Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0101(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2016

Testi mressqa :

A8-0154/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/06/2016 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0238

Testi adottati
PDF 253kWORD 62k
It-Tlieta, 7 ta' Ġunju 2016 - Strasburgu
Protokoll biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO ***
P8_TA(2016)0238A8-0154/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk, sa fejn huma kkonċernati d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll li ma jaqgħux taħt it-Titolu V tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (14384/2015 – C8-0118/2016 – 2015/0101(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14384/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (15044/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 33, 113, 114, 207, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0118/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0154/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Avviż legali - Politika tal-privatezza