Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2016)0025 – C8-0030/2016 – 2016/0010(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0025),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0030/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0157/2016),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 talab l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku fuq livelli globali u tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġġieled il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa .
(1) F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6ta'Diċembru2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22ta’Mejju2013 talab l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku fuq livelli globali u tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġġieled il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Peress li l-Gruppi Multinazzjonali ta’ Intrapriżi (MNE) huma attivi f'pajjiżi differenti, huma għandhom il-possibbiltà ta’ involviment fi prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex disponibbli għall-kumpaniji domestiċi. Meta l-MNEs jagħmlu hekk, il-kumpaniji purament domestiċi, normalment intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jkunu partikolarment affettwati peress li l-piż tat-taxxa tagħhom huwa ogħla minn dak tal-Gruppi MNE. Mill-banda l-oħra, l-Istati Membri kollha jistgħu jsofru minn telf ta’ dħul u hemm ir-riskju ta’ kompetizzjoni sabiex jattiraw il-Gruppi MNE billi jiġu offruti aktar benefiċċji tat-taxxa. Għalhekk hemm problema għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern.
(2) Peress li l-Gruppi Multinazzjonali ta’ Intrapriżi (MNE) huma attivi f'pajjiżi differenti, huma għandhom il-possibbiltà ta’ involviment fi prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex disponibbli għall-kumpaniji domestiċi. Meta l-MNEs jagħmlu hekk, il-kumpaniji purament domestiċi, normalment intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jkunu partikolarment affettwati peress li normalment iħallsu rata ta' taxxa effettiva li tkun ferm eqreb ir-rati statutorji mill-MNEs, u dan jirriżulta f'distorsjonijiet fis-suq intern u funzjonament ħażin tas-Suq Intern, kif ukoll f'distorsjoni tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-SMEs. Biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-kumpaniji domestiċi m'għandhomx jaffaċċjaw żvantaġġi minħabba d-daqs tagħhom jew in-nuqqas ta' kummerċ transkonfinali. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha jistgħu jsofru minn telf ta’ dħul u hemm ir-riskju ta’ kompetizzjoni inġusta bejniethom sabiex jattiraw il-Gruppi MNE billi jiġu offruti aktar benefiċċji tat-taxxa. Għalhekk hemm problema għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li hija l-Kummissjoni li hi responsabbli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdid)
(2a) Huwa ta' importanza vitali għall-Unjoni li r-regoli dwar it-taxxa jitfasslu mhux biex ixekklu t-tkabbir jew l-investimenti, biex iqiegħdu lill-kumpaniji tal-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv u biex iżidu r-riskju ta' tassazzjoni doppja, iżda li jitfasslu biex jimminimizzaw l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Unjoni jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar il-Gruppi MNE fir-rigward l-istruttura, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment tagħhom u t-tranżazzjonijiet interni ġewwa u barra l-UE. Dik l-informazzjoni sejra tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati, u li jiġi identifikat jekk il-kumpaniji wettqux prattiki li għandhom l-effett li jaqilbu ammonti sostanzjali ta’ dħul f’ambjenti b’vantaġġi tat-taxxa.
(3) L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar il-Gruppi MNE fir-rigward tal-istruttura tagħhom, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment, is-saldi tat-taxxa, il-krediti tat-taxxa u t-tranżazzjonijiet interni ġewwa u barra l-Unjoni. Dik l-informazzjoni sejra tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati, u li jiġi identifikat jekk il-kumpaniji wettqux prattiki li għandhom l-effett li jaqilbu ammonti sostanzjali ta’ dħul f’ambjenti b’vantaġġi tat-taxxa. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tittratta l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi dik l-informazzjoni.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) Aktar trasparenza quddiem l-awtoritajiet tat-taxxa jista’ jkollha l-effett li tagħti inċentiv lill-Gruppi MNE sabiex jabbandunaw ċerti prattiki u jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxa fil-pajjiż fejn isiru l-profitti. It-tisħiħ tat-trasparenza għall-Gruppi MNE huwa għalhekk parti essenzjali mill-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt.
(4) Livell adegwat ta' informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u skambjata bejniethom kif ukoll lill-Kummissjoni jista’ jkollu l-effett li jagħti inċentiv lill-Gruppi MNE sabiex jabbandunaw ċerti prattiki u jħallsu t-taxxa dovuta tagħhom fil-pajjiż fejn jinħoloq il-valur.Dan iżid ukoll il-"pressjoni mill-pari" bejn l-Istati Membri u jiffoka l-attenzjoni tas-swieq finanzjarji fuq ir-responsabbiltà fiskali tal-MNEs. It-tisħiħ tat-trasparenza għall-Gruppi MNE, bla ma tixxekkel il-kompetittività tal-Unjoni, huwa għalhekk parti essenzjali mill-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt u, finalment, l-evitar tat-taxxa.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Fir-rapport pajjiż b’pajjiż, il-Gruppi MNE għandhom jipprovdu annwalment u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li fiha jagħmlu negozju l-ammont ta’ dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu u t-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata. Il-Gruppi MNE għandhom jirrapportaw ukoll in-numru ta’ impjegati tagħhom, il-kapital iddikjarat, il-qligħ imfaddal u l-assi tanġibbli f’kull ġurisidizzjoni tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-Gruppi MNE għandhom jidentifikaw kull entità fi ħdan il-grupp li tagħmel kummerċ f'ġurisidizzjoni tat-taxxa partikolari u għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li kull entità tkun involuta fihom.
(6) Fir-rapport pajjiż b’pajjiż, il-Gruppi MNE għandhom jipprovdu annwalment u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li fiha jagħmlu negozju l-ammont ta’ dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu u t-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata, kif ukoll il-krediti tat-taxxa. Il-Gruppi MNE għandhom jirrapportaw ukoll in-numru ta’ impjegati tagħhom, il-kapital iddikjarat, il-qligħ imfaddal u l-assi tanġibbli f’kull ġurisidizzjoni tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-Gruppi MNE għandhom jidentifikaw kull entità fi ħdan il-grupp li tagħmel kummerċ f'ġurisidizzjoni tat-taxxa partikolari u għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li kull entità tkun involuta fihom.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 8
(8) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, l-UE għandha tipprovdi għal kompetizzjoni ġusta bejn il-Gruppi MNE u l-Gruppi MNE mhux tal-UE għal liema waħda jew bosta mill-entitajiet tagħhom jinsabu fl-UE. Għaldaqstant it-tnejn li huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligazzjoni tar-rapportar.
(8) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, l-Unjoni għandha tipprevedi kompetizzjoni ġusta bejn il-Gruppi MNE u l-Gruppi MNE mhux tal-UE għal liema waħda jew bosta mill-entitajiet tagħhom jinsabu fl-Unjoni. Għaldaqstant it-tnejn li huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tar-rapportar. L-Istati Membri, f'dan ir-rigward, għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar tal-obbligu tar-rapportar tal-MNEs permezz, pereżempju, tal-introduzzjoni ta' passi biex l-MNEs jiġu penalizzati f'każ ta' nuqqas ta' rapportar.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdid)
(9a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jżommu jew iżidu l-livell tar-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji ddedikati għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-ipproċessar tad-data fi ħdan l-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 11
(11) Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE diġà tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni f'numru ta’ oqsma. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jitwessa’ sabiex tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri.
(11) Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, id-Direttiva tal-Kunsill2011/16/UE tal-15ta'Frar2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva77/799/KEE diġà tipprevedi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni f'numru ta’ oqsma. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jitwessa’ sabiex jipprevedi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri, u għall-komunikazzjoni ta' tali rapporti lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mir-rapporti pajjiż b’pajjiż biex tivvaluta l-konformità tal-Istati Membri mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li hemm ukoll dimensjoni ta' għajnuna mill-istat għal prattiki tat-taxxa inġusti fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) L-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri għandu f’kull każ jinkludi l-komunikazzjoni ta’ sett definit ta’ informazzjoni bażika li tkun aċċessibbli għal dawk l-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, entità waħda jew aktar tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti ta’ Grupp MNE.
(12) L-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni għandu f’kull każ jinkludi l-komunikazzjoni ta’ sett definit ta’ informazzjoni bażika li għandha tkun ibbażata fuq definizzjonijiet uniformi u li tkun aċċessibbli għal dawk l-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, entità waħda jew aktar tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti ta’ Grupp MNE.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 16
(16) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ir-rapportar pajjiż b’pajjiż. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tan-netwerk NKK. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20(6) u 21(7), il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(16) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u għall-komunikazzjoni ta' tali informazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-rapportar pajjiż b’pajjiż. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tan-netwerk NKK u li jkun żgurat li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istandards li tirriżulta f'żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-operaturi kummerċjali. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli20(6) u 21(7), il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 18a (ġdid)
(18a) Ir-rapport annwali tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva, għandu jagħti dettalji dwar il-portata tal-preżentazzjoni skont l-Artikolu 8aa u l-Punt 1, it-Taqsima II, l-Anness III ta' din id-Direttiva u għandu jinkludi lista ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn ikunu residenti entitajiet prinċipali finali ta' entitajiet kostitwenti bbażati fl-Unjoni, iżda ma ġewx ippreżentati jew skambjati rapporti sħaħ.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 18b (ġdid)
(18b) Għandu jkun possibbli li informazzjoni ma tiġix skambjata skont din id-Direttiva meta tali skambju ma jwassalx għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 18c (ġdid)
(18c) Għandha tingħata kunsiderazzjoni lir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, ir-rapport tal-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Legali dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 mar-rakkomandazzjoniet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji fl-Unjoni.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet kumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.
(20) Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni taħt kundizzjonijiet kumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2.
‘1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu2.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 2
(-a) L-Artikolu 3(2) huwa mibdul b'dan li ġej:
(2) “uffiċċju ċentrali ta' kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar bħala tali bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħrajn fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;
“uffiċċju ċentrali ta' kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar bħala tali bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħrajn u mal-Kummissjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 9 – punt a
(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a u 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel; għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), b’referenza għall-informazzjoni disponibbli relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru.
(a) għall-finijiet tal-Artikolu8(1) u l-Artikoli8a u 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor u lill-Kummissjoni, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel; għall-finijiet tal-Artikolu8(1), b’referenza għall-informazzjoni disponibbli relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru.
6. Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru.
‘6. Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu u lill-Kummissjoni skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru.
2. It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.
‘2. It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dan.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(1c) Fl-Artikolu 8(1), jiżdied il-punt li ġej:
“(ea) rapporti pajjiż b’pajjiż,”
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8aa – paragrafu 2
2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4.
2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika mill-aktar fis possibbli r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha wkoll tikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b’pajjiż, disponibbli għas-servizzi kompetenti tagħha.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt a
(a) informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital iddikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, u l-assi tanġibbli minbarra l-flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE;
(a) informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital iddikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, l-assi tanġibbli minbarra l-flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE, is-sussidji pubbliċi riċevuti, il-valur tal-assi u l-kost annwali biex jinżammu, u l-bejgħ u x-xiri li jkun sar mill-Grupp;
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba) in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) Ewropew futur tal-Grupp MNE msemmi fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.
4 a. Sabiex tittejjeb it-trasparenza għaċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju aggregat tar-rapporti pajjiż b'pajjiż, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b'pajjiż. F'dan, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23a dwar il-kunfidenzjalità.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 9 – paragrafu 1 - Parti introduttorja
(2a) Il-parti introduttorja tal-Artikolu 9(1) huwa mibdul b'dan li ġej:
1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjonimsemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
‘1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat u lill-Kummissjoni, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
‘2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa.
‘2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 23 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dawk ir-riżultati b'mod xieraq, bħal rapport annwali konsolidat li fih jiġu diskussi r-riżultati u l-eżitu tal-proċedura ta' rapportar. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).
(5a) Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
'3a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport konsolidat annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jikkonċerna l-valutazzjonijiet annwali tal-Istati Membri tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba.'
(5b) Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
'3b. F'każ li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi tal-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni pajjiż b'pajjiż tiddetermina li m'hemmx konsegwenzi negattivi għall-Gruppi MNE, il-Kummissjoni għandha minnufih tipproponi leġiżlazzjoni biex tagħmel din l-informazzjoni disponibbli pubblikament.
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkweawtorità rikjedenti.
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkwe awtorità rikjedenti, u lill-Kummissjoni.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 27a (ġdid)
(7a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
'Artikolu 27a
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effikaċja ta' din id-Direttiva sa ...tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].'
Emenda 34 Proposta għal direttiva Anness – Anness III – Taqsima II – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti.
Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti, preferibbilment dik bl-ogħla fatturat, sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti.