Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2166(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0108/2016

Testi mressqa :

A8-0108/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.53
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0189

Testi adottati
PDF 443kWORD 101k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
P8_TA(2016)0189A8-0108/2016
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0064/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0064/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 21 229 000, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,56 % meta mqabbel ma' dak tal-2013; billi 99 % tal-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, l-istess bħas-sena ta' qabel, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 69,45 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,82 % meta mqabbla ma' tas-sena ta' qabel; jirrikonoxxi li l-livell ġenerali għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' 25 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u ta' 75 % għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi mill-Qorti li r-riporti taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT li għalihom il-pagamenti kienu dovuti fl-2015. jirrikonoxxi, barra minn hekk, li r-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati;

3.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2013 għall-2014 kienet ta' 97,68 % fl-2014, bil-kanċellazzjoni biss tas-somma ta' EUR 147 430, li tirrappreżenta 2,32 % tal-ammont totali; jinnota, barra minn hekk, li dan il-livell baxx ta' kanċellazzjonijiet huwa inqas sew mill-mira tal-Aġenzija;

Trasferimenti

4.  Jinnota li tliet trasferimenti baġitarji, magħmula bejn it-titoli tal-baġit u 'l fuq minn 10 % tal-baġit approvat, ġew approvati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija fl-2014; jinnota li dawn it-trasferimenti kienu jammontaw għal EUR 947 932 u prinċipalment huma relatati mar-riallokazzjoni tal-eċċess taħt in-nefqa amministrattiva, għal proġetti operattivi jew fi ħdan in-nefqa operattiva;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jinnota mill-Aġenzija li, sabiex titjieb il-kwalità tal-offerti, il-proċeduri ta' akkwist kollha kienu soġġetti għal rieżami superviżorju qabel it-tnedija tas-sejħiet għall-offerti; jieħu nota tal-fatt li, wara dawn ir-rieżamijiet, fejn kien meħtieġ ittieħdu azzjonijiet korrettivi bħal pereżempju modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta;

6.  Josserva li mill-2014 l-Aġenzija introduċiet sistema ġdida ta' evalwazzjoni, bħala riżultat tal-bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal li ġew introdotti bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1); jinnota b'mod partikolari li r-rapporti ta' evalwazzjoni tal-Aġenzija issa jinkludu valutazzjoni kumplessiva dwar jekk il-prestazzjoni tal-persuna li tokkupa l-kariga kinitx sodisfaċenti; jaċċerta li sessjonijiet ta' taħriġ kienu pprovduti lill-persunal dwar kif jistabbilixxu objettivi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u f'waqthom (SMART), kif ukoll indikaturi ta' prestazzjoni b'saħħithom, u kif jiktbu valutazzjonijiet ċari;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija qiegħda tieħu sehem fil-proċeduri ta' akkwist tal-Kummissjoni kull meta jkun possibbli; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija nediet proċeduri ta' akkwist konġunti mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-intranet u mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għall-ġbir ta' data li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' proġetti operattivi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jirrikonoxxi li, fi tmiem l-2014, l-Aġenzija rrevediet u adottat ir-regoli armonizzati tagħha dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess li jirrigwardaw il-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitat Xjentifiku tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija żviluppat u adottat linji gwida għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tagħha;

9.  Jinnota mill-Aġenzija li hija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' interess, kif ukoll il-curricula vitae (CVs) tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitat Xjentifiku tagħha, kif ukoll tat-tim meniġerjali tagħha;

10.  Jinnota li l-Aġenzija tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta skont id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tagħha(2); jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-persunal tagħha huma obbligati jirrappurtaw fatti li jindikaw attività illegali possibbli, inklużi frodi jew korruzzjoni, jew nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi professjonali tagħhom; jaċċerta li internament l-Aġenzija wettqet sensibilizzazzjoni dwar din il-politika; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tkompli tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta sakemm il-Kummissjoni tadotta politika ġdida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, prevista għall-2016;

11.  Jinnota bi tħassib li fl-ilment 178/2013/LP l-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet li l-Aġenżija wettqet amministrazzjoni ħażina; jistieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu għas-sentenzi mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-2015;

12.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

13.  Jistieden lill-Aġenzija tagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;

14.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament, biex jintensifikaw il-miżuri tagħhom ta' implimentazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji;

Awditu intern

15.  Jinnota li, matul l-2014, l-ebda awditu ġdid ma sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li fl-2013 l-Aġenzija segwiet iż-żewġ awditi mwettqa dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-kuntratti; jaċċerta li l-Aġenzija ppreżentat pjanijiet ta' azzjoni biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS, li ġew ivvalutati b'mod favorevoli mill-IAS; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fl-2015, l-IAS wettaq awditjar ta' segwitu li ntemm b'riżultat pożittiv mingħajr ebda rakkomandazzjoni miftuħa mmarkata bħala "importanti ħafna"; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-IAS qabel Diċembru 2013 ngħalqu;

Kummenti oħra

16.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(3), inkludiet dispożizzjonijiet li jistabbilixxu li r-remunerazzjoni futura ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma għandhiex tkun inqas minn dik prevista fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità f'dan ir-rigward u, fil-każ ta' 10 mis-26 uffiċjal impjegati dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti ta' EUR 45 892 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014. jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-kalkolu tas-salarji huwa esternalizzat lill-Uffiċċju tal-Kummissjoni inkarigat mill-Pagi; jinnota li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tirrimedja din il-kwistjoni;

17.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-informazzjoni bażika dwar l-Aġenzija hija pprovduta fuq is-sit web tagħha bil-lingwi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-Aġenzija regolarment ittella' informazzjoni u aġġornamenti, inklużi viżwalizzazzjoni ta' data interattiva, infografika kif ukoll ritratti u filmati, dwar l-aħħar rapporti tagħha kif ukoll ħidma oħra fuq il-mezzi tal-midja soċjali tagħha;

18.  Jaċċerta li fl-2012 saret evalwazzjoni indipendenti tal-Aġenzija biex jiġu evalwati l-effikaċja, l-effiċjenza, il-valur miżjud, l-utilità, il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-ħidma tal-Aġenzija; jinnota li waħda mill-prijoritajiet ewlenin inklużi fil-pjan strateġiku 2013-2017 tal-Aġenzija, ibbażata fuq din l-evalwazzjoni, hija biex tgħin issaħħaħ il-kontribut tal-Aġenzija għal proċessi fil-livell nazzjonali; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija qiegħda tiżviluppa rabta aktar b'saħħitha mal-Istati Membri kif ukoll iżżid il-kooperazzjoni tagħha ma' partijiet interessati nazzjonali sabiex il-pariri bbażati fuq l-evidenza tal-Aġenzija jinġiebu fil-qalba tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon li fi Frar 2014 l-Aġenzija nediet paġna web għat-tfal bħala parti mit-taqsima tas-sit web tagħha dwar id-drittijiet tat-tfal fejn it-tfal jistgħu jsibu informazzjoni dwar x'inhuma d-drittijiet tagħhom, min jiddeċiedi dwar id-drittijiet tagħhom, x'tagħmel l-Aġenzija għat-tfal kif ukoll links jekk jixtiequ jkollhom aktar tagħrif;

20.  Jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

21.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għall-miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

22.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

o
o   o

23.  Jirreferi,fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(2) http://fra.europa.eu/sites/default/files/eb_decision_2012_04-whistleblowing_rules.pdf
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.04.2004, p. 1).
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.

Avviż legali - Politika tal-privatezza