Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 li tapprova l-ħatra tas-Sur Julian King bħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0339/2016 - 2016/0812(NLE))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra r-riżenja tas-Sur Jonathan Hill minn Membru tal-Kummissjoni, mogħtija fil-25 ta’ Ġunju 2016,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2016, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra tas-Sur Julian King bħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0339/2016),
– wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ tas-Sur Julian King fit-12 ta' Settembru 2016, li kienet immexxija mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 118 u l-Anness XVI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,
1. Japprova l-ħatra tas-Sur Julian King bħala Membru tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.