Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (15470/2015 – C8-0110/2016 – 2015/0293(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15470/2015),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (15469/2015),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0110/2016),
– wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0281/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.