Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/174/KE (05820/2014 – C8-0164/2016 – 2013/0361(APP))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05820/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 352(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0164/2016),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0252/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddu l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.