjtu agrikolu baqa' stabbli fl-2014 (IEP 1); jisħaq li skont il-Kummissjoni(22), l-introjtu agrikolu għal kull ħaddiem huwa influwenzat b'mod pożittiv mit-tnaqqis fil-forza tax-xogħol agrikola; jitlob lill-Kummissjoni tirraporta b'mod sistematiku dwar din il-kwistjoni fir-rapport ta' attività annwali tagħha;

316.  Jinnota b'sorpriża li, skont ir-rapport ta' attività annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI, ir-rata tal-impjiegi f'żoni rurali (IEP 4) kienet stabbli fl-2014, filwaqt li hemm tnaqqis permanenti fl-għadd ta' bdiewa fl-Unjoni;

317.  Jemmen li mhuwiex sostenibbli li skont ir-rapport ta' attività annwali tad-DĠ AGRI(23), 44,7 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-Unjoni huma azjendi agrikoli ta' semisussistenza, jiġifieri li għandhom introjtu ta' inqas minn EUR 4 000 fis-sena; jinnota wkoll li skont ir-rapport dwar id-distribuzzjoni ta' għajnuniet diretti lill-produtturi agrikoli għas-sena finanzjarja 2014 adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2015:

   (a) bħala medja 80 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu madwar 20 % tal-pagamenti, u
   (b) 79 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu EUR 5 000 jew inqas fis-sena;

318.  Jitlob lid-DĠ AGRI jirrapporta fir-rapport ta' attività annwali tiegħu tal-2015 dwar taħlita vasta ta' indikaturi ekonomiċi u ambjentali billi tingħata ħarsa bbilanċjata tajba lejn il-qagħda agrikola tal-Unjoni kif ukoll il-kuntest usa' tagħha, sabiex il-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jivvalutaw aħjar il-prestazzjoni tal-PAK u jimpenjaw ruħhom f'riflessjoni infurmata fuq l-orjentament futur tagħha;

319.  Jitlob lid-DĠ AGRI jirrapporta dwar it-tendenza fid-distribuzzjoni tal-appoġġ għall-introjtu agrikolu fir-rapport annwali tiegħu u, b'mod partikolari, jagħti dettalji dwar l-effetti tal-forom ġodda ta' appoġġ, bħall-pagament ridistributtiv, introdott bir-riforma tal-PAK fl-2013;

320.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest ta' eżerċizzju pilota dwar il-prestazzjoni, il-Qorti ffukat fuq 71 proġett ta' żvilupp rurali, li kienu jinkludu investimenti f'assi tanġibbli;

321.  Jilqa' r-riżultati miksuba permezz tal-implimentazzjoni tal-politika tal-iżvilupp rurali 2007-2013 skont id-data preliminari (tmiem l-2014) li tirreferi għal impriżi mikro (73 300) u għal bdiewa żgħażagħ (164 000) li jingħataw appoġġ kif ukoll għall-appoġġ fir-rigward tal-innovazzjoni għall-introduzzjoni ta' prodotti ġodda jew teknoloġiji f'136 000 razzett;

322.  Jiddispjaċih li l-Qorti wriet nuqqasijiet fl-iffukar fuq miżuri u l-għażla tal-proġetti, u li kien hemm nuqqas ta' provi tal-fatt li l-ispejjeż kienu raġonevoli;

323.  Jiddispjaċih li l-Qorti fl-2014, meta żaret il-ħames aġenziji tal-pagamenti fl-Irlanda, fl-Italja (Kampanja), fil-Portugall, fir-Rumanija u fl-Iżvezja, identifikat dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll relatati ma' tranżazzjonijiet fl-iżvilupp rurali u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-kontrolli relatati ma' kundizzjonijiet ta' eleġibbiltà għal kundizzjonijiet ambjentali, id-daqs massimu tal-kumpaniji u l-proċedura ta' akkwist pubbliku;

Strumenti ta' inġinerija finanzjarja

324.  Jinnota li l-użu ta' FEI f'dan il-qasam huwa kompletament negliġibbli u pjuttost eċċezzjonali;

325.  Jiddispjaċih li l-Qorti identifikat nuqqasijiet serji f'dak li jirrigwarda l-effetti rotanti u ta' lieva tal-faċilitajiet tal-finanzjament fl-iżvilupp rurali u kkonkludiet li l-FEI ma kellhiex suċċess matul il-perjodu 2007-2013(24); jitlob li l-Kummissjoni timplimenta miżuri biex tipprovdi biżżejjed inċentivi għall-benefiċjarji ħalli jkun hemm valur miżjud sostanzjali;

326.  Jinnota li l-Kummissjoni nediet proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità biex tikseb informazzjoni dettaljata u preċiża dwar ir-riskju ta' kunflitt ta' interess li jikkonċerna l-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka u saħaq li l-fatt li ma jittiħdux il-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni ta' kunflitt ta' interess jista' fl-aħħar mill-aħħar jirrikjedi lill-awtorità kompetenti Ċeka tirtira l-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti u/jew jista' jwassal għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tipproċedi malajr u tirrapporta lill-Parlament dwar din il-kwistjoni sa Ġunju 2016; jitlob lill-OLAF jirrapporta mingħajr dewmien lill-Parlament dwar id-deċiżjoni tiegħu jekk jiftaħx każ jew le;

327.  Jinnota li wara t-tmiem tal-perjodu ta' eleġibbiltà tal-FEI, ir-riżorsi ritornati lill-fondi minn investimenti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri u jsiru riżorsi nazzjonali taħt il-qafas ġuridiku attwali; jiddispjaċih li minħabba f'hekk ir-riżorsi inizjalment marbuta ma' strumenti finanzjarji speċifiċi jistgħu jiġu trasferiti għal setturi differenti u impriżi individwali; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-inċentiv għall-Istati Membri li jonfqu dawn ir-riżorsi fi ħdan l-istess settur;

L-aħjar prattika

328.  Jinnota l-analiżi dettaljata tal-Qorti dwar jekk l-appoġġ tal-Unjoni kienx immirat lejn l-objettivi definiti b'mod ċar li jirriflettu ħtiġijiet strutturali u territorjali identifikati u żvantaġġi strutturali; u li hija ttestjat ukoll il-kriterju tal-prestazzjoni fil-qafas tal-immirar u tal-għażla; iqis li t-titjib tal-Qafas Komuni tal-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni li ġie żviluppat mid-DĠ AGRI, fir-rigward tal-approċċ relatat mal-prestazzjoni, fih sett ta' indikaturi speċifiċi li se jippermettu lill-Kummissjoni tkejjel u tirrapporta dwar il-progress;

Miżuri li għandhom jittieħdu

329.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) tieħu miżuri adegwati biex jissaħħu l-pjanijiet ta' azzjoni fl-Istati Membri biex jiġu identifikati l-kawżi l-aktar frekwenti ta' żball; u tirrevedi l-istrateġija għall-verifiki ta' konformità tal-iżvilupp rurali;
   (b) tanalizza l-impatt tar-riforma tal-PAK f'termini tal-prestazzjoni tal-industrija u l-prijoritajiet tagħha f'dak li jikkonċerna l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni;
   (c) tiffaċilita s-sinerġiji fil-qasam tar-riżorsi naturali sabiex telimina l-eteroġeneità attwali ta' azzjonijiet ta' appoġġ;
   (d) tirrapporta fid-dettall lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-iffissar ta' limitu massimu fil-pagamenti diretti tal-PAK skont kull Stat Membru għalih;

330.  Jitlob li:

   (a) fir-rapport ta' attività annwali tad-DĠ AGRI, il-Kummissjoni tikkunsidra tirrapporta dwar it-tendenza fid-distribuzzjoni ta' appoġġ għad-dħul agrikolu;
   (b) l-Istati Membri jagħmlu sforzi ulterjuri biex jinkludu informazzjoni affidabbli u aġġornata fil-bażi tad-data tal-LPIS tagħhom sabiex jiġu evitati pagamenti għal art ineleġibbli;
   (c) il-Kummissjoni tfassal proposti bil-ħsieb li jiġi sanzjonat ir-rappurtar falz jew inkorrett li jsir mill-aġenziji tal-pagamenti inklużi t-tliet dimensjonijiet li ġejjin, jiġifieri l-istatistika tal-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet mill-aġenziji tal-pagamenti u x-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni;
   (d) il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tirrikjedi li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-iżvilupp rurali jinkludu azzjonijiet ta' rimedju li jindirizzaw ir-raġunijiet ta' żball frekwenti;
   (e) il-Kummissjoni tirrevedi l-istrateġija għall-awditi tagħha tal-konformità fir-rigward tal-iżvilupp rurali sabiex tistabbilixxi jekk id-dgħufijiet fis-sistemi misjuba f'reġjun speċifiku wieħed, għal Stati Membri bi programmi reġjonali, humiex preżenti wkoll fir-reġjuni l-oħra, speċjalment għal miżuri ta' investiment;
   (f) il-Kummissjoni tiżgura li l-proċedura l-ġdida ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, li se ssir obbligatorja mis-sena finanzjarja 2015, tiġi applikata b'mod korrett mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni u tipproduċi informazzjoni affidabbli dwar il-livell ta' żball;
   (g) l-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa li jappoġġaw l-attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien u ta' konsulenza li jkunu diġà fis-suq bi prezz raġonevoli u meta din il-ħtieġa tkun iġġustifikata, li l-Istati Membri jiżguraw li l-ispejjeż tal-attivitajiet appoġġati ma jaqbżux l-ispejjeż ta' attivitajiet simili offruti mis-suq;
   (h) il-Kummissjoni tiżgura l-komplementarjetà bejn il-fondi tal-UE biex jittaffa r-riskju ta' finanzjament doppju u duplikazzjoni ta' amministrazzjoni fit-trasferiment tal-għarfien u miżuri konsultattivi;
   (i) il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu strument finanzjarju uniku li jkun kapaċi jagħti kemm self kif ukoll garanziji, u b'hekk iżidu l-attività u l-massa kritika tiegħu;
   (j) il-Kummissjoni tistabbilixxi standards u objettivi xierqa għall-effetti rotanti u ta' lieva sabiex iżżid l-effikaċja tal-istrumenti finanzjarji għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;
   (k) l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa u l-Ikel tnaqqas, sa fejn ikun possibbli, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati, li ammontaw għal EUR 0,9 miljun (50 %) fl-2014; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2013 il-Qorti għamlet kummenti simili u li l-informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi għadhom mhumiex disponibbli;

Ewropa Globali

Kwistjonijiet ġenerali

331.  Jinnota li l-infiq marbut ma' dan il-qasam politiku jkopri l-attivitajiet tal-politika barranija tal-Unjoni, appoġġ għal pajjiżi kandidati u potenzjonalment kandidati tal-Unjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi ġirien li mhumiex parti mill-attivitajiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ);

332.  Jinnota li l-intestatura 4 ta' Ewropa Globali taħdem b'ammont totali ta' EUR 7,4 biljun fejn l-infiq huwa bbażat fuq strumenti ta' kooperazzjoni u metodi ta' realizzazzjoni;

333.  Jinnota li attwalment hemm bla dubju ta' xejn tliet oqsma rilevanti għall-aġenda tat-tkabbir u tal-viċinat: is-sħubija, it-tkabbir u sinerġiji mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);

334.  Jilqa' l-fatt li erba' rakkomandazzjonijiet ġew implimentati b'mod sħiħ, żewġ rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti u żewġ rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati f'xi aspetti minn total ta' tmien rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

335.  Jinnota li hemm ġestjoni diretta f'din it-taqsima, meta l-infiq huwa ġestit mill-Kummissjoni u d-DĠ tagħha; hija pprovduta permezz tas-sede fi Brussell jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi partikolari, jew f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

336.  Jinnota b'sorpriża li d-delegazzjonijiet bl-ogħla ammont f'riskju kif imkejjel minn indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni 5 (implimentazzjoni f'waqtha) u 6 (objettiv milħuq) huma differenti minn dawk elenkati li għandhom l-agħar prestazzjoni; iqis li dan iqajjem tħassib dwar il-kwalità u s-serjetà ta' rappurtar ta' xi delegazzjonijiet;

337.  Jinnota bi tħassib kbir li skont l-RĠAE, minn 2 598 proġett immexxijin minn delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   805 proġetti b'valur ta' EUR 13,7 biljun (45,53 % tal-ammont totali) huma suġġetti għal ittardjar,
   610 proġetti b'valur ta' EUR 9,9 biljun (32,96 %) mhux se jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment,
   500 proġett b'valur ta' EUR 8,6 biljun (29 %) huma suġġetti għal ittardjar u lanqas mhuma se jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment,
   915-il proġett b'valur ta' EUR 15 biljun (50%) jew huma suġġetti għal ittardjar jew inkella mhumiex se jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment,
   azzjonijiet ta' appoġġ baġitarju jammontaw għal kważi wieħed minn kull ħames proġetti bl-agħar problemi;

338.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni stabbilixxiet sistema ta' monitoraġġ tal-proġetti li għaddejjin u li r-rapporti tar-RĠAE jipprovdu ħarsa ġenerali fl-aħħar tas-sena tal-proġetti li jew qed jiffaċċjaw xi dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom jew fejn hemm riskji li mhux se jilħqu objettiv wieħed jew aktar stabbiliti inizjalment;

339.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja dawn il-proġetti u tieħu azzjonijiet xierqa sabiex tippermetti lil dawn il-proġetti jilħqu l-objettiv tagħhom fiż-żmien stabbilit; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi rapport aġġornat dwar l-istat ta' dawn il-proġetti u jistedinha tinkludi l-programmi ta' għajnuna tal-politika tal-viċinat f'dak ir-rapport;

340.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-persunal tad-delegazzjonijiet iżur inqas spiss il-proġetti bi problemi ta' implimentazzjoni minn proġetti mingħajr problemi;

341.  Jinnota li abbażi tad-data fir-RĠAE tal-2014, 77 % tal-proġetti mmarkati bl-aħmar għall-KPI-5 kienu miżjura u 23 % ma kinux, li għall-proġetti mmarkati bl-isfar għall-KPI-5, 74 % kienu miżjura u 26 % ma kinux, u li għall-proġetti mmarkati bl-aħdar għall-KPI-5, 71 % kienu miżjura u 29 % ma kinux;

342.  Ifakkar li l-Parlament talab lill-Kummissjoni tippreżenta l-miżuri meħuda sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ippjanar finanzjarju u l-allokazzjoni tar-riżorsi, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-awditjar u tipprovdi l-konklużjonijiet li waslet għalihom mill-RĠAE mal-RĠAEs lill-Parlament;

343.  Jinnota li pjanijiet ta' azzjoni għat-22 delegazzjoni li kisbu l-punt ta' riferiment għal inqas minn 60 % tal-KPIs tagħhom fl-2014 ġew trażmessi uffiċjalment lill-Parlament Ewropew fil-5 ta' Novembru 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-konklużjonijiet misluta minn DĠ DEVCO mir-RĠAE ġew ippreżentati fir-Rapport Annwali tal-Attività ta' DĠ DEVCO għas-sena 2014;

344.  Jinsisti li l-Kummissjoni bl-ebda mod m'għandha tuża l-proċedura kontradittorja prevista mill-Artikolu 163 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex iddewwem jew timblokka l-adozzjoni ta' rapport speċjali tal-Qorti;

345.  Itenni bil-qawwa li l-proċess tal-bini ta' assigurazzjoni jeħtieġ miżuri li jirrinfurzaw ir-responsabbiltà tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni permezz tal-RĠAE mħejjija u ffirmati mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

346.  Iqis l-RĠAE maħruġa mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni bħala strument utli ta' ġestjoni interna li jippermetti lill-Kummissjoni tidentifika problemi bikrija fir-rigward ta' proġetti u biex dawn jiġu indirizzati anki matul l-implimentazzjoni; jiddispjaċih li dawn ir-rapporti mhumiex annessi mar-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ DEVCO u NEAR kif previst fl-Artikolu (67)3 tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li dawn jiġu sistematikament meqjusa bħala kunfidenzjali filwaqt li skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, "għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom";

347.  Jiddispjaċih li l-prestazzjoni ġenerali tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' assistenza esterna kif imkejla minn IEP użat fl-RĠAE tal-2014 marret għall-agħar meta mqabbla mas-sena 2013; jinnota madankollu li dawn ir-rapporti jippreżentaw valutazzjoni tal-proġetti li għaddejjin u li l-prestazzjoni hija influwenzata minn fatturi li huma lil hinn mill-kontroll tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, inkluż il-kwalità tal-governanza fil-pajjiżi benefiċjarji, is-sitwazzjoni ta' sigurtà, il-kriżi politika, l-impenn ta' sħab fl-implimentazzjoni, eċċ;

348.  Jirrikonoxxi li l-valutazzjonijiet li ġejjin mir-rapporti tal-RĠAE jagħtu biss ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni ta' kull proġett fl-aħħar tas-sena u li l-impatt reali tad-diffikultajiet identifikati jistgħu jiġu vvalutati biss sa tmiem il-proġett.

349.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tuża l-RĠAE biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati, b'tali mod li l-proġetti li għaddejjin jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment; jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li proġetti ta' assistenza esterna huma ppjanati f'kalendarju realistiku sabiex jitnaqqas il-proporzjon ta' proġetti li ttardjaw; jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar azzjoni korrettiva biex titranġa s-sitwazzjoni f'delegazzjonijiet bi problemi serji ta' implimentazzjoni;

350.  Jinnota li parti limitata ħafna tal-proġetti li għaddejjin ġew ivvalutati li għandhom problemi serji li jiġġustifikaw bandiera ħamra; jilqa' l-azzjonijiet korrettivi previsti, li għad jistgħu jipproduċu riżultat pożittiv sa tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni;

351.  Hu wkoll tal-fehma li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu mfakkra b'mod ċar bi dmirijiethom matul il-proċess ta' reklutaġġ u ta' qabel il-ħatra dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom ta' ġestjoni, ir-responsabbiltà tagħhom fl-assigurazzjoni ġestjonali relatata mal-portafolli ta' operazzjonijiet tad-delegazzjoni tagħhom (il-proċessi ġestjonali fundamentali, il-ġestjoni tal-kontrolli, fehim u valutazzjoni adegwati tal-IEP), billi jipprovdu rappurtar kwalitattiv u eżawrjenti fil-kuntest tat-twaqqif tar-rapport ta' attività annwali, u ma jikkonċentrawx biss fuq il-komponent politiku ta' dmirijiethom;

352.  Jesprimi tħassib dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna min-naħa tal-Unjoni f'pajjiżi terzi; jirrimarka li kull tieni euro jitħallas tard (fiż-żmien meta sar l-aħħar rapport, dan affettwa 805 proġetti), kull tielet euro ma rnexxilux jilħaq l-objettiv maħsub tiegħu (dan affettwa 610 proġetti) u li ż-żewġ nuqqasijiet japplikaw għal kull raba' euro (dan affettwa 500 proġett); jinsab imħasseb li fir-rigward tal-appoġġ baġitarju kważi wieħed minn kull ħamsa (18,5 %) tal-miżuri qegħdin tard u ma rnexxilhomx jilħqu l-objettivi, u kważi nofs il-proġetti tal-FEŻ għandhom l-istess problemi ta' implimentazzjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li proġetti li qed jesperjenzaw problemi qed jirċievu żjarat inqas spiss minn dawk mingħajr problemi; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi rapport aġġornat dwar l-istat ta' dawn il-proġetti u jistedinha tinkludi l-programmi ta' għajnuna tal-politika tal-viċinat f'dan ir-rapport;

353.  Jirrikonoxxi li l-impatt attwali tad-diffikultajiet identifikati jistgħu biss jiġu vvalutati sat-tmiem tal-proġett; iqis li l-impatt finanzjarju tad-diffikultajiet u d-dewmien li ġew iffaċjati matul l-implimentazzjoni tal-proġetti għandhom jitkejlu b'attenzjoni u li jista' jirrappreżenta biss parti limitata ħafna tan-nefqa tal-proġett;

354.  Jemmen li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu pprovduti bi gwida ċara fil-linji gwida ġenerali dwar id-definizzjoni tar-riżerva u l-komponenti tagħha;

355.  Jemmen li huwa importanti li jiġu identifikati u konsolidati x-xejriet skont id-delegazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' ġestjoni u ta' IEP sabiex jiġi valutat iċ-ċiklu ta' programmazzjoni għall-benefiċċju tal-prestazzjoni ġenerali jew settorjali tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni;

356.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni żiedet il-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kampijiet ta' Tindouf b'total ta' 24 missjoni ta' monitoraġġ imwettqa fl-2015 u li l-persunal umanitarju tal-Kummissjoni jqatta' sa ġimagħtejn fix-xahar fil-kampijiet; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tiżgura l-użu l-aktar effiċjenti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kampijiet u jirrikonoxxi li ma hemm l-ebda dazju doganali impost fuq l-importazzjonijiet umanitarji fil-każ ta' Tindouf;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

357.  Josserva li l-Qorti analizzat 172 tranżazzjoni, li minnhom 43 kienu milquta minn żbalji; jinnota li abbażi tat-28 żball kwantifikat, il-livell stmat ta' żbalji huwa ta' 2,7 %;

358.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ħarġet rata speċifika ta' żball għan-nefqa ġestita direttament mill-Kummissjoni (it-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju u dawk b'donaturi multipli huma esklużi) u jiddispjaċih li r-rata ta' żball għal dawk it-tranżazzjonijiet speċifiċi ġiet kwantifikata għal 3,7 %; jinsab frustrat li f'seba' każijiet ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha informazzjoni suffiċjenti biex tipprevjeni jew biex tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji qabel ma aċċettat l-infiq; jinnota li, li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata stmata ta' żball għal dan il-kapitolu kienet tkun ta' 0,2 % aktar baxxa;

359.  Jinnota li l-iżbalji prinċipali jinkludu nefqiet ineleġibbli ddikjarati mill-benefiċjarji finanzjarji (li jinvolvu l-perjodu, it-taxxi, in-nonkonformità mar-regola tal-oriġini jew nuqqas ta' dokumentazzjoni) u spazju insuffiċjenti u l-aċċettazzjoni ta' pagamenti mill-Kummissjoni;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Ewropa Globali

Infiq ineleġibbli

57%

Servizzi/xogħlijiet/fornituri mhux provduti

24%

Assenza ta' dokumenti ġustifikattivigħall-ġustifikazzjoni tal-infiq

8%

Nonkonformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

6%

Kalkolu skorrett tal-infiq iddikjarat

4%

Total

100%

360.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ħarġet rata speċifika ta' żball għan-nefqa ġestita direttament mill-Kummissjoni, u t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju u b'donaturi multipli huma esklużi; jiddispjaċih li r-rata ta' żball għal dawk it-tranżazzjonijiet speċifiċi ġiet kwantifikata għal 3,7 %;

361.  Jirrimarka li t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju eżaminati mill-Qorti kienu ħielsa minn żbalji ta' legalità u ta' regolarità; huwa tal-fehma, madankollu, li l-Kummissjoni għandha tintroduċi monitoraġġ konsistenti ta' fondi allokati fis-sura ta' appoġġ baġitarju, inklużi kontrolli sistematiċi fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jikkwalifikaw għal dan it-tip ta' appoġġ;

362.  Jiddispjaċih li l-Qorti osservat l-iżball sistemiku li jikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta' nfiq ibbażat fuq l-istimi proprji tagħhom aktar milli fuq spejjeż imġarrba, imħallsa u aċċettati li kienet diġà osservat fl-eżerċizzju finanzjarju tal-2013 għal darb'oħra fl-2014; iżda jinnota b'sodisfazzjon li d-DĠ ELARG ikkoreġa approvazzjonijiet li saru skorrettament mill-kontijiet tagħhom għall-2013 u l-2014 f'Mejju 2014 u rriveda wkoll l-istruzzjonijiet stabbiliti fil-manwal tal-ELARG dwar il-kontabbiltà;

363.  Ifakkar li fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tiegħu(25), id-direttur ġenerali ta' Europe Aid iddikjara li l-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi filwaqt li ħareġ riżerva globali rigward il-fatt li r-rata ta' żball kienet ogħla minn 2 %, li juri li l-proċeduri ta' kontroll naqsu milli jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żball materjali;

364.  Iqis li huwa essenzjali li s-sospensjoni tal-finanzjament ta' qabel l-adeżjoni għandha tkun possibbli mhux biss f'każijiet fejn ikun hemm provi tal-approprjazzjoni indebita ta' fondi iżda anke f'każijiet fejn il-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni jiksru b'kull mod id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Kwistjonijiet dwar l-affidabbiltà tad-data

365.  Jinnota li minħabba n-natura tan-nefqiet u t-territorji tal-allokazzjoni tagħhom, il-ġestjoni tad-data f'dan il-qasam hija viżibbilment differenti minn kwalunkwe qasam ieħor tal-baġit tal-Unjoni;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

366.  Jinnota li minħabba l-karattru ta' appoġġ, anke ġestjoni tar-riskju mtejba u sistemi ta' kontroll imsaħħa jikkontribwixxu sostanzjalment għal fokus fuq il-prestazzjoni;

Strumenti ta' inġinerija finanzjarja

367.  Jinnota li f'dan il-qasam, il-FEI ma jirrappreżentawx suġġett ewlieni. Jekk ikun hemm spazju għal dan it-tip ta' appoġġ, huwa pjuttost jiġi utilizzat permezz tal-azzjonijiet tal-FEŻ;

Miżuri li għandhom jittieħdu

368.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) issegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tistabbilixxi u timplimenta proċeduri ta' kontroll intern sabiex tiżgura li l-pagamenti ta' finanzjament mill-ġdid ikunu msejsa fuq nefqa reali, u li ssaħħaħ il-kontrolli ex ante għal kuntratti ta' għotja, inkluż l-użu tal-ippjanar ibbażat fuq ir-riskju, u segwitu sistematiku permezz ta' żjarat;
   (b) tirrifletti s-sett ta' prijoritajiet attwali li qed jinbidel drastikament biex tipprovdi appoġġ finanzjarju effiċjenti mill-Unjoni biex jiġu segwiti mhux biss l-aspetti territorjali (l-Ukrajna, it-Turkija, il-Balkani tal-Punent, il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fost oħrajn), iżda li fl-istess waqt dawk tematiċi wkoll;

369.  Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi u timplimenta proċeduri ta' kontroll intern biex tiżgura li l-prefinanzjament jiġi approvat fuq il-bażi tal-infiq reali mġarrab bl-esklużjoni tal-impenji ġuridiċi;

370.  Japprova bis-sħiħ l-istruzzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fir-rapport ta' sinteżi tagħha(26) fejn tħeġġeġ lid-DĠ DEVCO "biex ifittex modi biex jiżdied il-limitu li fih huwa r-riżultat tal-kontrolli tagħha jitqies li jipprovdi assigurazzjoni aktar differenzjata tar-riskju u biex sussegwentement jiġu diretti aktar riżorsi ta' kontroll tiegħu lejn oqsma koperti b'riżervi speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż relattivi effikaċja tal-kontrolli varji";

371.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   (a) tipprovdi kull sena lill-Parlament b'valutazzjoni globali tar-RĠAE; kif ukoll
   (b) tindika fir-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR il-miżuri meħuda biex titranġa s-sitwazzjoni fid-delegazzjonijiet bi problemi ta' implimentazzjoni, biex jitnaqqas id-dewmien f'appoġġ baġitarju u biex tissimplifika l-programmi;

Amministrazzjoni

372.  Jinnota li dan l-istess qasam speċifiku huwa relatat man-nefqa ta' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni, u li l-Kummissjoni, f'ħafna każijiet, ikollha hawnhekk rwol ta' fornitur ta' servizzi għall-oħrajn;

373.  Jirrimarka li madwar 60 % tal-ammont totali jirrappreżenta l-ispiża tal-persunal; il-punti l-oħra jinkludu l-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u l-IT fost l-oħrajn;

374.  Jitlob li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni jimplimentaw l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal billi kull sena jippubblikaw l-informazzjoni dwar l-uffiċjali għolja li telqu mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll lista ta' kunflitti ta' interess; jitlob li l-istruttura indipendenti msemmija hawn fuq tivvaluta l-kompatibbiltà ta' wara l-impjieg mal-Unjoni jew is-sitwazzjoni li fiha l-uffiċjali u l-ex Membri tal-Parlament jiċċaqalqu mis-settur pubbliku għal dak privat (il-kwistjoni "revolving door") u l-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess, u jiddefinixxu b'mod ċar il-perjodi ta' preklużjoni, li għandhom ikopru mill-inqas il-perjodu li matulu jingħataw benefiċċji tranżitorji;

375.  Jirrimarka li ħames ex uffiċjali kienu impjegati bħala konsulenti speċjali fl-2014 u f'każ wieħed ingħatat remunerazzjoni għal 43 ġimgħa u fiż-żewġ każijiet oħra għal 30 ġimgħa; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-raġuni għaliex il-kuntratti oriġinali ma ġewx prorogati minflok ma l-ex uffiċjali msemmija hawn fuq tħallsu kuljum, jekk dawk il-kuntratti oriġinali ġewx ikkunsidrati u jekk dan huwa l-każ, kif u jekk il-ħlas tal-pensjonijiet sarx fl-istess ħin;

376.  Jirrimarka li permezz taż-żieda fis-sigħat tax-xogħol minn 37,5 għal 40 siegħa fil-ġimgħa, skont ir-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, jinkiseb l-ekwivalenti ta' madwar 2 900 post u li virtwalment ipaċi t-tnaqqis fl-għadd tal-persunal ta' 5 % fuq diversi snin li ntlaħaq qbil dwaru fir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal; jistieden lill-Kummissjoni tressaq rapport trasparenti b'indikazzjonijiet annwali tat-tnaqqis ippjanat fil-postijiet u biex fih tqis iż-żieda fil-ħin tax-xogħol;

377.  Jenfasizza li għal kull membru tal-Kummissjoni, il-proċedura ta' kwittanza tieħu preċedenza fuq laqgħat oħra billi l-kumitat responsabbli tal-Parlament iqis li kull Kummissarju huwa responsabbli quddiem il-Parlament;

378.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-informaturi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull istituzzjoni tal-Unjoni timplimenta r-regoli dwar il-protezzjoni tal-informaturi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi fl-Unjoni;

379.  Jitlob li dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni li għadhom ma għamlux dan jadottaw b'mod urġenti regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u jieħdu approċċ komuni fil-konfront tal-obbligi tagħhom, b'enfasi fuq il-protezzjoni tal-informaturi; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tas-Sigrieti Kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi leġiżlazzjoni dwar livell minimu ta' protezzjoni għall-informaturi fl-Unjoni; jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji jemendaw ir-Regolamenti tal-Persunal biex jiġi żgurat li dawn mhux biss jobbligaw formalment lill-uffiċjali biex jirrapportaw kull tip ta' irregolarità, iżda wkoll jistabbilixxu protezzjoni xierqa għall-informaturi; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji jimplimentaw l-Artikolu 22(c) tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr dewmien;

380.  Jesprimi tħassib dwar l-għadd ta' suwiċidji fost il-persunal; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-benessri tal-persunal, fi sforz biex jieqfu s-suwiċidji;

381.  Jinnota b'dispjaċir li l-ebda rakkomandazzjoni ma ġiet implimentata bis-sħiħ, 5 rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti, u 3 rakkomandazzjonijiet ġew implimentati f'xi aspetti minn tmien rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

382.  Jinnota li l-livell ta' leave tal-mard fil-Kummissjoni jibqa' stabbli; jilqa' t-twaqqif ta' grupp ta' appoġġ psikosoċjali, li ra l-għadd ta' jiem ta' assenza jonqos minn 2 200 fl-2010 għal 772 fl-2014; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-ħtieġa ta' intervent fi 868 każ, għalkemm bi grad ta' sodisfazzjon ta' 95 %;

383.  Jieħu nota dwar il-fatt li aktar minn 250 membru tal-persunal, li ma ttiħdux fil-kabinetti l-ġodda, ġew integrati mill-ġdid jew ospitati fid-DĠ u li madwar 550 membru tal-persunal tal-kabinetti l-ġodda ġew milqugħa fil-Kummissjoni Juncker il-ġdida;

384.  Iqis l-immunità tal-persunal tal-Unjoni mill-ġurisdizzjoni kriminali fl-Istati Membri, li jmur lura 64 sena, huwa privileġġ li ilu ma jgħoddx; jitlob li dan il-privileġġ taħt il-Protokoll għat-Trattat ikun limitat għal persunal tal-Unjoni f'pajjiżi barra mill-UE;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

385.  Josserva li l-Qorti analizzat 129 tranżazzjoni, li minnhom 20 kienu milquta minn żbalji; jinnota li abbażi tat-12-il żball kwantifikat il-livell stmat ta' żball huwa ta' 0,5 %;

386.  Jinnota li l-iżbalji prinċipali jinkludu allowances tal-persunal ineleġibbli jew kalkulati ħażin u benefiċċji relatati, pagamenti li saru għal servizzi mhux koperti mill-kuntratt eżistenti u spejjeż oħra mingħajr ġustifikazzjoni xierqa;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Amministrazzjoni

Allowances tal-persunal ineleġibbli jew kalkulati ħażin u benefiċċji relatati

70%

Pagamenti magħmula għal servizzi mhux koperti minn kuntratt eżistenti

22%

Spejjeż oħra mingħajr ġustifikazzjoni xierqa

8%

Total

100%

Kodiċi ta' mġiba u kunflitt ta' interess

387.  Jinnota l-attenzjoni qawwija tal-pubbliku u l-midja b'rabta ma' kwistjonijiet ta' integrità, li jimplika li kodiċijiet ta' mġiba li jiffunzjona sew jeħtieġu attenzjoni kontinwa; jenfasizza li kodiċi ta' mġiba huwa biss miżura preventiva effikaċi jekk applikat kif suppost u jekk il-konformità tiġi riveduta b'mod sistematiku, mhux biss f'każijiet ta' inċidenti; jirrimarka li huwa meħtieġ rieżami tal-kodiċi ta' mġiba sa tmiem l-2017;

388.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-Unjoni jtejbu s-sensibilizzazzjoni dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interess fost l-uffiċjali tagħhom, flimkien mal-attivitajiet li għaddejjin ta' sensibilizzazzjoni u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punt obbligatorju li għandu jiġi diskuss matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni; iqis li għandha ssir distinzjoni bejn ir-rappreżentanti eletti u l-uffiċjali pubbliċi fil-leġiżlazzjoni dwar il-kunflitti ta' interess; jemmen li għandu jkun hemm ukoll regolamenti bħal dak fl-Istati Membri għall-uffiċjali pubbliċi u l-impjegati tas-servizz pubbliku involuti fl-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tas-sussidji tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta' bażi ġuridika dwar din il-kwistjoni;

389.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkomunika d-dokumenti b'mod proattiv fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Etika Ad Hoc dwar l-impjiegi wara l-mandat ta' ex Kummissarji, billi teditja l-informazzjoni kummerċjali jew personali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

390.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-kodiċi ta' mġiba tal-Kummissarji sa tmiem l-2017, inkluż billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi "kunflitt ta' interess" kif ukoll l-introduzzjoni ta' kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta' impjieg wara l-mandat u testendi l-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-Kummissarji; jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jindikaw b'mod ċar kwalunkwe kunflitt ta' interessi potenzjali tal-membru kandidat tagħhom tal-Kummissjoni u tispjega kif il-kunflitti ta' interess huma definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; fil-każ ta' interpretazzjonijiet diverġenti ta' kunflitti ta' interess bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli li l-Kummissjoni stess tapplika f'dan ir-rigward, tqis li din l-aħħar interpretazzjoni għandha tiġi segwita mill-Istati Membri;

391.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari f'dan ir-rigward lill-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u tal-prattiki ta' korruzzjoni fil-każ ta' aġenziji deċentralizzati, li huma partikolarment vulnerabbli meta jitqies il-fatt li huma relattivament skonoxxuti mill-pubbliku u jinsabu mferrxin madwar l-Unjoni;

392.  Jirrimarka li pass importanti fir-rigward tal-kunflitti ta' interess huwa li tiżdied it-trasparenza tal-President tal-Kummissjoni, il-kumitat ta' etika ad hoc tal-Kummissjoni u tas-Segretarjat Ġenerali, meta jkunu qed jiġu rieżaminati s-sitwazzjonijiet ta' kunflitt potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod proattiv tippubblika l-opinjonijiet tal-kumitat etiku skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ħalli tippermetti lill-pubbliku jżomm lill-Kummissjoni responsabbli għad-deċiżjonijiet li tieħu; itenni r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament li l-kumitat etiku ad hoc jiġi riformat biex jestendi s-setgħat tiegħu u jinkludi esperti indipendenti;

393.  Jistma li l-kodiċi ta' mġiba għall-Kummissarji għandu jinkludi deskrizzjoni aktar ċara tal-kompitu tal-Kumitat ta' Etika Ad Hoc, u jinkludi r-rekwiżit li l-membri tal-Kumitat ikunu esperti indipendenti;

394.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess f'format miftuħ li jinqara elettronikament;

395.  Iqis li l-impjegati tal-gvern reklutati mal-uffiċċju privat ta' Kummissarju Ewropew preferibbilment m'għandux ikollhom bħala parti mill-inkariġi tagħhom relazzjonijiet mal-Istat Membru tagħhom, sakemm ma jkunux sottoposti għal eżami xieraq kontra kwalunkwe kunflitt ma' interessi leġittimi tal-Kummissjoni;

Kunflitti ta' interess fil-ġestjoni kondiviża u f'pajjiżi terzi b'rabta mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE

396.  Jirrimarka li xi Stati Membri m'għandhomx liġijiet dwar ministri li jeskludu l-possibbiltà ta' detenturi ta' kariga peress li jkunu proprjetarji uniċi jew proprjetarji parzjali ta' negozji;

397.  Jemmen li hemm kunflitt serju ta' interess fil-possibbiltà li negozji li jkunu proprjetà ta' uffiċjali tal-Unjoni jistgħu japplikaw għal fondi tal-Unjoni jew jistgħu jirċievu tali fondi bħala subkuntratturi, filwaqt li s-sidien u d-detenturi ta' kariga stess huma responsabbli kemm għalk-użu xieraq tal-fondi kif ukoll għall-kontroll tal-użu tagħhom;

398.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora klawsola f'liġijiet futuri kollha tal-Unjoni dwar il-pagamenti li jindikaw li n-negozji li huma proprjetà ta' detenturi ta' kariga fl-Istati Membri tal-Unjoni u f'pajjiżi terzi ma jistgħu jitolbu jew jirċievu l-ebda finanzjament mill-Unjoni;

Trasparenza

399.  Jemmen li d-data kollha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fi ħdan l-UE għandha tkun trasparenti u ġustifikabbli permezz ta' pubblikazzjoni, inkluż l-infiq tal-Istati Membri marbut mal-ġestjoni konġunta;

400.  Jenfasizza l-prinċipju li l-Kummissjoni fil-livelli kollha għandha ttemm il-kuntatti ma' lobbisti mhux irreġistrati;

401.  Jistieden lill-Kummissjoni tespandi r-reġistrazzjoni ta' data tal-laqgħat ma' lobbisti għal kull min hu involut fil-proċess ta' tfassil tal-politika tal-Unjoni billi titlob lid-DĠ tagħhom rapporti regolari dwar il-laqgħat li jsiru fi ħdan is-servizzi rispettivi tagħhom, u bl-istabbiliment ta' din l-informazzjoni b'mod faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni;

402.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun obbligata li tirreġistra u tiżvela kull kontribut li jaslilha mil-lobbisti/rappreżentanti ta' interess dwar abbozz ta' politiki u liġijiet bħala "impatt leġiżlattiv"; jissuġġerixxi li dan l-impatt leġiżlattiv għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-lobbisti li l-fehmiet tagħhom kellhom impatt sostanzjali fuq il-proposti tal-Kummissjoni;

403.  Jilqa' l-pubblikazzjoni ta' lista ta' uffiċjali għolja li se jħallu l-Kummissjoni u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-membri kollha tal-Kabinett fid-definizzjoni ta' uffiċjali għolja;

Gruppi esperti

404.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman kontra l-kunflitti ta' interess fi gruppi esperti u tipposponi l-adozzjoni ta' regoli orizzontali, sakemm il-Parlament ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu abbażi tal-ħidma li għaddejja fuq ir-rapport konġunt fuq inizjattiva proprja CONT-JURI;

Oħrajn

Il-migrazzjoni u r-rifuġjati

405.  Jilqa' l-informazzjoni dwar fondi, li tista' tintuża biex ittaffi sitwazzjonijiet ta' kriżi kkawżati minn influss kbir ta' rifuġjati(27);

406.  Huwa tal-fehma li l-fondi tal-Unjoni involuti fil-politika dwar il-migrazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u awditjar fuq il-bażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni;

407.  Jinnota l-kriżi kontinwa tal-migrazzjoni li għaddejja u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata b'soluzzjoni koerenti tal-Unjoni; jinnota l-fondi allokati għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntiera esterna fl-2014, u jitlob lill-Qorti tikkunsidra tħejji malajr rapport speċjali dwar l-effikaċja ta' dawn il-fondi, filwaqt li jinsiltu konklużjonijiet li għandhom jiġu riflessi fil-proċess kontinwu ta' titjib tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri;

408.  Referenza għall-paragrafu 234 u 235 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza 2013; jitlob aġġornament dwar il-kooperazzjoni kontinwa mal-Grupp ta' Ġestjoni Internazzjonali u għal informazzjoni mill-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar kuntratti u pagamenti ġodda u dawk li għadhom għaddejjin;

409.  Jitlob kjarifika dwar liema proġetti tal-Unjoni li ma tlestewx fil-Greċja ma jistgħux jibqgħu jiġu ffinanzjati wara l-31 ta' Diċembru 2015; jitlob li jiġi ċċarat x'għandu jiġri f'kull wieħed minn dawn il-proġetti;

OLAF

410.  Jikkunsidra li l-OLAF hu attur kruċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jemmen li hu tal-akbar importanza li din l-istituzzjonijiet taħdem b'mod effikaċi u indipendenti; jirrakkomanda li, bi qbil mar-Regolament dwar l-OLAF, il-Kumitat Superviżorju tal-OLAF jingħata aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għall-qadieffikaċi tal-mandat tiegħu fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-OLAF u li jingħata indipendenza baġitarja;

411.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri mhumiex qed jagħtu segwitu għall-każijiet allegati ta' frodi li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif qed jippreżentahomlhom l-OLAF; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa u lill-OLAF ikompli u jħaffef l-analiżi tiegħu tar-raġunijiet għalfejn l-Istati Membri ma jatux segwitu għall-każijiet allegati, biex jipprovdi lill-Parlament bis-sejbiet tiegħu f'dan ir-rigward u biex ikompli jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-prestazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' frodi fil-konfront tal-fondi Ewropej;

412.  Jinnota l-isforzi tal-OLAF biex jimplimenta l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Superviżorju (KS) tiegħu(28); jixtieq li jkun infurmat, madankollu, dwar jekk id-differenzi fundamentali dwar jekk ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi ġewx implimentati jew le; jistenna li fil-futur l-OLAF jiddikjara b'mod ċar, fejn u sa liema punt huwa jiddevja mil-linja oriġinali ta' rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitat ta' Sorveljanza; jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena li fiha l-Kumitat Superviżorju ddeċieda li jagħti segwitu lir-rakkomandazzjonijiet maħruġa qabel; jistieden lill-OLAF kif ukoll lill-Kumitat Superviżorju jirrepetu dan l-eżerċizzju fuq bażi annwali;

413.  Iħeġġeġ lill-OLAF jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni diretta tad-Direttur Ġenerali f'investigazzjonijiet, peress li l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 jistipula b'mod ċar li l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew minn persunal maħtur mid-Direttur Ġenerali u mhux mid-Direttur Ġenerali nnifsu, peress li dan jista' joħloq investigazzjonijiet b'objettivi konfliġġenti;

414.  Jistenna li l-OLAF jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal-kumitat superviżorju biex jinkludi l-verifika ta' kwalunkwe kunflitt potenzjali ta' interess bejn id-dmirijiet ta' espert nazzjonali u l-parteċipazzjoni tiegħu f'attivitajiet ta' investigazzjoni fil-fajl tal-każ rispettiv;

415.  Jinsab ferm konvint li l-kumitat superviżorju għandu jiġi infurmat b'kull każ magħluq li fih l-informazzjoni tkun għaddiet lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, sabiex jiġu protetti l-garanziji proċedurali tal-persuni kkonċernati bl-allegazzjonijiet; jitlob lill-OLAF jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Superviżorju mill-aktar fis possibbli;

416.  Jinnota li fl-2014 l-OLAF għalaq total ta' 307 investigazzjonijiet u attivitajiet koordinati; li f'147 minn dawn l-investigazzjonijiet, l-OLAF ħareġ rakkomandazzjoni li twassal għal rata ta' 47 %; jinnota li fis-snin ta' qabel l-2011, ir-rata kienet regolarment 'l fuq minn 50 %; jistenna li l-OLAF jieħu miżuri sabiex jerġa' jikseb l-effikaċja b'mod permanenti billi jtejjeb il-proċedura tal-għażla tiegħu; huwa tal-fehma li l-OLAF għandu jerġa' jikkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 31 tal-Kumitat Superviżorju sabiex iżid l-effikaċja tiegħu;

417.  Jinnota l-isforzi konġunti tal-OLAF u tal-Kumitat Superviżorju biex jintlaħaq qbil dwar arranġamenti ta' ħidma ġodda; itenni t-talba tiegħu relatata mal-baġit tal-2013 għal riżoluzzjoni rapida tal-kwistjonijiet li fadal bejn l-OLAF u l-Kumitat Superviżorju tiegħu, sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effikaċi d-dmirijiet ġuridiċi tagħhom fil-kundizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni attwali limitata tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni twettaq bis-sħiħ ir-rwol tagħha u taħdem b'mod attiv fuq soluzzjoni fit-tul li għandha tiġi stabbilita mingħajr dewmien;

418.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-kulleġġ li jneħħi l-immunità tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, sabiex tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani jinvestigaw ir-reġistrazzjoni possibbilment illegali ta' konversazzjonijiet telefoniċi (miktuba mill-OLAF) bejn xhud (imqanqla mill-OLAF biex issir it-telefonata) u persuna fil-bini tal-OLAF u bl-assistenza tal-investigaturi tal-OLAF;

419.  Jenfasizza li l-Kumitat Superviżorju għandu, bħala kwistjoni ta' konsistenza mal-mandat tiegħu, ikollu persunal awtonomu li jkun separat mill-persunal tal-amministrazzjoni tal-OLAF, kif ukoll awtonomija finanzjarja; jilqa' l-isforzi li għaddejjin tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

420.  Iħeġġeġ lill-OLAF jagħti aċċess għad-dokumenti lill-Kumitat Superviżorju li dan tal-aħħar jikkunsidra meħtieġ biex iwettaq il-kompitu tiegħu skont il-mandat tiegħu skont il-mandat leġiżlattiv;

421.  Jinnota li fl-2014, ittieħdu passi sinifikanti mill-OLAF biex tittejjeb il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri permezz ta' twettiq ta' azzjonijiet ta' prijorità tal-istrateġija kontra l-frodi pluriennali, b'enfasi kemm fuq l-iżvilupp ta' strateġiji kontra l-frodi fil-livell tas-servizz u l-aġenziji tal-Kummissjoni u b'appoġġ għall-Istati Membri biex jiżviluppaw l-istrateġiji kontra l-frodi tagħhom stess;

422.  Jirrimarka li, fl-2014, l-OLAF irrakkomanda ammont rekord ta' rkupri finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, li jammontaw għal EUR 901 miljun, aktar mid-doppju tal-ammont għall-2013; jirrimarka li fl-2014, l-ammont totali rkuprat mill-awtoritajiet rilevanti żdied ukoll b'segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-OLAF biex jiġu rkuprati EUR 206,5 miljun (fl-2013 kien ta' EUR 117-il miljun);

423.  Iħeġġeġ lill-OLAF ifassal regoli interni dwar l-informaturi skont ir-Regolament tal-Persunal il-ġdid tal-2014;

424.  Ifakkar li l-Kummissjoni rċeviet talba biex titneħħa l-immunità tal-persunal tagħha mill-Qrati Belġjani; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tikkoopera b'mod sħiħ mal-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani;

425.  Jisħaq li fir-rapport annwali tal-OLAF tal-2014 hemm speċifikati l-attivitajiet investigattivi u r-riżultati għal kull settur; jitlob li l-OLAF jipprovdi fir-rapport annwali tiegħu li jmiss informazzjoni dettaljata dwar it-tip ta' investigazzjoni u r-riżultati fis-setturi kollha;

Ftehimiet dwar it-tabakk

426.  Ifakkar li f'Mejju 2015, il-Kummissjoni wiegħdet li tippreżenta l-valutazzjoni tagħha ta' ftehim ma' Philip Morris International (PMI) malajr kemm jista' jkun; jenfasizza li l-Kummissjoni pposponiet il-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni diversi drabi u li din fl-aħħar ġiet ippubblikata fl-24 ta' Frar 2016, ġurnata qabel ma l-Parlament kellu jagħmel dibattitu dwar il-kwistjoni fil-plenarja; jikkunsidra b'konvinzjoni li pubblikazzjoni hekk tard tikkostitwixxi nuqqas serju min-naħa tal-Kummissjoni milli taqdi l-obbligi tagħha ta' trasparenza, fil-konfront kemm tal-Parlament kif ukoll taċ-ċittadini, u b'hekk jimmina l-kapaċità tal-Parlament li jesprimi fehmtu f'waqtha dwar din il-kwistjoni kumplessa u delikata;

427.  Jenfasizza li, meta ġie konkluż l-ewwel darba fl-2004, il-Ftehim PMI kien strument innovattiv fl-indirizzar tal-kummerċ illeċitu tat-tabakk, iżda jenfasizza li s-suq u l-ambjent regolatorju ġarrbu bidliet sostanzjali minn dak iż-żmien 'l hawn; jisħaq li l-ftehimiet konklużi mal-kumpaniji tat-tabakk magħrufa bħala "l-erbgħa l-kbar"(29) ma jindirizzawx il-karatteristiċi importanti tal-kummerċ illegali tat-tabakk illum il-ġurnata, b'mod partikolari l-proporzjon għoli ta' kummerċ li issa huwa magħmul minn "cheap whites"; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tressaq pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi miżuri ġodda intiżi biex jindirizzaw din il-problema b'urġenza;

428.  Huwa tal-fehma li l-elementi kollha koperti mill-ftehimiet dwar it-tabakk se jkunu koperti b'qafas ġuridiku ġdid magħmul mid-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk(30) u Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (id-"WHO FCTC");

429.  Ifakkar li l-Parlament, fid-9 ta' Marzu 2016(31), esprima l-fehma li l-ftehim mal-PMI m'għandux jiġġedded, jiġi prorogat jew negozjat mill-ġdid;

430.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-livell tal-Unjoni u sad-data tal-iskadenza tal-Ftehim PMI, timplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex tittraċċa u tirrintraċċċa l-prodotti tat-tabakk PMI, u tistitwixxi proċedimenti ġudizzjarji għal kwalunkwe qbid illegali ta' prodotti ta' dan il-manifattur sakemm id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk isiru infurzabbli bis-sħiħ, b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda lakuna regolatorja bejn l-iskadenza tal-Ftehim PMI u d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk u l-FCTC;

431.  Jistieden lill-PMI tkompli tapplika d-dispożizzjonijiet dwar it-traċċar u r-rintraċċar u dwar id-diliġenza dovuta ("kun af il-klijent tiegħek") li hemm fil-Ftehim tal-lum, indipendentement minn jekk dan jiġix prorogat jew le;

432.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq regolament ġdid u addizzjonali li jistabbilixxi sistema indipendenti ta' traċċar u rintraċċar u li tapplika dispożizzjonijiet ta' diliġenza dovuta ("kun af il-klijent tiegħek") għat-tabakk mhux ipproċessat, għall-filtri u għall-karti użati mill-industrija tat-tabakk, bħala strument addizzjonali fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-prodotti ffalsifikati;

433.  Jiddispjaċih dwar id-dewmien tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni b'rabta mal-ftehimiet dwar it-tabakk; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi dan mill-aktar fis possibbli, fejn tispjega r-riżultati tal-investimenti li saru bl-użu tal-flus imħallsa mill-kumpaniji tat-tabakk skont dawn il-ftehimiet;

434.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew(32), li ddikjara li, bl-eċċezzjoni ta' DĠ HEALTH, il-Kummissjoni ma kinitx qed "timplimenta b'mod sħiħ li r-regoli u l-linji gwida tad-WHO-NU dwar it-trasparenza dwar il-lobbying tal-industrija tat-tabakk"; għalhekk huwa tal-fehma li l-kredibbiltà u s-serjetà tal-Kummissjoni ġew kompromessi;

435.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-Unjoni jimplimentaw l-Artikolu 5.3 tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-linji gwida tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika minnufih il-ftehimiet ta' valutazzjoni ma' kumpaniji tat-tabakk, kif ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

Skejjel Ewropej

436.  Jinnota li l-Iskejjel Ewropej irċevew EUR 164,2 miljun mill-baġit tal-UE, li jikkostitwixxi 59 % tal-baġit operattiv tal-iskejjel;

437.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-konklużjonijiet fir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2014 li jaqra: "Minħabba li ssoktaw in-nuqqasijiet tal-kontabbiltà u tal-kontroll, il-Qorti ma tistax tikkonferma li l-kontijiet ikkonsolidati għall-2014 huma ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali";

438.  Jinnota li d-Direttur Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà (DĠ HR) żammet ir-"riżerva minħabba raġunijiet ta' reputazzjoni" tagħha fir-rapport ta' sinteżi tal-Kummissjoni għall-2014 dwar l-iskejjel Ewropej u li r-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea vvuta kontra l-għoti tal-kwittanza għall-kontijiet tal-2012 u tal-2013 tal-Iskejjel Ewropej; jiddispjaċih li r-rappreżentanti tal-Istati Membri mhumiex qed jieħdu l-problemi daqstant bis-serjetà;

439.  Ifakkar li l-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza tal-Kummissjoni tal-2010 kien diġà kellu dubju dwar "l-istrutturi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' finanzjament tal-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej"; u kien talab li l-Kummissjoni "tesplora mal-Istati Membri reviżjoni ta' dik il-Konvenzjoni u [...] tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2012 dwar il-progress li jkun sar"; jinnota li l-Parlament ma rċieva l-ebda rapport ta' progress;

440.  Japprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti maħruġa fir-rapport tagħha tal-11 ta' Novembru 2015 dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għall-2014, li jinkludi persunal tal-kontabbiltà, il-proċedura ta' akkwist, standard ta' kontroll u kwistjonijiet ta' pagament;

441.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress li sar mill-Iskejjel Ewropej fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2016;

442.  Jistieden lill-awtorità baġitarja tqiegħed fir-riżerva partijiet tal-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għall-Iskejjel Ewropej, bl-għan primarjament fir-rigward tal-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali, matul il-proċedura baġitarja tal-2017 sakemm ikun sar progress suffiċjenti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

Euronews

443.  Jinnota li Euronews rċieva EUR 18-il miljun mill-baġit tal-Unjoni fl-2014, minkejja li l-Kummissjoni mhijiex azzjonista ta' Euronews, jinsab imħasseb li l-istruttura tal-governanza attwali ta' Euronews jaf ma tippermettix l-indipendenza u l-awtonomija sħiħa mill-azzjonisti internazzjonali tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, fil-funzjoni tagħha bħala kontributur finanzjarju ewlieni, biex tiżgura li Euronews jirrispetta l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-ftehimiet ġuridiċi kollha mal-Kummissjoni, inkluża l-karta vinkolanti dwar l-indipendenza editorjali;

Sommarju

444.  Tikkonkludi b'sommarju li:

   (a) il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jirrappreżentaw ir-rekwiżit ewlieni għall-ġestjoni baġitarja tal-Unjoni;
   (b) il-valutazzjonijiet tal-impatt u tar-riskju għandhom jinftiehmu bħala element integrali ta' dan;
   (c) l-istrateġija attwali ta' semplifikazzjoni hija importanti għall-ġestjoni tajba u l-effiċjenza tagħha; hija trid tkun akkumpanjata minn standards għolja ta' dixxiplina baġitarja;
   (d) prattiki ta' ġestjoni kondiviża għad fihom lok għal titjib f'termini ta' kompatibbiltà akbar bejn il-politiki tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri;
   (e) sforz akbar biex jappoġġa l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji huwa kruċjali;
   (f) ir-rata ġenerali ta' żball tibqa' kważi stabbli f'4,4 %, madankollu t-tipi ta' żball huma ferm eteroġenji;
   (g) l-ebda problema serja ma ġiet identifikata fuq in-naħa tad-dħul; il-prinċipju tal-ING jibqa' kruċjali għal dan is-suċċess; l-adegwatezza tad-dħul hija, madankollu, problema;
   (h) rata ta' żball ogħla mill-medja ġiet identifikata fin-nefqa għall-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, minkejja li b'mod parallel, monitoraġġ temporanju f'dan il-qasam wera bl-aktar mod ċar sinjali ta' approċċ ta' prestazzjoni;
   (i) l-appoġġ ta' koeżjoni wera biċ-ċar rata ta' żball viżibbilment ogħla għall-politika reġjonali u urbana meta mqabbel ma' dik għall-affarijiet soċjali; approċċ ta' prestazzjoni huwa barra minn hekk sostnut mill-FEI, speċjalment f'xi Stati Membri;
   (j) it-titjib fil-ġestjoni tad-data u l-ipproċessar bla dubju jikkontribwixxi għal approċċ ta' prestazzjoni aktar avvanzata;
   (k) il-qasam tar-riżorsi naturali għandu l-potenzjal li jiżviluppa appoġġ ibbażat fuq proġetti biex tittejjeb l-effiċjenza tas-sorsi tal-Unjoni; barra minn hekk, hemm ħafna lok għal titjib fil-ġestjoni u l-appoġġ istituzzjonali, speċjalment fuq livell ta' Stati Membri;

Riżultati ġenerali u rakkomandazzjonijiet ta' politika

445.  Iqis li l-kwittanza 2014:

   (a) toħloq mudell ġdid ta' fehim tal-effetti u l-benefiċċji baġitarji tal-Unjoni b'mod aktar komprensiv li jkopri l-aspetti kollha, inklużi żbalji, legalità, assorbiment, prestazzjoni u riżultati bħala sistema; u jistieden lill-Kummissjoni u lill-atturi rilevanti l-oħra jkomplu jiżviluppaw metodoloġija xierqa u qafas ta' prestazzjoni li jsegwu approċċ dejjem aktar rigorużi;
   (b) turi li t-test tal-prestazzjoni użat mal-Istrateġija Ewropa 2020 huwa pass pożittiv fid-direzzjoni t-tajba, għalkemm il-kompatibbiltà tiegħu mal-qafas tal-politika ekonomika tal-Unjoni teħtieġ aktar żvilupp, inkluż CSR b'indikaturi makroekonomiċi rilevanti u prijoritajiet tal-politika ekonomika u soċjali tal-Unjoni regolarment aġġornati;
   (c) tidentifika lok għal titjib fil-ġestjoni baġitarja u jilqa' l-isforz biex tiġi ssemplifikata, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt tagħha; turi li proċess ta' segwitu regolari hu ta' benefiċċju kbir;
   (d) jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jaġġustaw is-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u proċedurali biex jimplimentaw b'suċċess elementi ġodda li ġejjin minn ħtiġijiet baġitarji attwali u futuri tal-Unjoni, li jippermetti lill-baġit tal-Unjoni li jirrealizza l-potenzjal tiegħu bl-aħjar mod.
   EUR 2 616 755 356 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 937 182 847 f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għall-politiki dwar it-trasport, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, is-sigurtà fit-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri, u l-aġenziji ta' trasport,
   EUR 239 313 549 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 71 213 206 f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tat-trasport, inklużi l-Impriżi Konġunti SESAR u Shift2Rail,
   EUR 75 078 470 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 80 731 327 f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għan-nefqa amministrattiva;

C. Opinjonijiet tal-Kumitati

Affarijiet barranin

446.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fir-rata ta' żbalji sinifikanti fl-intestatura 4 għas-sena finanzjarja 2014; jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq segwitu malajr għar-rakkomandazzjonijiet mis-snin preċedenti li għadhom mhumiex implimentati bis-sħiħ;

447.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ NEAR irranġa l-iżball sistemiku li affettwa l-infiq tiegħu fl-2013 u għamel il-bidliet sostanzjali lis-sistemi tiegħu meħtieġa mill-Qorti; bl-istess mod jesprimi sodisfazzjon li r-rapport ta' attività annwali tad-DĠ ECHO nstab li kien korrett abbażi tax-xogħol tal-awditjar tal-QEA;

448.  Jinnota bi tħassib l-iżbalji identifikati fil-kuntest tal-verifika tal-infiq għall-kuntratti ta' għotja, li jammontaw għal aktar minn 50 % tal-iżbalji identifikati mill-QEA fl-Intestatura 4; jinnota li l-aktar tip sinifikanti ta' żball jikkonċerna nefqiet ineleġibbli; jenfasizza l-importanza li jiġu pprevenuti jew li jinstabu u jiġu kkoreġġuti l-iżbalji qabel ma jiġu aċċettati n-nefqiet, permezz ta' implimentazzjoni aħjar ta' kontrolli ex ante; jinnota bi tħassib partikolari n-nuqqas ta' Europe Aid li jsib l-iżbalji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-isforzi li saru s'issa biex tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi bil-verifika tal-infiq jiġu intensifikati, u twettaq segwitu bis-sħiħ għar-rakkomandazzjoni dwar is-superviżjoni ta' għotjiet li saret mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha tal-2011;

449.  Jindika l-bżonn ta' valutazzjoni xierqa ex ante f'każijiet fejn il-Kummissjoni, possibbilment permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tiddeċiedi li tiffinanzja proġetti infrastrutturali kbar b'impatt ambjentali qawwi, fejn l-għan tal-eżerċizzju jkun li tiġi vverifikata s-sostenibbiltà finanzjarja, ambjentali u soċjali tagħhom, u jitlob li l-fondi tal-UE f'pajjiżi mhux membri jiġu diretti lejn proġetti li jaggarantixxu s-sostenibbiltà finanzjarja u jkunu wkoll ekonomikament u soċjalment utli;

450.  Jirrikonoxxi l-progress kontinwu tal-Kummissjoni fl-akkreditament tal-missjonijiet kollha tal-politika estera u ta' sigurtà komuni skont il-"valutazzjoni fuq sitt pilastri"; jilqa' b'mod partikolari l-fatt li l-akbar tliet missjonijiet issa saru konformi; jissottolinja l-bżonn li l-Kummissjoni takkredita l-missjonijiet kollha bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti;

451.  Jilqa' l-istabbiliment ta' pjattaforma ta' sostenn għall-missjonijiet (MSP) u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu passi lejn il-ħolqien ta' ċentru ta' servizzi kondiviżi (SSC) ġenwin, flimkien ma' sistema ta' ġestjoni ta' riżorsi integrati (IRMS), bħala mod biex ittejjeb il-ħeffa tal-użu u l-kosteffiċjenza tal-missjonijiet; jipproponi li jiġi aġġornat il-maħżen tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) u jkun ta' servizz ukoll għall-missjonijiet eżistenti tal-PSDK u jkun ġestit mill-SSC futur;

452.  Jiddispjaċih dwar id-dewmien sinifikanti fl-akkwist tat-tagħmir u s-servizzi essenzjali għall-missjonijiet taħt il-PSDK u, bħala konsegwenza, l-effett negattiv fuq il-funzjonament tal-missjonijiet; ifakkar li l-Qorti, fir-rapport speċjali tagħha tal-2012 dwar l-assistenza tal-Unjoni lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt, irrimarkat dwar din l-ineffiċjenza u kkonkludiet li r-regoli dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju "mhumiex imfassla għal missjonijiet tal-PSDK fejn xi kultant huma meħtieġa reazzjonijiet ta' malajr u flessibbli"; jiddeplora l-fatt li r-reviżjoni riċenti tar-Regolament Finanzjarju ma pproduċietx il-bidliet neċessarji għar-regoli finanzjarji; itenni l-fehma tiegħu li l-ġestjoni tal-linji baġitarji rilevanti għandha tingħata lill-kmandant ta' operazzjoni ċivili, bl-istess mod li kien sar għall-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

453.  Ifakkar li l-effiċjenza tat-taħriġ tal-PSDK u tal-missjonijiet konsultattivi hija mfixkla bil-kbir mid-diffikultajiet istituzzjonali tal-Unjoni biex takkumpanja dawn l-azzjonijiet bl-appoġġ ta' tagħmir, anke dak bażiku; jilqa' f'dan il-kuntest l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex timplimenta l-komunikazzjoni konġunta dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet f'appoġġ tas-sigurtà u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr kemm jista' jkun il-proposti leġiżlattivi neċessarji għall-ħolqien ta' fond iddedikat, sabiex dan ikun jista' jiġi inkluż fil-baġit tal-Unjoni matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP;

454.  Jilqa' r-rapporti speċjali tal-Qorti fl-2015 dwar il-EUPOL Afghanistan u l-appoġġ mill-Unjoni għall-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Qorti fil-kuntest ta' dawn ir-rapporti;

455.  Jenfasizza l-importanza li jitqiesu kriterji relatati mal-kuntest meta tiġi evalwata l-effikaċja tal-proġetti tal-Unjoni f'pajjiżi terzi peress li l-attivitajiet ta' għajnuna esterna tal-Unjoni ta' sikwit iseħħu f'reġjuni milquta mill-kriżi u ambjenti li huma politikament diffiċli.

Żvilupp u kooperazzjoni

456.  Ifakkar li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni u n-nefqiet tal-għajnuna umanitarja spiss iseħħu f'ambjenti diffiċli ħafna li jżidu d-diffikultajiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġetti, l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli fuq in-nefqa; l-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja għaldaqstant huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn oqsma oħra ta' politika tal-Unjoni;

457.  Jinnota li, skont il-Qorti, 57 % tal-iżbalji huma relatati ma' nefqiet ineleġibbli; jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti lill-EuropeAid biex itejjeb il-kontrolli ex ante u jagħmel użu aħjar miż-żjarat fuq il-post sabiex jidentifika l-iżbalji;

458.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont il-Qorti, il-proċeduri ta' kontroll stabbiliti mid-DĠ ECHO fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji qed jaħdmu b'mod korrett u li s-sistema ta' rappurtar tiegħu hija affidabbli; jifraħ lid-DĠ ECHO għal dan;

459.  Jirrikonoxxi li n-nefqa relatata mas-sigurtà hija importanti għall-iżvilupp u partikolarment rilevanti fl-isforzi attwali sabiex tiġi indirizzata b'mod komprensiv ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp u jintlaħqu riżultati fir-rigward tal-għan nru 16 tal-Aġenda għall-Iżvilupp, iżda jenfasizza li finanzjament bħal dan ma jikkostitwixxix l-għajnuna għall-iżvilupp għall-pajjiżi extra-Ewropej u attwalment ma jistax jinsilet la mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, imwaqqaf mir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u lanqas mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ);

460.  Jirrimarka li fl-2014 żewġ proġetti marbuta mal-ġestjoni tal-fruntieri fil-Libja li swew EUR 12,9 miljun kienu ffinanzjati permezz tal-istrumenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; ifakkar li l-objettiv primarju tal-istrument tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huwa li jitnaqqas il-faqar; itenni t-tħassib kbir tiegħu dwar il-fatt li l-programmi ta' żvilupp jistgħu jintużaw għal skopijiet mhux direttament relatati mal-iżvilupp; ifakkar li approċċ bħal dan mhux se jgħin lill-Unjoni tilħaq l-għan ta' 0,7 % tal-ING li għandu jintuża għal għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp;

461.  Jirrimarka l-valur potenzjali tal-Qafas tar-Riżultati tad-DĠ DEVCO mniedi fl-2015, iżda anke r-riskji assoċjati identifikati mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 21/2015; iqis li hemm bżonn li jiġi evitat ukoll ir-riskju aktar politiku li l-impenn lejn l-għadd limitat ta' riżultati kwantifikabbli inklużi mid-DĠ DEVCO fil-qafas se jkun enfasizzat iżżejjed, a skapitu tal-impenn lejn riżultati oħra fir-rigward tal-objettivi tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni, kif ukoll ta' riżultati kwalitattivi; jenfasizza l-importanza li l-qafas jiġi ttrattat bħala komplement għal arranġamenti oħra ta' monitoraġġ u rappurtar;

462.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport Speċjali Nru 18/2014 tal-Qorti dwar Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid; jistieden lid-DĠ DEVCO biex b'mod urġenti jindirizza d-diversi nuqqasijiet fis-sistemi tiegħu ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ indikati fir-rapport speċjali tal-Qorti, speċjalment dawk relatati ma' nuqqasijiet serji fis-sistema ta' evalwazzjoni tad-DĠ DEVCO; jenfasizza li sistema ta' evalwazzjoni li tiffunzjona ħażin iżżid ir-riskji li jintgħażlu proġetti li tonqsilhom il-kwalità jew li ma jilħqux l-objettivi tagħhom; jirrimarka u jinsab imħasseb dwar l-opinjonijiet diverġenti bejn il-Kummissjoni u l-Qorti f'dak li jirrigwarda informazzjoni affidabbli dwar l-effikaċja tal-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju; jemmen li hemm rabta bejn nuqqas ta' persunal fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u fl-unità tal-evalwazzjoni tad-DĠ DEVCO u l-problemi enfasizzati mill-Qorti; iqis li dan huwa eżempju tal-konsegwenzi detrimentali li t-tnaqqis tal-impjegati jista' jkollu għall-funzjonament effikaċi tal-programmi tal-Unjoni;

463.  Jafda li d-DĠ DEVCO se jindirizza d-diversi nuqqasijiet fis-sistemi ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tiegħu indikati fir-Rapport Speċjali Nru 18/2014 tal-Qorti;

464.  Jitlob l-introduzzjoni ta' setgħat ta' skrutinju formali fir-rigward tal-FEŻ, possibbilment permezz ta' ftehim interistituzzjonali ta' natura vinkolanti skont l-Artikolu 295 tat-TFUE;

465.  Jinsab serjament imħasseb dwar is-sejbiet tar-Rapport Speċjali Nru 11/2015 tal-Qorti dwar il-ġestjoni mill-Kummissjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd (FPAs); jirrimarka li l-Qorti tesprimi dubji dwar is-sostenibbiltà tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd minħabba l-applikazzjoni diffiċli tal-kunċett ta' sajd eċċessiv; jinnota wkoll li l-Qorti serjament tikkontesta l-kwalità tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd; jiddispjaċih ukoll li, skont il-Qorti, l-evalwazzjonijiet ex post tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd mhumiex jintużaw biżżejjed għall-istabbiliment ta' ftehimiet ta' segwitu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta kemm jista' jkun malajr il-bosta rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

466.  Ifakkar li nuqqas kbir virtwalment kostanti ta' fondi għall-pagamenti fl-2014 aggrava d-diffikultajiet tad-DĠ ECHO biex iwieġeb b'mod adegwat għall-kriżijiet umanitarji dejjem agħar fil-viċinat tal-Unjoni u lil hinn; jilqa' l-fatt li approprjazzjonijiet adattati aħjar fil-baġits tal-Unjoni tal-2015 u l-2016 fil-biċċa l-kbira solvew il-problema tal-pagamenti tad-DĠ ECHO;

467.  Jiddispjaċih li minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014, pagamenti ta' appoġġ baġitarju għall-Marokk u l-Ġordan li kellhom valur globali ta' EUR 43 miljun ma setgħux isiru fl-2014 kif previst fil-kuntratt; jidhirlu li dan huwa ta' detriment serju għall-kredibbiltà tal-Unjoni;

Impjiegi u affarijiet soċjali

468.  Jinnota bi tħassib li l-livell stmat ta' żball fil-qasam tal-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali huwa ta' 3,7 % fl-2014, li hu kemm kemm ogħla mis-sena preċedenti (3,1 %); jenfasizza li dan jirrappreżenta pass lura fil-proċess biex tintlaħaq rata ta' żball li tkun taħt l-objettiv ta' 2 %;

469.  Jilqa' l-fatt li r-rapport tal-Qorti janalizza l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fid-dawl tal-istrateġija Ewropa 2020; jinnota l-osservazzjoni li l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni mhijiex identifikata separatament fil-kuntest tal-kisba tal-objettivi ewlenin, bħal dawk dwar l-impjieg u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

470.  Jilqa', barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-QFP jeħtieġ li jiġu allinjati aħjar u l-għanijiet politiċi ta' livell għoli jeħtieġ li jiġu tradotti f'objettivi operattivi utli, u jenfasizza l-importanza li tingħata attenzjoni fuq il-prestazzjoni u r-riżultati kif ukoll fuq il-valur miżjud, b'mod partikolari fil-każijiet tal-miri ewlenin fil-qasam soċjali u f'dak tal-impjiegi, fejn il-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenza li toħloq qafas ġuridikament vinkolanti; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar l-indikaturi tar-riżultati u s-sistemi ta' monitoraġġ sabiex tikkumpara r-riżultati mal-objettivi maqbula, sabiex tkun infurmata aħjar meta tkun qed tistabbilixxi l-għanijiet futuri u sabiex iżżid l-effiċjenza tal-infiq tal-UE;

471.  Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar iż-żieda fir-riskju ta' irregolaritajiet f'każijiet ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) li jipparteċipaw fil-programm Orizzont 2020; jappoġġa r-risposta tal-Kummissjoni li l-involviment tal-SMEs fil-programm huwa kruċjali għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi u jinnota l-fatt li r-regoli amministrattivi għall-SMEs ġew issemplifikati, u jenfasizza li semplifikazzjoni ulterjuri kieku twassal għal involviment akbar min-naħa tal-SMEs; jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli permezz tal-SMEs;

472.  Jinnota li l-SMEs huma dawk li joħolqu l-aktar impjiegi fl-Ewropa u jqis li hemm aktar x'jista' jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta' finanzjament tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi aktar miżuri li jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva tal-SMEs, inkluża l-applikazzjoni tal-prinċipju "l-ewwel aħseb fiż-żgħir";

473.  Jinnota li n-natura intanġibbli tal-investimenti fil-kapital uman, id-diversità tal-attivitajiet u l-involviment ta' diversi sħab, li ta' sikwit ikunu fuq skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti għadhom ir-riskji ewlenin għar-regolarità tal-infiq tal-FSE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-azzjonijiet ta' mitigazzjoni speċifiċi, bl-inklużjoni ta' miżuri kemm preventivi kif ukoll korrettivi;

474.  Jinnota s-sejbiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 17/2015 dwar ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE matul il-perjodu 2012-2014; jinnota bi tħassib in-nuqqasijiet fir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar l-impatt ta' dawn il-fondi; iqis li passi ulterjuri lejn politika msejsa fuq ir-riżultati huma vitali biex tiġi żgurata responsabbiltà finanzjarja soda u użu effiċjenti tal-fondi tal-UE;

475.  Jinsab imħasseb li r-rati ta' żball ogħla segwiti minn sospensjonijiet u interruzzjonijiet jistgħu jaffettwaw l-għeluq b'suċċess tal-programmi 2007-2013;

476.  Iqis li l-promozzjoni ta' użu usa' ta' għażliet issemplifikati għall-ispejjeż tista' twassal għal tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi, inqas żbalji u aktar enfasi fuq il-prestazzjoni u r-riżultati; jirrimarka, madankollu, li l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż għandhom jiġu applikati f'ambjent ta' ċertezza tad-dritt u ta' fiduċja, akkumpanjati minn valutazzjoni tal-benefiċċji u bl-involviment sħiħ tal-partijiet interessati fil-livelli kollha; jenfasizza li l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż għandhom jibqgħu alternattiva għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri;

477.  Jinsisti li l-Istati Membri jevitaw aktar kumplikazzjonijiet tar-regoli u r-rekwiżiti relatati mal-implimentazzjoni tal-FSE li jimponu piżijiet addizzjonali fuq il-benefiċjarji u jżidu r-riskju ta' żbalji;

478.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li minn 178 tranżazzjoni eżaminata mill-Qorti fil-qasam tal-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, 62 (34,8 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 12 kienu żbalji kwantifikabbli li jaqbżu l-20 % (6,7 %); iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta miżuri korrettivi u tapplika proċeduri stretti biex tnaqqas ir-riskju ta' irregolaritajiet f'dan il-qasam ta' politika kif ukoll tagħti segwitu għall-każijiet ta' nefqa ineleġibbli identifikati mill-Qorti;

479.  Jiddispjaċih li l-għadd ta' programmi tal-FSE b'rata ta' żball ta' aktar minn 5 % żdied minn 18,8 % fl-2013 għal 22,9 % fl-2014 u li l-volum ta' pagamenti milquta minn dawn ir-rati żdied b'mod drammatiku minn 11,2 % għal 25,2 %;

480.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-osservazzjoni ripetuta tal-Qorti li l-perċentwal ta' żball kien ikun inqas kieku l-awtoritajiet nazzjonali għamlu użu aħjar mit-tagħrif disponibbli qabel ma bagħtu l-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni; f'dan ir-rigward, jinsisti li l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali jwettqu verifiki aktar bir-reqqa u jevitaw milli jitolbu għal rimborż ta' nefqiet inkorretti;

481.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw l-għodda ta' valutazzjoni tar-riskju Arachne u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi lill-Istati Membri b'linji gwida rilevanti u assistenza teknika għall-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta' ġestjoni u kontroll fil-perjodu 2014-2020; jinsisti li l-Kummissjoni ttejjeb l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri;

482.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti sabiex tiżgura li l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tikkontribwixxi aħjar għall-kisba tal-objettivi ewlenin fil-qasam soċjali u tal-impjiegi tal-Istrateġija Ewropa 2020; f'dan ir-rigward, jistenna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw indikaturi ta' prestazzjoni aħjar u jtejbu r-rappurtar dwar ir-riżultati miksuba matul il-perjodu 2014-2020;

Ambjent, saħħa pubblika u sikurezza tal-ikel

483.  Jixtieq itenni li, f'konformità mat-TFUE, il-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit wara li jkun eżamina l-kontijiet, ir-rapport finanzjarju, ir-rapport ta' valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE, ir-rapport annwali tal-Qorti flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu awditjati, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u kwalunkwe rapport speċjali rilevanti ieħor mill-Qorti;

484.  Ifakkar li l-2014 se tkun l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-QFP l-ġdid, li għandu l-għan li jiddetermina d-daqs u d-distribuzzjoni tan-nefqa tal-Unjoni għall-perjodu mill-2014 sal-2020, u li, bħala riżultat ta' dan, il-livell ta' implimentazzjoni hu aktar baxx milli fis-snin ta' qabel;

485.  Jieħu nota tal-preżentazzjoni tal-oqsma ta' politika dwar l-ambjent u s-saħħa fir-rapport annwali tal-Qorti rigward is-sena finanzjarja 2014; hu mħasseb li l-oqsma ta' politika dwar l-ambjent u l-klima jidhru wkoll fil-kapitolu ddedikat għall-iżvilupp rurali u għas-sajd; itenni l-kritika tiegħu dwar il-kompożizzjoni illoġika tal-oqsma ta' politika f'dan il-kapitolu speċifiku; mhuwiex tal-opinjoni li l-Qorti għandha tieħu d-deċiżjoni politika li tiġbor flimkien l-oqsma ta' politika; iħeġġeġ lill-Qorti tirrevedi l-approċċ tagħha fir-rapport annwali li jmiss;

486.  Jikkunsidra, f'dan il-kuntest, li hu notevoli li l-kapitolu dwar l-iżvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa jidher bl-ogħla rata ta' żball fir-rapport tal-QEA għall-2014 b'6,2 % meta mqabbla mal-4,4 % bħala medja; jinnota, barra minn hekk, fir-rigward tan-nuqqasijiet prinċipali li nstabu mill-QEA, li bosta kienu simili ħafna għal dawk diġà rrapportati fit-tliet snin preċedenti;

487.  Jinnota li hemm fehmiet differenti bejn il-Qorti u l-Kummissjoni rigward il-mod ta' kif għandhom jiġu kkalkulati l-iżbalji; jinnota li l-Kummissjoni tqis li r-rata ta' żball rappreżentattiva annwali tal-Qorti għandha titqies fil-kuntest tan-natura pluriennali tal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji netti;

488.  Jinnota li l-Qorti ma għamlet ebda kumment dwar il-ġestjoni tal-politiki dwar is-"Saħħa Pubblika", is-"Sikurezza tal-Ikel" u l-"Ambjent u l-Azzjoni Klimatika";

489.  Fir-rigward tal-implimentazzjoni kumplessiva tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2014, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jinsab sodisfatt; ifakkar għal darb'oħra li anqas minn 0,5 % tal-baġit tal-Unjoni hu ddedikat għal dawk l-istrumenti politiċi, waqt li jżomm f'moħħu l-valur miżjud ċar għall-Unjoni f'dawn l-oqsma, u l-appoġġ miċ-ċittadini Ewropej għall-politiki ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, kif ukoll għas-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel;

490.  Jinsab sodisfatt bil-ħidma mwettqa mill-ħames aġenziji deċentralizzati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, u li jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw politiki fil-qasam tal-ambjent, il-klima, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll bil-mod kif ġew implimentati l-baġits tagħhom;

Ambjent u azzjoni klimatika

491.  Jissottolinja l-fatt li kienu disponibbli EUR 352 041 708  għad-DĠ ENV f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li minnhom ġew implimentati 99,7 %; jinnota li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament, il-fatt li ntużaw 95,03% mill-ammont disponibbli ta' EUR 290 769 321 hu sodisfaċenti; jinnota li, barra minn hekk, in-nefqa amministrattiva fuq LIFE+ ġiet eżegwita fuq sentejn finanzjarji (permezz ta' riporti awtomatiċi), u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqiesx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq 99,89 %;

492.  Jieħu nota tal-fatt li d-DĠ CLIMA żied ir-rata ta' implimentazzjoni tiegħu għal 99,7 % ta' EUR 102 694 032 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 93,1 % ta' EUR 32 837 296 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqiesx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq 98,5 %;

493.  Jinsab sodisfatt bl-implimentazzjoni kumplessiva tal-baġit operattiv ta' LIFE+, li laħqet 99,9 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 97,4 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014; jinnota li fl-2014, EUR 283 121 194 ġew iddedikati għal sejħiet għal proposti għal proġetti fl-Istati Membri, EUR 40 000 000 intużaw biex jiffinanzjaw operazzjonijiet fil-qafas tal-istrumenti finanzjarji Faċilità ta' Finanzjament Kapitali Naturali (NCFF) u l-Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE), EUR 8 952 827 appoġġaw l-attivitajiet operattivi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma attivi fil-ħarsien u t-titjib tal-ambjent fil-livell tal-Unjoni u li huma involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u EUR 49 502 621 ntużaw għal miżuri maħsuba biex jappoġġaw ir-rwol ta' inizjattiva u monitoraġġ tal-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-politiki u l-leġiżlazzjoni; jinnota li ammont ta' EUR 20 914 622 ntuża għall-appoġġ amministrattiv għall-programm LIFE u għall-appoġġ operattiv lill-Aġenzija EASME;

494.  Jinsab konxju mill-fatt li r-rata ta' pagamenti għall-azzjonijiet tal-programm LIFE+ dejjem tkun kemxejn aktar baxxa meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta' impenn, iżda b'rata għolja ta' implimentazzjoni;

495.  Jirrikonoxxi li ġie allokat ammont ta' EUR 4 350 000 bħala kontribuzzjonijiet għal konvenzjonijiet, protokolli u ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hi firmatarja tagħhom, jew li l-Unjoni tkun involuta f'ħidma preparatorja relatata magħhom;

496.  Jikkunsidra li l-progress fl-implimentazzjoni ta' tnax-il proġett pilota (PP) u ta' sitt azzjonijiet preparatorji (AP) li flimkien jammontaw għal EUR 2 950 000 hu sodisfaċenti; jinsab konxju mill-fatt li l-eżekuzzjoni ta' dawk l-azzjonijiet tista' tkun ta' piż għall-Kummissjoni minħabba l-ammonti żgħar disponibbli fir-rigward tal-proċeduri meħtieġa għall-eżekuzzjoni (eż. pjan ta' azzjoni, sejħiet għal proposti); iħeġġeġ lill-awtorità baġitarja biex fil-futur tiffoka fuq PP u AP b'valur miżjud reali għall-Unjoni;

Saħħa pubblika

497.  Ifakkar li l-2014 hija l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda: il-programm fil-qasam tas-Saħħa ġie adottat fil-11 ta' Marzu 2014 (Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33)), filwaqt li l-qafas finanzjarju komuni għall-għalf u l-ikel ġie adottat fis-27 ta' Ġunju 2014 (Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34));

498.  Jinnota li fl-2014 id-DĠ SANTE kellu r-responsabbiltà li jimplimenta EUR 244 221 762 li jikkorrispondu għal linji baġitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika, li minnhom 96,6 % ġew impenjati b'mod sodisfaċenti; jinsab konxju mill-fatt li madwar 75 % minn dak il-baġit ġie trasferit direttament lejn tliet aġenziji deċentralizzati (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini); jieħu nota wkoll li l-livell ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn hu ogħla minn 98,9 % għal-linji kollha ħlief għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li għaliha s-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tikkorrispondi għall-eżitu tal-2013 li ntuża mill-ġdid fis-sena 2015;

499.  Jinnota wkoll li l-livell ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa ta' 98,8 %, li jirrifletti rata ta' implimentazzjoni tajba ħafna;

500.  Jinnota li l-livell ta' implimentazzjoni fil-programm saħħa pubblika 2008 – 2014 huwa tajjeb ħafna wkoll (99,7 % kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'dawk ta' pagament) u li l-krediti mhux użati li fadal prinċipalment jirrigwardaw dħul assenjat li għadu jista' jintuża fl-2015;

501.  Jinsab sodisfatt li l-implimentazzjoni tal-għaxar PP u l-ħames AP fil-qasam tas-saħħa pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' DĠ SANTE huma fi stadju avvanzat ħafna u li l-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti kollha (EUR 6 780 000) intużaw;

Sikurezza tal-ikel, saħħa u benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti

502.  Jirrikonoxxi l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni għas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti hija ta' 96,8 %; jinnota, madankollu, li jekk jitqies ir-riport mhux awtomatiku ta' EUR 6 800 000, ir-rata ta' implimentazzjoni tilħaq 100 % tal-krediti disponibbli;

503.  Jinnota li, bħal fis-sena preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi kontra t-tuberkulożi kienet l-akbar waħda u li, min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programmi kontra l-marda tal-ilsien blu baqgħet baxxa;

504.  Jirrikonoxxi li l-fatturi ewlenin li wasslu għas-sottoimplimentazzjoni ta' EUR 8 100 000 fil-kapitolu "Sikurezza tal-ikel u l-għalf, saħħa tal-annimali, benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti" jistgħu, fil-biċċa l-kbira, jiġu spjegati kif ġej: EUR 500 000 huma relatati mad-dħul assenjat għall-programmi differenti li jista' jintuża fl-2015 (jiġifieri l-ebda sottoimplimentazzjoni), EUR 800 000 fi dħul assenjat li teknikament ma jistax jerġa' jintuża fl-2015 (relatat ma' krediti C5 ta' programmi qodma) u EUR 6 800 000 li huma relatati mal-Fond ta' Emerġenza; jieħu nota tal-fatt li dan l-ammont tal-aħħar ġie riportat għall-2015 (għal miżuri kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja fl-2014);

505.  Jirrikonoxxi, li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-2014, ir-rata ta' implimentazzjoni għall-kapitolu tal-baġit dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti hija ta' 99,0 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir meta mqabbla mal-2013 (99,9 %); jifhem li, matul l-eżerċizzju ta' trasferiment globali, intalbu approprjazzjonijiet ta' pagament ulterjuri iżda tali talba ma ġietx milqugħa, u li, sal-aħħar tas-sena, pagament wieħed biss ma setax jinħareġ kompletament, iżda li, bi qbil mal-Istati Membri, il-bilanċ dovut tħallas fil-bidu ta' Jannar 2015;

506.  Jinsab sodisfatt li l-implimentazzjoni tat-tliet PP u l-AP fil-qasam tas-saħħa pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' DĠ SANTE huma fi stadju avvanzat sew u li l-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti kollha (EUR 1 250 000) intużaw;

507.  Hu tal-opinjoni, abbażi tad-data disponibbli u r-rapport ta' implimentazzjoni, li l-kwittanza tista' tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa fl-oqsma tal-politika ambjentali u klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel għas-sena finanzjarja 2014.

Trasport u turiżmu

508.  Jinnota li, fil-baġit tal-2014, kif finalment ġie adottat u emendat matul is-sena, speċifikament fir-rigward tal-politiki dwar it-trasport, ammont totali ta' EUR 2 931 147 377 ġie inkluż fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 1 089 127 380 kienu disponibbli bħala approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota wkoll li minn dawn l-ammonti:

509.  Jilqa' r-rata għolja ta' implimentazzjoni fl-2014 ta' 98,2 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-politiki dwar il-mobilità u t-trasport, u r-rata konsiderevolment għolja ta' implimentazzjoni ta' 95,2 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li l-ammont ta' impenji pendenti żdied b'EUR 1 653 372 424 fl-2014 fir-rigward tal-ammont kumplessiv ta' EUR 5 647 143 046 u li ż-żieda fl-ammonti pendenti normalment tkun ogħla fil-bidu tal-QFP l-ġdid peress li l-pagamenti għal proġetti ġodda se jitwettqu aktar tard; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-proġetti fil-qasam tat-trasport jiġu implimentati kif dovut;

510.  Jiddispjaċih li, għall-qasam "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", li għalih jappartjeni s-settur tat-trasport u li fir-rigward tiegħu t-trasport jikkonsisti mill-iżgħar ammont awditjat mill-Qorti (EUR 0,8 biljun) meta mqabbel mal-popolazzjoni awditjata kollha kemm hi (EUR 13-il biljun), il-livell ta' żball stmat kien ta' 5,6 % fl-2014 (ogħla mir-riżultati ekwivalenti fl-2013 (4,0 %)), ikkawżat fil-biċċa l-kbira mir-rimborż ta' spejjeż ineleġibbli fil-proġetti ta' riċerka iżda anke minn nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jappella lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tirrettifika din is-sitwazzjoni (anke billi twettaq verifiki ex ante b'aktar reqqa sabiex tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji qabel ir-rimborż);

511.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2014 l-ebda proġett ma kien iffinanzjat fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa peress li l-ewwel sejħa għal proposti għal proġetti għalqet f'Marzu 2015 u l-fatt li l-istrument ta' dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li kellu jiġi ġestit mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ma ġiex approvat qabel tmiem l-2014; jinnota li fl-2014 il-Qorti eżaminat sitt tranżazzjonijiet fis-settur tat-trasport (DĠ Mobilità u Trasport) u sabet li tnejn mis-sitt tranżazzjonijiet kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli; jinsab għalhekk sodisfatt minħabba t-tnaqqis fil-perċentwali ta' tranżazzjonijiet milquta fl-2014 (33 %) meta mqabbla ma' dawk tal-2013 (62 %) u l-2012 (49 %); jappella lill-Kummissjoni u lill-atturi rilevanti l-oħra jiżguraw konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-eleġibilità tal-ispejjeż tal-proġetti tat-trasport fil-ġejjieni;

512.  Jinnota li, skont l-istrateġija ta' kontroll pluriennali użata mill-Kummissjoni, li tqis l-irkupri, il-korrezzjonijiet u l-effetti tal-kontrolli u l-awditjar matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-programm, ġie kkalkulat li r-rata tal-iżball residwu għat-TEN-T hi ta' 0,84 %;

513.  Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd kbir ta' proġetti ta' kwalità għolja li ma setgħux jiġu adottati fis-sejħiet fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa-Trasport tal-2014 minħabba nuqqas ta' fondi disponibbli; jemmen li hemm bżonn jiġi żgurat finanzjament biżżejjed għall-proġetti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa-Trasport; jiddispjaċih li l-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tnaqqas bil-finanzjament ipprovdut għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); ifakkar madankollu li l-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(35) jipprevedi flessibbiltà ta' 10 % biex jiżdied il-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-proċedura baġitarja annwali u li din il-flessibbiltà teżisti irrispettivament mill-finanzjament għall-FEIS; jinsisti li l-implimentazzjoni tal-proġetti li ntlaħaq qbil dwarhom mill-Parlament u l-Kunsill fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36) kieku tiġġustifika t-tali żieda fil-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

514.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji innovattivi biex jiġi ġenerat l-effett ta' lieva għall-investiment tal-Unjoni u jiġu attirati sorsi ġodda ta' finanzjament għal proġetti infrastrutturali TEN-T, bħall-Fond Marguerite, Self u Garanziji għal dejn (LGTT) u l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti, u biex tiżgura li l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni għal dawn l-istrumenti tiġi ġestita u tintuża kif jixraq;

515.  Jinnota li hemm informazzjoni disponibbli dwar il-proġetti fil-qasam tat-trasport u t-turiżmu f'diversi bażijiet tad-data, bħas-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja, il-bażi tad-data INEA tal-proġetti TEN-T, il-proġetti kofinanzjati permezz tal-fondi ta' koeżjoni u dawk reġjonali, kif ukoll CORDIS għall-proġetti tal-Istrateġija Orizzont 2020; jappella biex tiġi integrata l-informazzjoni proġettwali minn dawn l-għodod sabiex ikun jista' jagħti ħarsa ġenerali aħjar lejn il-proċess ta' allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, fil-fażijiet preċedenti u sussegwenti tiegħu; itenni l-importanza li annwalment tiġi ppubblikata lista faċilment aċċessibbli tal-proġetti fl-oqsma tat-trasport u t-turiżmu u li jkun hemm bażi tad-data online li fiha jista' jsir tiftix, tal-proġetti kofinanzjati mill-Unjoni fejn ikun stabbilit l-ammont eżatt tal-finanzjament sabiex tissaħħaħ it-trasparenza;

516.  Jindika li l-proġetti tat-trasport fl-2014-2020 se jiġu ffinanzjati minn diversi sorsi, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-FEIS; jappella, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sinerġiji li jippermettu li dawn is-sorsi ta' finanzjament differenti jallokaw il-fondi disponibbli b'mod aktar effiċjenti;

517.  Jirrikonoxxi li, fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni, il-prinċipju "użahom jew titlifhom" jista' jwassal biex l-Istati Membri jipproponu proġetti b'impatt baxx għall-għażla; jinsab imħasseb dwar il-fatt li n-nuqqasijiet fl-għażla tal-proġetti wasslu biex l-Unjoni ffinanzjat investimenti fil-qasam tat-trasport li rendew kwalità baxxa meta mqabbla mal-ispejjeż imġarrba; jilqa' l-qafas ġuridiku l-ġdid għall-2014-2020 li jsaħħaħ il-proċess ta' valutazzjoni tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u ta' rieżami tal-proġetti;

518.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta Shift2Rail ġiet stabbilita f'Ġunju 2014 bil-ħsieb li ssaħħaħ il-kompetittività tal-industrija ferrovjarja Ewropea; jinnota li, ladarba ssir finanzjarjament awtonoma fis-snin li ġejjin, se jitwettqu proċeduri ta' kwittanza separati fir-rigward tal-Impriża Konġunta Shift2Rail; jiddeplora, madankollu, id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-Impriża Konġunta u l-fatt li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju qed isibuha diffiċli ħafna li jiksbu aċċess għaliha;

519.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza sħiħa fil-ġestjoni tal-fondi, filwaqt li tiżgura li l-interess pubbliku jkun protett u, dejjem u fi kwalunkwe ċirkostanza, jieħu preċedenza fuq kull interess privat;

520.  Jinnota li, fil-baġit tal-2014, kif finalment ġie adottat u emendat matul is-sena, speċifikament fir-rigward tat-turiżmu, ammont totali ta' EUR 11 226 160 ġie inkluż fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 6 827 266 kienu disponibbli bħala approprjazzjonijiet ta' pagament; jappella lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti ffinanzjati b'mod li tiddefinixxi aħjar prijoritajiet ta' nfiq futuri li jkunu konformi mal-pożizzjoni tal-Unjoni bħala d-destinazzjoni turistika ewlenija fid-dinja u li tippermetti li s-settur tat-turiżmu ikun qasam ta' tkabbir potenzjali kruċjali għall-ekonomija tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni tinkludi r-riżultati tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji fl-ippjanar baġitarju għas-sena d-dieħla u tipprovdi lista annwali faċilment aċċessibbli tal-proġetti f'dan il-qasam;

521.  Jipproponi li, fejn jidħlu s-setturi li għalihom hu responsabbli l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014.

Żvilupp reġjonali

522.  Jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti tal-10 ta' Novembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-2014 tal-Unjoni Ewropea sab li r-rata ta' żball fil-politika ta' koeżjoni kienet stmata li hi 5,7 % li tirrappreżenta żieda meta mqabbla mal-2013 (5,3 %); jesprimi t-tħassib tiegħu għal din iż-żieda, li hi partikolarment sinifikanti fir-rigward ta' żbalji b'implikazzjonijiet finanzjarji u għall-effetti negattivi serji fuq il-baġit; jenfasizza li nofs ir-rata ta' żball stmata fil-politika ta' koeżjoni hi dovuta għall-kumplessità tar-regoli tal-akkwist pubbliku u tal-għajnuna tal-Istat, kif ukoll ksur ta' dawk il-proċeduri, bħall-għoti dirett ta' kuntratti mhux ġustifikat, kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji;

523.  Jirrikonoxxi t-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rapport tal-Qorti li t-tnaqqis medju fir-rata ta' żball meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 hu dovut għal titjib fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni f'waqtha u taħriġ lill-awtoritajiet dwar l-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; f'dan il-kuntest, jilqa' l-istabbiliment tal-pjan ta' azzjoni dwar l-akkwist pubbliku; jinnota l-applikazzjoni tal-inizjattiva ta' patti ta' integrità u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ex ante adegwata rigward il-potenzjal tagħhom biex tassew itejbu t-trasparenza u l-effiċjenza fl-akkwist pubbliku fir-rigward tal-fondi SIE; jistieden lill-Istati Membri jissodisfaw il-kundizzjonalità ex ante dwar l-akkwist pubbliku sa tmiem l-2016 u jittrasponu d-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku tal-2014 fis-sistemi ġuridiċi tagħhom sa April 2016, sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effikaċi tal-proġetti, kif ukoll il-ksib tar-riżultati previsti u b'hekk l-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja dan il-proċess b'mod strett u tipprovdi l-gwida u l-assistenza teknika rispettivi lill-Istati Membri fil-kuntest tat-traspożizzjoni korretta ta' dawn id-Direttivi fid-dritt nazzjonali;

524.  Ifakkar li mhux l-irregolaritajiet kollha huma frodi u li l-irregolaritajiet mhux frawdolenti għandhom jiġu differenzjati mill-irregolaritajiet frawdolenti; meta jiġi kkunsidrat li l-irregolaritajiet mhux frawdolenti huma spiss frott sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll finanzjarju dgħajfin, in-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva, relatata kemm mal-għarfien tar-regoli kif ukoll mal-kompetenza teknika relatata max-xogħlijiet jew mas-servizzi speċifiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm sistemi ta' ġestjoni u kontroll finanzjarju xierqa, effiċjenti u effikaċi stabbiliti skont ir-regoli rilevanti tal-qafas regolatorju, li tqis is-sitwazzjoni regolatorja nazzjonali;

525.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jiżguraw li l-benefiċjarji jiġu pprovduti b'informazzjoni konsistenti dwar kundizzjonijiet ta' finanzjament, b'mod partikolari dwar l-eleġibbiltà tan-nefqa u l-limiti massimi rilevanti għar-rimborż;

526.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni fl-Istati Membri tinvolvi, skont is-sistema istituzzjonali tagħhom, livell sostanzjali ta' proċeduri u regoli nazzjonali u reġjonali, li jikkostitwixxu saff addizzjonali, jistgħu joħolqu irregolaritajiet u, konsegwentement, it-telf ta' Fondi SEI u t-twessigħ tad-disparitajiet fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għas-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali, filwaqt li jiġu rispettati l-karatteristiċi istituzzjonali tal-Istati Membri u jingħataw l-kjarifiki meħtieġa biex jimplimentaw ir-regolamenti; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament "Lejn semplifikazzjoni u orjentament tal-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020" u l-bżonn li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jitrażżan aktar il-piż regolatorju u amministrattiv għal-livell minimu meħtieġ, biex b'hekk ikun jista' jkun hemm assorbiment aħjar tal-Fondi SEI u jiġu evitati l-iżbalji mill-benefiċjarji finali, speċjalment l-SMEs; jiddispjaċih li l-Kummissjoni eskludiet rappreżentanti tal-Istati Membri mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Monitoraġġ tas-Semplifikazzjoni għall-Benefiċjarji tal-Fondi SIE, u b'hekk ma ġietx inkluża l-opinjoni tagħhom għat-titjib tas-sistema;

527.  Iqis li l-kapaċità amministrattiva hija essenzjali għal użu regolari u effiċjenti tal-Fondi SEI u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambju tal-għarfien u tal-prattiki tajba dwar temi speċifiċi ta' implimentazzjoni (pereżempju, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat, il-kriterji ta' eleġibbiltà u r-rendikont tal-entrati) b'mod partikolari għal benefiċjarji potenzjali li għandhom anqas kapaċitajiet amministrattivi u finanzjarji; jissuġġerixxi, f'dan il-kuntest, l-organizzazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi imma komprensivi biex jedukaw lill-ħaddiema tas-settur pubbliku u lill-awtoritajiet li qed jaħdmu fuq proġetti tal-Fondi SEI kif ukoll il-benefiċjarji (eż. korsijiet ta' taħriġ u ta' aġġornament, seminars, jew l-għoti ta' appoġġ tekniku u amministrattiv);

528.  Jilqa' l-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-għodda "Taiex Regio Peer 2 Peer" biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni bejn il-pari bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni, ċertifikazzjoni u awditjar tal-Istati Membri, bl-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tagħhom; jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi fil-ħatra ta' awtoritajiet, li hija prerekwiżit għat-tressiq ta' talbiet għal ħlas, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-programmi u tal-fluss tar-riżorsi; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha timplimenta, b'mod effiċjenti u effikaċi, l-għodod kollha disponibbli għall-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni ta' riskji fil-politika ta' koeżjoni, u aktar speċifikament għodod għall-estrazzjoni ta' data, bħal ARACHNE, għall-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni tar-riskju fi proċedura ta' akkwist pubbliku; billi l-kuntest tal-attivitajiet tat-Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar jinkludi wkoll attivitajiet li jistgħu jtejbu l-effiċjenza, l-effikaċja u l-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni għal proġetti li diġà ġew implimentati, il-Kummissjoni hija msejħa biex tivvaluta dawn l-aspetti permezz ta' indikaturi kwalitattivi;

Agrikoltura u żvilupp rurali

529.  Jemmen li l-PAK, bħala waħda mill-politiki Ewropej oriġinali, hija għodda importanti tal-Unjoni b'impatt wiesa', mhux biss f'termini ta' produzzjoni tal-ikel u s-servizzi tal-ekosistema, u f'termini ta' titjib reali u potenzjali ambjentali, soċjoekonomiċi u tal-ġeneru imma wkoll sforzi biex tiġi miġġielda d-depopolazzjoni fiż-żoni rurali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żviluppat il-kunċett ta' ekonomija ċirkolari; iqis li l-PAK tikkontribwixxi għall-bilanċ bejn ir-reġjuni tal-Unjoni, tagħti appoġġ finanzjarju u għodda importanti li tgħin lill-bdiewa żgħażagħ li jibdew fil-biedja u tiġi żgurata l-kontinwità ġenerazzjonali;

530.  Jinnota li d-DĠ AGRI għamel ammont konsiderevoli ta' xogħol fl-2014 mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u għalhekk huma dejjem aktar kapaċi jevitaw l-iżbalji fl-infiq agrikolu u jimplimentaw il-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom, jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tad-DĠ AGRI li jidher fir-rapporti annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-2014, u jemmen li, flimkien mal-Istati Membri, l-azzjonijiet tagħhom għandhom jipprovdu bażi tajba għal aktar titjib matul is-snin ewlenin għall-perjodu tal-infiq 2014-2020;

531.  Iħeġġeġ, f'każijiet estremi, biex b'mod konsistenti, l-aġenziji tal-pagamenti bi prestazzjoni baxxa għandu jitneħħielhom l-akkreditament tagħhom;

532.  Jemmen li l-prestazzjoni u t-twettiq koerenti huma kruċjali għall-PAK, li tiżgura produzzjoni sikura u konsistenti tal-ikel tagħna, topera fl-Unjoni kollha, b'effett pożittiv fil-livell soċjali, ambjentali u ekonomiku, u tkopri l-produzzjoni ta' prodotti tal-għelejjel u oġġetti tal-ikel ta' kull tip;

533.  Jinnota li l-introjtu tal-fattur agrikolu għal kull ħaddiem fl-Istati Membri li aderixxu mal-UE fl-2004 jew aktar tard (UE-N13) huwa biss kwart tal-introjtu tal-fattur agrikolu ġġenerat fl-UE-15(37);

534.  Jilqa' t-titjib taċ-ċifri tar-rapport annwali tal-2013 u jinnota li l-Qorti kkonkludiet li sa fejn għandha x'taqsam il-politika tal-agrikoltura, il-proporzjon ta' tranżazzjonijiet ittestjati rriżulta f'rata ta' żball imnaqqsa meta mqabbla mal-2013, jinnota li r-rata ta' żball l-aktar probabbli għall-2014 hija ta' 2,9 % (meta mqabbel mat-3,6 % fl-2013) għall-FAEG awditjati fi 17-il Stat Membru; u 6,2 % (tnaqqis minn 7 % għall-2013) għall-iżvilupp rurali, l-ambjent u s-sajd awditjati fi 18-il Stat Membru u rata medja għall-kapitolu "Riżorsi naturali" kollu kemm hu ta' 3,6 %;

535.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata metodoloġija komuni biex tiġi kkalkulata r-rata ta' żball fi sforz biex jiġi garantit li tkun preċiża u li biex jiġi żgurat li ma jidhrux differenzi sinifikanti bejn ir-rata ta' żball indikata mill-Kummissjoni u dik stabbilita mill-Qorti;

536.  Jiġbed l-attenzjoni għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni(38) li l-iżbalji tal-kundizzjonalità (pereżempju dikjarazzjonijiet fil-ħin ta' moviment tal-annimali, id-dati tal-laqgħat jew l-iskadenzi) ma jaffettwawx l-eleġibbiltà tal-pagamenti (diġà kkonfermat mill-Qorti) u jekk ir-rata ta' żbalji ta' kundizzjonalità titnaqqas mir-rata ta' żbalji globali għal iktar ċarezza;

537.  Jirrimarka li differenzi fil-mod kif ir-regoli dwar il-pagamenti akkoppjati huma implimentati fl-Istati Membri hija distorsjoni tal-kompetizzjoni, pereżempju fis-settur tal-ħalib;

538.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni introduċiet linji gwida ġodda għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża għal nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku(39);

539.  Jinnota li l-2014 kienet sena ta' tranżizzjoni, li kienet tinvolvi ħlasijiet sinifikanti għall-aħħar parti tal-perjodu ta' finanzjament 2007-2013 u li matulha l-aħħar elementi (l-atti ta' implimentazzjoni u delegati) daħlu fis-seħħ f'nofs is-sena għall-PAK għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020; jinnota wkoll li s-snin 2015 u 2016 għandhom ukoll ikunu kkunsidrati bħala snin tranżizzjonali, li fihom bidliet ta' politika sinifikanti ekoloġiċi u oħrajn kellhom jiġu implimentati kemm mill-bdiewa kif ukoll mill-awtoritajiet tal-Istati Membri b'mod sħiħ, għall-ewwel darba regoli ġodda u kumplessi, li jinvolvu numru għoli ta' applikanti ġodda għall-pagamenti diretti, peress li ħafna miżuri pluriennali tal-Istati Membri tal-pjanijiet ta' żvilupp rurali (PŻR) se jibdew jiġu implimentati biss fl-2016, u jeħtieġu attenzjoni speċjali fuq għodod ġodda introdotti skont ir-riforma;

540.  Jilqa' t-tnaqqis fir-rati ta' żbalji meta mqabbel mal-2013 u jirrikonoxxi l-isforzi kbar u r-riżorsi ddedikati biex dan jinkiseb, b'mod partikolari permezz ta' informazzjoni u appoġġ tekniku mill-Kummissjoni għall-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni, u jemmen, madankollu, li sempliċi miżura ta' żball fiha nnifisha mhijiex miżura ta' prestazzjoni jew ta' riżultati;

541.  Ifakkar lill-Kummissjoni li r-riskju ta' żbalji mhux intenzjonali minħabba regolamentazzjoni kumplessa fl-aħħar mill-aħħar jinġarr mill-benefiċjarju; jappella għal politika raġonevoli, proporzjonali u effikaċi dwar sanzjonijiet biex jappoġġaw dan l-approċċ, bħal li jiġi evitat l-irduppjar ta' sanzjonijiet għall-istess żball kemm fl-ambitu tal-iskema ta' pagament kif ukoll il-kundizzjonalità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aħjar il-proporzjonalità ta' penali fir-rigward tat-tip ta' żball; jappella għal strumenti aktar inċentivati, immexxija mill-ksib tar-riżultati li jistgħu joffru rati ta' żball u spezzjoni mnaqqsa u jagħmluha aktar possibbli li ssir distinzjoni bejn żball u frodi, filwaqt li jiġi żgurat li l-bdiewa xorta għadhom jistgħu jwasslu l-produzzjoni tal-ikel vitali fil-qalba tal-politika; jemmen li l-fatt li jiġu indirizzati l-kumplessità u l-integrazzjoni tal-PAK huwa wieħed mill-elementi ewlenin biex jiġu attirati parteċipanti ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u biex huma u l-ħiliet tagħhom jinżammu fih sabiex jiġi żgurat is-suċċess tas-settur agrikolu tal-UE fil-futur;

542.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti qed teżamina kif tista' titkejjel il-prestazzjoni fir-rapport annwali tagħha, b'mod partikolari minħabba li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li l-infiq tagħha jkun iffukat fuq ir-riżultati, jinnota madankollu d-diffikultà biex jiġi vvalutat l-għoti ta' programmi ta' finanzjament pluriennali, issa l-metodu preferut ta' tqassim ta' miżuri ambjentali fil-Pilastru II, permezz ta' għodda li teżamina sena waħda u jistieden lill-Qorti biex tispjega l-orjentament tal-prestazzjoni tagħha b'mod speċifiku rigward l-infiq għall-agrikoltura; iħeġġeġ lill-Qorti madankollu tqis diversi objettivi tal-politika ta' żvilupp rurali b'valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha sabiex jiġi evitat l-użu ta' indikaturi sempliċi u biex jiġi evitat li dan jirriżulta f'interpretazzjonijiet ħżiena;

543.  Jinnota l-fehma tal-Qorti, mill-awditi tagħha stess, li s-SIAK tagħti kontribut sinifikanti fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ żball fl-iskemi li tapplika għalihom(40), u jinnota l-kumment li d-dgħufijiet fl-LPIS kienu ġew indirizzati fl-Istati Membri kollha awditjati permezz ta' azzjoni ta' rimedju(41);

544.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal semplifikazzjoni tal-IACS permezz ta' kontrolli preliminari li jippermettu lill-amministrazzjonijiet nazzjonali jidentifikaw id-diffikultajiet rigward l-applikazzjonijiet tal-bdiewa, jagħmlu l-korrezzjonijiet u għandhom jirriżultaw f'rata aktar baxxa ta' penali;

545.  Itenni r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Qorti: l-Istati Membri jiżguraw informazzjoni u stampi affidabbli u aġġornati fuq l-LPIS biex jitnaqqas ir-riskju ta' żbalji relatati ma' art eleġibbli ddikjarata b'mod eċċessiv; il-Kummissjoni tirrikjedi li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri jkunu jinkludu azzjoni ta' rimedju biex jiġu indirizzati l-kawżi l-aktar frekwenti ta' żball, tirrevedi l-istrateġija tagħha stess għall-awditu ta' konformità dwar l-iżvilupp rurali, u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-proċedura ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet li se tkun obbligatorja mill-2015;

546.  Jinnota l-ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Qorti li n-nefqa għall-iżvilupp rurali tkun irregolata minn regoli kumplessi u kundizzjonijiet ta' eleġibbiltà, parzjalment minħabba n-natura politika u l-eteroġeneità tar-reġjuni Ewropej, jappella għat-tisħiħ tal-miżuri preventivi u ta' semplifikazzjoni inklużi fir-regoli 2014-2020 u jitlob, barra minn hekk, li dik is-semplifikazzjoni titwassal fil-livell tal-Istati Membri skont il-programmi l-ġodda tal-Iżvilupp Rurali bħala prijorità u bħala mezz importanti kif jitnaqqsu r-rati ta' żball u jittejbu l-effiċjenza u l-flessibbiltà, u b'hekk tiżdied il-kapaċità ta' assorbiment, partikolarment fejn programmi fuq skala żgħira setgħu attiraw inqas interess u/jew urew b'mod konsistenti rati għolja ta' żball minħabba r-riġidità tagħhom fil-passat;

547.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta fi żmien debitu pjan dettaljat għat-tnaqqis tal-burokrazija fil-kuntest tal-PAK;

548.  Iħeġġeġ kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jkomplu jindirizzaw u jnaqqsu l-kumplessitajiet fir-rigward ta' pagamenti diretti kull fejn ikun possibbli u jagħti prijorità għolja għal semplifikazzjoni ta' miżuri ta' tħaddir, u b'mod partikolari jekk ikun hemm ħafna livelli differenti involuti fl-amministrazzjoni tal-fondi tal-FAEG u tal-fondi għall-Iżvilupp Rurali fi ħdan l-Istati Membri, b'approċċi differenti għaż-żewġ pilastri, fejn meħtieġ; jenfasizza l-fatt li d-differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'termini ta' pagamenti diretti wessa' d-distakk fil-kompetittività bejn il-bdiewa li jaħdmu fis-suq uniku;

549.  Jistenna li l-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u b'mod urġenti mill-proċess ta' semplifikazzjoni tal-PAK, speċjalment fir-rigward tal-piż u r-regolamenti kumplessi li jirregolaw il-kundizzjonalità u t-tħaddir li fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw lill-bdiewa fl-Ewropa kollha; jenfasizza li l-proċess ta' semplifikazzjoni għandu jiffoka fuq it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u m'għandux jipperikola l-prinċipji u r-regoli miftiehma taħt l-aħħar riforma tal-PAK, li għandhom jibqgħu kif inhuma; iqis li tali semplifikazzjoni m'għandhiex timplika reviżjoni tan-nefqa tal-PAK għall-perjodu 2013-2020;

550.  Jinnota li bħala riżultat tax-xiri ta' art agrikola minn investituri żgħar, l-impriżi mmexxija mill-proprjetarju qed jiġu dejjem aktar taħt pressjoni u li proporzjon ta' pagamenti diretti qed isir biex jindirizza tħassib internazzjonali;

551.  Jenfasizza l-importanza ta' indikaturi ta' prestazzjoni u ċifri paragunabbli għall-istess tip ta' programmi f'postijiet differenti, u jistenna b'interess li jsir titjib f'dan il-kuntest fil-perjodu 2014-2020 bl-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja aħjar tal-PAK li tkun imsejsa fuq il-ħtiġijiet ta' kull Stat Membru;

552.  Jirrimarka li l-PAK għandha rwol sinifikanti fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali - speċjalment iżda mhux biss permezz ta' sforzi kooperattivi - fit-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali permezz tal-ħolqien ta' impjiegi, mil-LEADER u billi jiġu stabbiliti servizzi u infrastrutturi ġodda jew imtejba; jitlob li ssir analiżi tal-effett globali taż-żewġ pilastri tal-PAK f'żoni rurali, dwar fejn u kif il-fondi jkunu allokati u li tiffoka fuq il-benefiċjarji finali reali;

553.  Jinnota li l-infiq huwa mistenni li jiġġenera benefiċċji kemm għaż-żoni rurali kif ukoll għall-konsumaturi b'mod ġenerali, u jfakkar li l-benefiċjarji finali jonfqu flus fuq prodotti jew servizzi fil-komunitajiet lokali tagħhom jew billi jiġu impjegati persuni fl-azjendi tagħhom, u b'hekk jgħinu biex iżommu l-persuni fis-settur f'reġjuni fejn l-agrikoltura u l-forestrija huma ta' spiss il-muturi ekonomiċi ewlenin f'żoni iżolati jew rurali;

554.  Jinnota li l-impatt tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli, li seħħet f'nofs l-2014, huwa sfida kbira; jippromwovi ġestjoni aħjar fil-fażi bikrija ta' kwalunkwe miżura ta' emerġenza biex jiġi żgurat immirar ta' fondi jew, fejn meħtieġ, irkupru fil-pront ta' ammonti illegalment mitluba; f'dan il-kuntest jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tidentifika mezzi kummerċjali alternattivi għal prodotti agrikoli żejda, u jappoġġa setturi affettwati mill-projbizzjoni; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tidentifika mezzi kummerċjali alternattivi għal prodotti agrikoli żejda u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforzi konġunti sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-espansjoni ta' żbokki fis-suq; jenfasizza l-importanza tal-ftehim TTIP, li jista' jikkumpensa għall-għeluq ta' numru ta' swieq tal-kambju tradizzjonali;

555.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi skemi ta' għajnuna eċċezzjonali għal pajjiżi li jsofru telf fis-settur tal-prodotti tal-ħalib u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra aktar miżuri ta' għajnuna għal setturi li qed jiffaċċjaw problemi simili;

556.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li n-nisa fiż-żoni rurali ta' bosta Stati Membri għandhom biss aċċess limitat għas-suq tax-xogħol u jitlob lill-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta' prijorità fl-inizjattiva futura tagħha għall-iżvilupp, biex tassumi l-kompitu li ttejjeb u żżid l-aċċess għas-suq tax-xogħol għan-nisa fiż-żoni rurali u biex talloka fondi adegwati għal "garanzija Ewropea għan-nisa rurali", simili għall-programm Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, filwaqt li tistabbilixxi objettivi separati għan-nisa fiż-żoni rurali;

557.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, partikolarment fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, u aktar minn hekk biex tqassar id-dewmien tal-awditjar tal-Kummissjoni, sabiex tingħata ċertezza tad-dritt lill-benefiċjarji u jiġu evitati żbalji mhux meħtieġa;

558.  Fid-dawl tal-għan tat-Trattat(42) li jiġi żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli, iqis li l-aċċess ġust għall-konsumaturi kollha jkun f'riskju fejn ikun hemm impożizzjoni eċċessiva tal-VAT fuq l-ikel u li l-frodi tal-VAT issir aktar probabbli;

559.  Jemmen li l-għanijiet tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għadhom objettivi importanti, u li l-Unjoni għandha tiffoka fil-perjodu attwali fuq it-titjib tal-vijabbiltà tal-impriżi agrikoli u s-settur agrikolu, il-promozzjoni ta' bilanċ aħjar tal-katina tal-ikel bil-għan li jiġu kkonsolidati u msaħħa l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-appoġġ għal skemi ta' kwalità, katini qosra tal-provvista, il-kooperattivi soċjali, is-swieq lokali, is-servizzi tal-ekosistemi u żvilupp territorjali bbilanċjat, strettament f'żoni rurali f'PŻR ġodda, filwaqt li jiġu evitati aspettattivi u spejjeż ambjentali irraġonevoli;

560.  Ifakkar li fl-awditi kollha mwettqa mill-Qorti fuq in-nefqa tal-2014, kienu biss tliet każijiet li ġew riferuti lill-OLAF għal investigazzjoni(43) taħt suspett ta' "ħolqien artifiċjali ta' kundizzjonijiet biex tinkiseb l-għajnuna" (entitajiet ġodda stabbiliti minn kumpaniji stabbiliti sew jew gruppi ta' persuni) u wieħed kien diġà ġie identifikat preċedentement bħala riskjuż mill-awtoritajiet nazzjonali qabel l-awditu tal-Qorti;

561.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-politika tista' tkompli titjieb; jinsisti għalhekk li għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe titjib f'termini ta' kif jiġu indirizzati u jintlaħqu l-objettivi ta' politika u konformità;

562.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja tal-pagamenti biex jippromwovu l-bejgħ f'pajjiżi terzi u tiżgura li dawn il-miżuri ma joħolqux ostakli li jwasslu għat-tkeċċija tal-produtturi lokali mis-suq lokali;

563.  Jinnota li fi żmien li tħejja r-Rapport tal-Attività Annwali tal-2014 minn DĠ AGRI, kien hemm għadd ta' elementi tal-IPARD għal liema informazzjoni ma kinitx disponibbli u inkluża fir-Rapport tal-Attività Annwali u li l-informazzjoni jeħtieġ li tiġi aġġornata (l-għadd ta' azjendi agrikoli appoġġati, iż-żieda fil-valur gross, l-għadd ta' azjendi agrikoli li jintroduċu standards tal-Unjoni), filwaqt li jaħseb li l-analiżi kostanti hija mistennija fil-perjodu ta' finanzjament il-ġdid;

564.  Jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti 2014 juri riżultati tajbin, iżda madankollu jistieden lill-Qorti tinforma lill-Parlament dwar il-passi li biħsiebha tieħu biex toħloq metodoloġija ta' eżami aktar multiannwali filwaqt li tiżviluppa l-approċċ iktar orjentat lejn il-prestazzjoni previst.

Sajd

565.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014; jieħu nota wkoll tar-rapport annwali tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2014; jieħu nota tar-rapport annwali tal-attività 2014 tad-DĠ MARE; jieħu kont tar-rapport speċjali Nru 11/2015 tal-Qorti dwar ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd;

566.  Jieħu nota tal-opinjonijiet tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jinnota l-opinjoni negattiva tal-Qorti dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament, b'rata ta' żball globali ta' 4,4 % iżda mingħajr ebda rata ta' żball speċifika li tikkonċerna s-sajd; jitlob li s-sajd jiġi ttrattat separatament u mhux amalgamat mal-agrikultura, sabiex tiġi garantita aktar trasparenza fil-qasam tas-sajd;

567.  Josserva r-riżerva tad-DĠ MARE fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-programmi tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) f'xi Stati Membri;

568.  Huwa konvint li s-sistema ta' kontroll intern implimentata mid-DĠ MARE tipprovdi biżżejjed assigurazzjoni biex jiġi ġestit b'mod adegwat ir-riskju li jirrigwarda l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

569.  Jinnota li l-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2014 ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża għall-FEMS u Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) oħra wasslet għal reviżjoni teknika tal-QFP sabiex approprjazzjonijiet mhux użati mill-2014 jiġu trasferiti għas-snin sussegwenti;

570.  Jesprimi d-dispjaċir kbir tiegħu dwar il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri bagħtu l-programm operattiv tagħhom dwar il-FEMS tard ħafna, li kkawża dewmien kbir fil-mobilizzazzjoni tal-fondi; ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta' krediti b'ġestjoni kondiviża;

571.  Huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom itejbu l-istrumenti u l-mezzi li jużaw biex jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni; jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżerċita aktar pressjoni fuq l-Istati Membri biex iressqu data affidabbli;

572.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi l-appoġġ kollu possibbli għall-Istati Membri bl-għan li tiżgura użu tajjeb u sħiħ tar-riżorsi tal-FEMS, b'rati għoljin ta' implimentazzjoni, skont il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, b'mod partikolari rigward l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd;

Aġenzija Eżekuttiva għall-Impriżi Żgħar u Medji

573.  Jilqa' l-inkarigu tal-Aġenzija dwar l-FEMS mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem; jieħu nota tal-Memorandum ta' qbil iffirmat bejn id-DĠ MARE u l-Aġenzija fit-23 ta' Settembru 2014; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm promozzjoni ta' appoġġ ta' kwalità għolja mill-Aġenzija lill-benefiċjarji kollha tagħha fuq id-19-il azzjoni tal-FEMS;

Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Kwittanza 2014): Il-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd huma mmaniġġjati tajjeb mill-Kummissjoni?

574.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

575.  Jilmenta dwar il-kost finanzjarju ġġenerat min-nuqqas ta' użu tal-kwoti ta' tunnellaġġ li kienu adottati fil-protokolli reċenti; jipproponi li l-pagamenti għad-drittijiet ta' aċċess jintrabtu aktar mill-qrib mal-qabdiet effettivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iżborż tal-appoġġ settorjali jkun konsistenti ma' pagamenti oħra għall-appoġġ baġitarju u jitlob li jkun hemm titjib tar-riżultati miksuba mill-pajjiżi sħab fl-implimentazzjoni tal-matriċi ta' azzjonijiet maqbula fuq bażi komuni;

576.  Jenfasizza, kif indikat il-Qorti, li l-komplementarjetà u l-konsistenza fost l-FPAs innegozjati fi ħdan l-istess reġjun jistgħu jiġu mtejba, sabiex jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom fil-livell reġjonali;

577.  Jenfasizza li l-informazzjoni mogħtija minn evalwazzjonijiet ex post indipendenti mhux dejjem kienet kompluta, konsistenti jew komparabbli biżżejjed, u b'hekk tnaqqset l-utilità tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u n-negozjati; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-evalwazzjonijiet ma jivvalutawx biżżejjed sa liema punt l-FPAs jilħqu l-objettivi tagħhom, peress li pereżempju ma jagħmlu ebda referenza għall-impjiegi fir-reġjuni tal-Unjoni li jiddependu mis-sajd, u ma jagħtu ebda informazzjoni dwar il-provvista tal-ħut fis-suq tal-Unjoni;

578.  Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli, verifikabbli u aċċessibbli dwar l-istokkijiet tal-ħut u dwar l-isforz tas-sajd tal-flotot tas-sajd nazzjonali, jew ta' flotot barranin oħrajn li wkoll ingħataw aċċess, peress li wieħed mill-objettivi prinċipali tal-FPAs huwa li jinstadu stokkijiet eċċessivi biss u ġie ppruvat li dan hu diffiċli ħafna li jiġi implimentat;

579.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja aktar mill-qrib l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali biex tiżgura l-effikaċja tiegħu;

580.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm monitoraġġ effikaċi tal-attivitajiet iffinanzjati mill-Unjoni li jipprovdu appoġġ settorjali fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali, permezz tal-użu ta' matriċijiet li jkunu ddettaljati kemm jista' jkun possibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li jeħtieġ li jsir appell għal żieda fil-proporzjon tal-appoġġ settorjali; jinsab ċert li l-partijiet kummerċjali tal-ftehimiet għandhom fl-aħħar mill-aħħar isiru soġġetti għal appoġġ settorjali li jkun sostanzjali, effikaċi u immonitorjat b'mod xieraq;

581.  Jinnota bi tħassib li l-protokolli li bħalissa huma fis-seħħ għadhom ma jipprovdux għall-possibbiltà ta' pagamenti parzjali meta r-riżultati jkunu ntlaħqu parzjalment biss; jirrikonoxxi li, meta ma jinkisbux riżultati jew meta r-riżultati miksuba jkunu limitati, il-pagament tal-appoġġ settorjali għas-sena ta' wara għandu jiġi sospiż sakemm jintlaħqu l-objettivi; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni biex, fejn possibbli, fil-protokolli l-ġodda tinkludi l-possibbiltà ta' pagamenti parzjali tal-appoġġ settorjali;

Kwittanza

582.  Jipproponi, abbażi tad-data disponibbli, li tingħata kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq tagħha fl-oqsma tal-affarijiet marittimi u tas-sajd għas-sena finanzjarja 2014.

Kultura u edukazzjoni

583.  Jinnota b'apprezzament li fl-ewwel sena tiegħu l-programm Erasmus+ baqa' essenzjalment iffukat fuq it-tisħiħ tal-ħiliet u l-impjegabbilità, laħaq l-għan intenzjonat tiegħu li joħloq rabtiet eqreb bejn il-programmi tal-Unjoni u l-iżviluppi ta' politika fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-isport u ż-żgħażagħ, rawwem l-azzjoni tal-Unjoni b'tali mod li jwieġeb aħjar għall-għan tat-tagħlim tul il-ħajja u għen biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, ekonomiċi u territorjali billi laħaq lil ħafna ċittadini tal-Unjoni; jirrimarka, madankollu, li hemm għadd ta' problemi fit-taqsima taż-Żgħażagħ ta' Erasmus+ relatati mal-aċċess għall-finanzjament, meta mqabbel mal-programm preċedenti Żgħażagħ fl-Azzjoni; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma allokatx baġit biżżejjed fi ħdan il-programm Erasmus+ sabiex jikkomunika aħjar dwar it-tibdiliet globali fil-linji l-ġodda tal-programm biex ikun jista' jaċċetta numru akbar ta' proġetti tal-iskejjel;

584.  Huwa tal-fehma li minkejja li ż-żieda fid-deċentralizzazzjoni tal-iżborżi ta' finanzjament għal Erasmus+ hija aktar kapaċi li tissodisfa xi wħud mir-rekwiżiti nazzjonali u lokali tal-programm, skont l-Azzjonijiet Prinċipali, tali deċentralizzazzjoni teħtieġ tiġi vvalutata sabiex jiġi pprevenut li din tkun ta' ostaklu biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi ta' Erasmus+, b'mod partikolari fir-rigward tat-taqsima tagħha taż-Żgħażagħ;

585.  Jinnota li l-programm Erasmus+ jgħin biex iż-żgħażagħ Ewropej jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, tiġi promossa l-impjegabbilità, u jiġu żviluppati ħiliet ġodda; li jsaħħaħ inizjattivi fl-oqsma taċ-ċittadinanza, il-volontarjat, u l-internazzjonalizzazzjoni taż-żgħażagħ u l-isport; li jgħin biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ formali u informali, u t-tagħlim tul il-ħajja; u li jsaħħaħ is-sens ta' ċittadinanza Ewropea bbażata fuq il-fehim u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

586.  Jesprimi tħassib kbir dwar is-sospensjoni de facto tal-iżborż ta' finanzjament taż-Żgħażagħ ta' Erasmus+ fil-Greċja, kif enfasizzat fir-rapport tal-2015 tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ dwar l-implimentazzjoni tal-programm;

587.  Jinnota d-diffikultajiet rappurtati mid-DĠ Edukazzjoni tal-Kummissjoni u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) fl-ewwel fażi ta' implimentazzjoni tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u Ewropa għaċ-Ċittadini, b'mod partikolari fir-rigward ta' xi dewmien fil-ftuħ ta' sejħiet għal proposti u l-iżborż tal-finanzjament; jittama li dawn huma ċirkostanzi eċċezzjonali u jinsab ħerqan, għalhekk, għas-snin li ġejjin, meta dawn il-programmi se jidħlu f'fażi ta' stabbiltà akbar meta mqabbla ma' din l-ewwel sena tal-implimentazzjoni; jirrakkomanda li l-programm Erasmus+ jaċċetta iktar proġetti fuq skala żgħira, li huma l-qalba tal-esperjenzi innovattivi fit-tliet taqsimiet li huma: l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport;

588.  Jilqa' l-passi meħuda lejn mudelli ta' finanzjament ibbażati fuq somom f'daqqa u spejjeż unitarji, li t-tnejn li huma jissimplifikaw il-ġestjoni finanzjarja kemm għal dawk li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE kif ukoll għall-UE nnifisha; jinnota, madankollu, b'mod partikolari fit-taqsima taż-Żgħażagħ ta' Erasmus+, li dawn is-somom f'daqqa huma wkoll insuffiċjenti biex jiffinanzjaw in-nefqa operattiva ewlenija tal-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-NGOs; isostni li għandu jiżdied aktar l-investiment tal-Unjoni fil-programm;

589.  Ifakkar li d-dewmien fil-pagamenti finali mill-EACEA jaffettwa b'mod dirett lid-drittijiet tal-benefiċjarji, u b'hekk jitfa' f'periklu l-assoċjazzjonijiet u l-proġetti kulturali, il-kreattività u d-diversità tas-soċjetà ċivili kulturali; jinkoraġġixxi lill-EACEA ttejjeb aktar is-sistemi ta' kontroll u ta' pagament tagħha;

590.  Jesprimi tħassib rigward il-fatt li l-Iskejjel Ewropej ma indirizzawx il-kwistjonijiet imtennija mill-Qorti u għaldaqstant jenfasizza r-rakkomandazzjoni lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej biex jimplimenta sistema ta' rotazzjoni għall-postijiet fl-organigramma sensittivi u jindirizza dgħufijiet oħra li jistgħu jqiegħdu f'riskju l-prinċipji bażiċi tat-trasparenza u tal-ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota l-adozzjoni fl-2014 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid għall-Iskejjel Ewropej bħala wieħed mill-mezzi – jekk jiġi implimentat tajjeb – sabiex iwieġeb għall-kwistjonijiet kritiċi identifikati mill-Qorti; jistieden lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jikkunsidra jiċċentralizzax ċerti postijiet fl-organigramma li bħalissa huma deċentralizzati, bħalma hu l-post ta' kontabilista, u jikkunsidra jrawwem is-separazzjoni tar-rwoli tal-awtorizzazzjoni, l-eżekuzzjoni u l-kontroll tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' żball u frodi; jemmen li rieżami komprensiv tal-governanza, il-ġestjoni u l-organizzazzjoni tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej se jkun f'waqtu minħabba l-preokkupazzjonijiet li tqajmu u l-fatt li 60 % tal-baġit tal-Iskejjel Ewropej, EUR 177 miljun, jiġu mill-baġit Ewropew;

591.  Jinnota li n-nuqqas ta' qbil bejn il-programmazzjoni ta' seba' snin tal-QFP u l-programmazzjoni ta' għaxar snin tal-prijoritajiet politiċi u strateġiċi tal-Unjoni jista' jaffettwa b'mod ħażin il-valutazzjoni konsistenti tar-riżultati miksuba mill-programmi tal-Unjoni; jinnota li r-reviżjoni tal-QFP li se ssir dalwaqt hija punt ewlieni fil-ġestjoni tal-infiq tal-Unjoni billi tiżgura li l-programmi ta' investiment tal-Unjoni jibqgħu effiċjenti; jinsisti fuq semplifikazzjoni bir-reqqa tal-formoli ta' applikazzjoni u l-kriterji, speċjalment għal proġetti fuq skala żgħira, kemm fil-programm Erasmus+ kif ukoll fil-programm Ewropa Kreattiva;

592.  Jinsab imħasseb dwar il-ħlasijiet li hemm b'lura tal-Kummissjoni, li kienu jammontaw għal EUR 26 biljun fl-2014 – fejn nofshom kienu meqjusa "anormali", jiġifieri mhux determinati minn fatturi ġġenerati fl-aħħar tas-sena finanzjarja, kif muri mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew – u għall-Erasmus+ waħdu il-ħlasijiet b'lura kienu ta' EUR 202 miljun; jinnota li dawn il-ħlasijiet b'lura huma kkawżati parzjalment minn QFP inflessibbli żżejjed, li ma jippermettix li l-finanzjament jiġi allokat mill-ġdid u għandu marġini stretti, parzjalment minħabba n-nuqqas min-naħa tal-Istati Membri li jilħqu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament;

593.  Jenfasizza li l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini jservi bħala pont uniku u dirett bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha sabiex jiġu appoġġati l-azzjonijiet, il-petizzjonijiet u d-drittijiet ċivili; iqis il-livell preżenti ta' finanzjament bħala wieħed baxx wisq u jenfasizza li l-programm għandu jiġi implimentat fi ħdan il-kontenut tiegħu u b'hekk ikun mogħni b'aktar inizjattivi li jagħtu s-setgħa lill-valuri taċ-Ċittadinanza Ewropea; jopponi bil-qawwa kwalunkwe tnaqqis fil-baġit jew kwalunkwe dewmien tal-pagament għall-programm Ewropa għaċ-Ċittadini tal-2014-2020;

Libertajiet ċivili, ġustizzja u intern

594.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-kontijiet konsolidati tal-Unjoni jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2014; jesprimi, madankollu, tħassib dwar il-fatt li, għall-21 sena konsekuttiva, is-sistemi ta' kontroll u superviżjoni finanzjarji kienu biss parzjalment effikaċi fl-iżgurar tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

595.  Jinsab imħasseb, madankollu, li l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ġew milquta minn rata ta' żball lil hinn mil-limitu ta' materjalità; ifakkar, għalhekk, fil-bżonn ta' ġestjoni baġitarja attenta u jitlob li jsiru sforzi ulterjuri biex titnaqqas ir-rata ta' żball;

596.  Jinnota l-preżentazzjoni l-ġdida tar-rapport tal-kontijiet annwali tal-Qorti dwar l-infiq skont l-Intestatura QFP 3 "Sigurtà u ċittadinanza"; jitlob li dan jiġi inkluż is-sena d-dieħla, b'kunsiderazzjoni taż-żieda fil-baġit; jaqbel li hemm bżonn approċċ ġdid sabiex il-baġit tal-UE jiġi investit u mhux minfuq;

597.  Jiddispjaċih għall-fatt li f'xi Stati Membri, il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kunflitti ta' interess tal-membri tal-parlament, il-membri tal-gvern u l-membri tal-kunsilli lokali hija vaga u insuffiċjenti; jitlob lill-Kummissjoni teżamina din is-sitwazzjoni u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposti f'dak ir-rigward; iqis li proposti simili għandhom japplikaw ukoll għall-membri eżistenti u kandidati tal-Kummissjoni;

598.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat il-valur għall-flus u li jinsiltu l-lezzjonijiet mill-proġetti tal-passat fejn id-dgħufijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni wasslu għal dewmien u għal infiq eċċessiv, kif seħħ bl-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), li waslet sitt snin aktar tard milli kien ippjanat u li swiet tmien darbiet aktar mill-baġit inizjali;

599.  Jinnota li, għalkemm il-Fond għall-Fruntieri Esterni kkontribwixxa għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-valur miżjud tal-fond kien limitat; jikkonstata li r-riżultat ġenerali ma setax jitkejjel minħabba dgħufijiet fil-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet assenjati u minħabba nuqqasijiet serji min-naħa tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-valutazzjonijiet tagħhom.

Kwistjonijiet relatati mal-ġeneru

600.  Ifakkar li, kif jgħid l-Artikolu 8 tat-TFUE, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija waħda mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u li l-Unjoni tippromwovi; iqis li l-ugwaljanza tal-ġeneru trid tiġi integrata fil-politiki kollha, u għalhekk dan il-fatt irid jitqies fil-proċeduri tal-baġit;

601.  Ifakkar lill-Kummissjoni li jista' jkun li xi linji baġitarji qed ikabbru l-inugwaljanza tal-ġeneru b'mod indirett, billi jkollhom effetti ħżiena fuq in-nisa meta jiġu implimentati; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tuża analiżi ta' bbaġitjar li jqis il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru kemm rigward linji baġitarji ġodda kif ukoll rigward dawk eżistenti u, fejn possibbli, tagħmel il-bidliet meħtieġa fil-politika biex tiżgura li l-inugwaljanza tal-ġeneru ma sseħħx b'mod indirett;

602.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenn ġdid tagħha favur l-ibbaġitjar għar-riżultati u jtenni t-talba tal-Parlament li fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jiġu inklużi wkoll indikaturi skont il-ġeneru, li jippermettu valutazzjoni aħjar tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-ġeneru;

603.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni tal-impatt li l-finanzjament tal-Unjoni kellu fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneru;

604.  Jistieden lill-Unjoni żżid is-sehem tal-FSE mmirat biex jiżviluppa servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja bi prezzijiet li jintlaħqu għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' adulti dipendenti (li xorta waħda huma n-nisa li jieħdu ħsiebhom fil-parti l-kbira tal-każijiet) b'kont meħud ukoll tal-provi fornuti mill-Indiċi tal-Ugwaljanza tal-Ġeneru, żviluppat reċentement mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE);

605.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw taħriġ sħiħ ta' uffiċjali pubbliċi involuti f'deċiżjonijiet ta' nfiq, biex jiżguraw li dawn jifhmu bis-sħiħ l-effetti li d-deċiżjonijiet tagħhom ikollhom fuq l-ugwaljanza tal-ġeneru;

606.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jivvalutaw jekk hemmx parità ġenwina fir-rigward tad-distribuzzjoni ta' postijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'tali mod li jipprovdu statistika ġeneru b'ġeneru dwar in-numri u l-gradi tal-persunal bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza.

(1) Fost l-oħrajn, l-Istrateġija Ewropa 2020, is-Semestru Ewropew, is-"Six-Pack" u t-"Two-Pack" kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi; f'dan il-kuntest, iż-żamma preċiża mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi bħala kriterju għall-allokazzjoni effiċjenti ta' fondi mill-baġit tal-UE tista' tkun effikaċi.
(2) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi (ĠU L 308, 16.11.2013, p. 27, paragrafu 328; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (ĠU L 266, 5.9.2014, p. 32, paragrafi 314-315; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 27), paragrafu 305.
(3) Ir-Rapport annwali tal-Qorti tal-2014, punt 3.10.
(4) Ir-Rapport annwali tal-Qorti tal-2014, punt 3.5.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320)".
(6) Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-2014, punt 3.65.
(7) Iċ-ċifri għall-2013 ġew ikkalkulati mill-ġdid biex jikkorrispondu mal-istruttura tar-rapport annwali tal-2014 b'mod li hekk jista' jsir tqabbil bejn is-sentejn.
(8) Skont ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, hu stmat li l-livell ta' żball paragunabbli għall-2013 u l-2012 hu ta' 0,2 u 0,3 punti perċentwali aktar baxx għax il-Qorti aġġornat il-mod kif tikkwantifika ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.
(9) Ir-rapport annwali tal-Qorti, punti 1.54 u 1.65.
(10) Peress li l-valutazzjonijiet tal-impatt regolatorju jirrappreżentaw strument effikaċi ħafna biex il-ġestjoni finanzjarja ssir verament tajba.
(11) Il-pjan ta' pagament li ġie adottat mill-Kummissjoni f'Marzu 2015 u li jippreżenta miżuri fuq żmien qasir biex jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa mhuwiex l-għodda t-tajba; il-livell għoli ta' impenji pendenti jirrikjedi perspettiva fuq żmien itwal;
(12) Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), sors ir-rapport annwali tal-Qorti 2014.
(13) Ir-rata ta' assorbiment tvarja minn 50 % sa 92 % fl-Istati Membri.
(14) Tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub addizzjonali lill-Kummissarju Moedas, mistoqsija 3.
(15) rapport tal-attività annwali għall-2012 tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, p. 45 et seq.
(16) pereżempju l-INEA.
(17) Tnaqqis u sospensjoni ta’ pagamenti kull xahar u interim; ara l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(18) Ara r-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, mill-punt 7.44 sal-punt 7.50.
(19) Ara t-tabella: Anness 10- 3.2.8 dwar ir-rapport ta' attività annwali 2014 tad-DĠ AGRI.
(20) Il-politika għall-iżvilupp rurali hija implimentata permezz ta' 46 miżura, u dawn il-miżuri permezz ta' programmi ta' żvilupp rurali mmexxija fil-livell nazzjonali jew reġjonali.
(21) Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, punt 7.71.
(22) Ara t-tweġiba tal-Kummissarju Hogan għall-mistoqsija bil-miktub 7b. Seduta ta' smigħ CONT tal-14 ta' Jannar 2016.
(23) Ir-rapport ta' attività annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI p. 17.
(24) Rapport Speċjali Nru 5/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta' suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali.
(25) Ara r-rapport ta' attività annwali tal-Europe Aid 2014, p. 115.
(26) Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2014 (COM(2015)0279), p. 21).
(27) Tweġibiet għal mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarju Thyssen, il-mistoqsijiet 48 u 49.
(28) Ara s-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali tal-2014 tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF, adottat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Settembru 2015.
(29) Philip Morris International, British American Tobacco, Japan Tobacco International, u Imperial Tobacco Limited.
(30) Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li jħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).
(31) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-Ftehim dwar it-tabakk (il-Ftehim PMI (Testi adottati, P8_TA(2016)0082).
(32) http://www.ombudsman.europa.eu/en/press/release.faces/mt/61027/html.bookmark.
(33) Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).
(34) Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(35) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(36) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(37) DĠ AGRI - rapport annwali 2014 - paġna 12.
(38) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - tweġiba għall-paragrafu. 7.15.
(39) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - tweġiba għall-paragrafu. 7.32.
(40) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - para. 7.35.
(41) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - para. 7.40.
(42) Artikolu 39(1), punt (e) tat-TFUE.
(43) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - paragrafu. 7.30.

Avviż legali - Politika tal-privatezza