Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2015(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0230/2016

Testi mressqa :

A8-0230/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2016 - 4.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0324

Testi adottati
PDF 254kWORD 49k
It-Tlieta, 13 ta' Settembru 2016 - Strasburgu
Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Rosario Crocetta
P8_TA(2016)0324A8-0230/2016

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2016 dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Rosario Crocetta (2016/2015(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba ta' Rosario Crocetta tas-7 ta' Jannar 2016, imħabbra fis-seduta plenarja fil-21 ta' Jannar 2016, fid-dawl tal-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu fil-qafas tal-proċediment kriminali pendenti quddiem it-Tielet Awla Kriminali tal-Qorti ta' Palermo, l-Italja (Nru 20445/2012 RGNR),

–  wara li sema' lil Rosario Crocetta, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 595 tal-Kodiċi Kriminali Taljan,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0230/2016),

A.  billi eks Membru tal-Parlament Ewropew, Rosario Crocetta, talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu b'rabta ma' proċedimenti kriminali pendenti quddiem it-Tielet Awla Kriminali tal-Qorti ta' Palermo; billi, skont l-avviż notifikat mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, is-Sur Crocetta allegatament għamel dikjarazzjonijiet diffamatorji, u dan l-aġir huwa punibbli abbażi tal-Artikolu 595 tal-Kodiċi kriminali Taljan;

B.  billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7, Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom; Immunità bħal din għandha tiġi kkunsidrata, sa fejn hija intiża sabiex tipproteġi l-espressjoni libera u l-indipendenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew, bħala immunità assoluta li ma tippermettix li jitressqu proċeduri legali kontrihom minħabba opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta' dmirijiethom bħala Membri Parlamentari(2);

C.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, sabiex wieħed igawdi mill-immunità, opinjoni għandha tkun espressa minn Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi din ir-rabta għandha tkun diretta u ovvja(3);

D.  billi Rosario Crocetta kien Membru tal-Parlament Ewropew meta għamel id-dikjarazzjonijiet inkwistjoni;

E.  billi r-rekord parlamentari tas-Sur Crocetta juri li dejjem kien attiv ħafna fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-impatt tagħha fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha; billi huwa ffoka wkoll fuq l-influwenza ta' korruzzjoni sistematika fuq il-politika u l-ekonomija, speċjalment fir-rigward tal-akkwist pubbliku fil-qasam tal-politika ambjentali;

F.  billi l-fatti tal-każ, kif jidhru fid-dokumenti pprovduti lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u fis-seduta quddiem dan tal-aħħar, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet tas-Sur Crocetta għandhom rabta diretta u ovvja mad-dmirijiet parlamentari tiegħu;

G.  billi Rosario Crocetta jista' għalhekk jitqies li kien qed jaġixxi fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

1.  Jiddeċiedi li jħares l-privileġġi u l-immunitajiet ta' Rosario Crocetta;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Rosario Crocetta.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra, iċċitati iktar 'il fuq, punti 27.
(3) Kawża C-163/10, Patriciello, iċċitata iktar 'il fuq, punti 33 u 35.

Avviż legali - Politika tal-privatezza