Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2186(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0122/2016

Testi mressqa :

A8-0122/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.52
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0188

Testi adottati
PDF 436kWORD 97k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell
Kwittanza 2014: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
P8_TA(2016)0188A8-0122/2016
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0084/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0122/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0084/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0122/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0122/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (l-"Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 84 339 820, li jirrappreżenta żieda ta' 2,20 % meta mqabbel mal-baġit għall-2013,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon mir-rapport tal-Qorti li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 tjiebu b'mod sinifikanti u rriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,70 %, li turi li l-impenji saru f'waqthom; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 93 %, li tfisser żieda ta' 2,80 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

2.  Josserva li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 naqas meta mqabbel mas-snin preċedenti u kien ta' EUR 5 663 960 (6,72 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) ir-riporti ammontaw għal EUR 1 900 000 (27 %), li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 14 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawk ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-modifiki tal-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju li nfetħu fl-2011;

3.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li r-rata ta' kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 kienet għolja, jiġifieri 22 %, li tirrappreżenta żieda ta' 13 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawn il-kanċellazzjonijiet kienu prinċipalment relatati ma' dewmien fi proġetti tal-IT pprovduti minn fornituri esterni fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumenti u tal-assi kif ukoll fl-iskambju ta' data tal-pulizija; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li d-dewmien ma affettwax it-twettiq tax-xogħol operazzjonali minħabba li baqgħu jintużaw soluzzjonijiet eżistenti tal-IT għas-sistemi rilevanti; jinnota li, minkejja d-dewmien tas-servizz ikkawżat minn kuntratturi esterni, iż-żieda nominali reali ta' riporti mhux użati kienet ta' EUR 0,9 miljun fi tmiem l-2014;

4.  Jistieden lill-Uffiċċju biex fil-futur iżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kemm jista' jkun baxx, sabiex b'hekk jikkonforma b'mod aktar effikaċi mad-dmirijiet tiegħu ta' trasparenza u responsabbiltà;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jikkonstata li, fl-2014, l-Uffiċċju temm ir-rieżami tiegħu tal-proċess ta' akkwist globali fl-organizzazzjoni kollha, bil-ħsieb li jirfina l-istruttura tal-organizzazzjoni interna attwali; jieħu nota tal-fatt li, bħala riżultat tar-rieżami, l-Uffiċċju stabbilixxa linja ta' azzjoni dwar l-"Akkwisti" taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Viċi Direttur responsabbli mid-Dipartiment tal-Governanza, li twassal għal approċċ ċentralizzat bi stadji ewlenin ta' akkwist kif ukoll bil-kontrolli tal-kwalità rispettivi;

6.  Jagħraf mill-Uffiċċju li l-kriterji tal-offerta għall-proċeduri tal-akkwist li għaddejjin huma ppubblikati fuq is-sit web tagħha, flimkien ma' ħarsa ġenerali annwali tal-kuntratti kkompletati; jieħu nota li l-Uffiċċju se jippubblika l-ħarsa ġenerali tal-akkwisti għas-sena finanzjarja 2015 sa tmiem Ġunju 2016 kif jirrikjedi r-Regolament Finanzjarju;

7.  Jitlob li l-Uffiċċju japplika strettament miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u li japplika l-kriterji tal-esklużjoni sabiex il-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u tat-trasparenza

8.  Jaċċerta li l-curricula vitae (CVs) u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kwittanza indipendenti tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Uffiċċju kienu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju; josserva li l-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu; jistieden lill-Uffiċċju u lill-membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu jiżguraw li dawk id-dokumenti jkunu disponibbli fuq is-sit web tiegħu hekk kif dawn jiġu sottomessi lill-Uffiċċju;

9.  Jinnota li, fl-2014, l-Uffiċċju ppubblika kodiċi ta' kondotta ġdid, b'linji gwida dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi u tal-"bibien iduru";

10.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

11.  Jitlob li l-Uffiċċju jagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dalwaqt se tkun adottata dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju mhux divulgata (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u d-divulgazzjoni illegali tagħhom;

12.  Iħeġġeġ lill-Uffiċċju biex jissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tiegħu dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interessi, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u mal-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;

13.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra tagħha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interessi, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

14.  Jilqa' d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju dwar l-investigazzjonijiet interni u jfakkar lill-Uffiċċju li għandu jadotta regoli interni vinkolanti dwar l-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

Kontrolli interni

15.  Jieħu nota tal-fatt li d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern fl-Uffiċċju huma mwettqa mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern; jirrimarka li, skont l-ippjanar tal-awditu approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern ippubblika rieżami ta' konsulenza fir-rigward tal-prestazzjoni operattiva tal-Uffiċċju, li rriżulta f'ħames temi strateġiċi li se jitqiesu fl-ippjanar korporattiv tiegħu u li se jipprovdu kontribut ewlieni għall-istrateġija pluriennali li jmiss tal-Uffiċċju, li se tiġi finalizzata fl-2016;

16.  Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern appoġġja verifika tal-Laboratorju Forensiku tal-Uffiċċju dwar l-eżaminar ta' karti tal-flus tal-euro, li huwa pass ewlieni biex issir l-applikazzjoni għal akkreditazzjoni formali tal-Laboratorju Forensiku tal-Uffiċċju f'dan il-qasam;

Awditjar intern

17.  Jirrimarka li, f'Mejju 2014, il-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju approva l-pjan ta' awditjar strateġiku għall-perjodu 2014-2016 imħejji mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jieħu nota li f'Settembru 2014, l-IAS wettaq awditu ta' assigurazzjoni dwar ir-reklutaġġ li kkonferma s-saħħa tal-proċess ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi li r-rapport tal-awditjar tal-IAS enfasizza li l-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' għażla tal-Uffiċċju kienu tajbin u effikaċi u li kkunsidra r-rappurtar tal-ġestjoni bħala xieraq u f'waqtu; jikkonstata li l-IAS identifika tliet rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti"; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju abbozza pjan ta' azzjoni sabiex itaffi l-problemi identifikati, li sussegwentement ġie aċċettat mill-IAS;

Kummenti oħra

18.  Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju rreveda r-regolament finanzjarju tiegħu(1) biex jinġieb f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013(2); jagħraf, barra minn hekk, li l-Uffiċċju qed japplika r-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni u għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura implimentazzjoni ta' baġit effiċjenti u konformi, speċjalment fir-rigward ta' riporti b'relazzjoni man-nefqa amministrattiva;

19.  Jinnota li l-Uffiċċju ppubblika r-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali tiegħu fuq is-sit web tiegħu;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) https://www.europol.europa.eu/sites/default/files/publications/decision_of_the_europol_management_board_on_the_adoption_of_the_financial_regulation_applicable_to_europol.pdf
(2) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.

Avviż legali - Politika tal-privatezza