Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0091(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0164/2016

Testi mressqa :

A8-0164/2016

Dibattiti :

PV 11/05/2016 - 5

Votazzjonijiet :

PV 11/05/2016 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0215

Testi adottati
PDF 405kWORD 66k
L-Erbgħa, 11 ta' Mejju 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) ***II
P8_TA(2016)0215A8-0164/2016
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (14957/2/2015 – C8-0130/2016 – 2013/0091(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14957/2/2015 – C8-0130/2016),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0173),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0164/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi Adottati tal-25.2.2014, P7_TA(2014)0121.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-Artikolu 44

Il-ħolqien ta' livell għoli u armonizzat ta' protezzjoni tad-data li jkopri l-attivitajiet tal-pulizija u ġudizzjarji fl-Unjoni huwa kruċjali bħala mezz ta' rispett u salvagwardja tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Minħabba r-responsabilitajiet maqsuma tal-Unjoni u tal-Istati Membri fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, huwa essenzjali li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u effettiva fost l-awtoritajiet superviżorji fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li, wara l-adozzjoni tal-proposti għal Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u għal Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-ipproċessar tad-data fis-settur tal-pulizija u l-ġustizzja, fosthom il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġdid li se jinħoloq dalwaqt, u fid-dawl tal-fatt li tħabbar ir-rieżami tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-mekkaniżmi differenti ta' kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f'dan il-qasam, inkluż il-Bord ta' Kooperazzjoni stabbilit f'dan ir-Regolament, fil-ġejjieni għandhom jerġgħu jiġu organizzati b'tali mod li jiżgura l-effikaċja u l-konsistenza u li tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza