Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambji ta' studenti jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (14958/2/2015 – C8-0131/2016 – 2013/0081(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14958/2/2015 – C8-0131/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Grieg, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Novembru 2013(2),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0151),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0166/2016),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni,
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar ir-raġuni għal rifjut speċifikata fl-Artikolu 20(2)(f)
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jifhmu punt (f) tal-Artikolu 20(2) ta' din id-Direttiva bħala li jippermetti lill-Istati Membri li jirrifjutaw applikazzjoni biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi taċ-ċittadin tal-pajjiż terz u l-prinċipju ta' proporzjonalità u fuq il-bażi ta' evidenza jew raġunijiet serji u oġġettivi. Il-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw din id-dispożizzjoni f'konformità ma' din l-interpretazzjoni meta jittrasponu d-Direttiva, u tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill, fil-qafas tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 39.
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni ta' din id-dispożizzjoni f'din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi preċedent għal strumenti futuri dwar il-migrazzjoni legali.