Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2087(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0297/2016

Testi mressqa :

A8-0297/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0396

Testi adottati
PDF 333kWORD 49k
It-Tlieta, 25 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Jane Collins
P8_TA(2016)0396A8-0297/2016

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Jane Collins (2016/2087(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba ta' Jane Collins tat-3 ta' Mejju 2016, imħabbra fis-seduta plenarja fil-11 ta' Mejju 2016, għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tagħha f'konnessjoni ma' proċedimenti ċivili kontriha quddiem il-Queen's Bench Division tal-High Court f'Londra (Rikors Nru HQ14DO4882),

–  wara li sema' lil James Carver, li rrappreżenta lil Jane Collins, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0297/2016),

A.  billi Jane Collins talbet li jitħarsu l-privileġġi u l-immunitajiet parlamentari tagħha b'rabta ma' proċedimenti ċivili kontriha quddiem il-Queen's Bench Division tal-High Court f'Londra;

B.  billi, l-ewwel nett, it-talba tikkonċerna d-difiża tad-dritt tal-Membri tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll, li ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet amministrattivi jew restrizzjonijiet oħra fuq il-moviment liberu tagħhom meta jivvjaġġaw lejn jew mill-Parlament Ewropew;

C.  billi din il-parti tat-talba hija marbuta mal-fatt li Jane Collins allegatament ġiet imċaħħda li tivvjaġġa għal laqgħat parlamentari minħabba l-iskeda tal-proċedimenti ġudizzjarji kontriha;

D.  billi, madankollu, l-Artikolu 7 tal-Protokoll ma japplikax għal restrizzjonijiet li jirriżultaw minn proċedimenti legali, peress li dawn huma koperti mir-regoli speċifiċi li jinsabu fl-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll(2), u t-talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari hija għalhekk inammissibbli fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-Protokoll;

E.  billi, it-tieni nett, it-talba tikkonċerna d-difiża tal-libertà tal-Membri tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll, minn kull forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

F.  billi din il-parti tat-talba hija marbuta mal-fatt li Jane Collins hija soġġetta għal talba ċivili għal danni fir-Renju Unit, inklużi danni gravi, għall-allegat libell u malafama, kif ukoll talba għal mandat ta' inibizzjoni kontriha sabiex ma tirrepetix id-dikjarazzjonijiet imsemmija;

G.  billi l-kawża ta' libell u malafama tikkonċerna akkużi li għamlet Jane Collins f'konferenza tal-partit;

H.  billi l-immunità parlamentari mogħtija mill-Artikolu 8 tal-Protokoll tapplika għall-opinjonijiet espressi mill-Membri tal-Parlament Ewropew fit-twettiq ta' dmirijiethom biss;

I.  billi d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Membri tal-Parlament Ewropew barra mill-konfini tal-Parlament Ewropew huma meqjusa li jkunu saru fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom biss jekk jikkostitwixxu evalwazzjoni soġġettiva li għandha rabta diretta u ovvja mal-qadi ta' dawk id-dmirijiet(3);

J.  billi, madankollu, m'hemm l-ebda rabta ovvja u diretta bejn id-dikjarazzjonijiet ikkontestati u d-dmirijiet ta' Jane Collins bħala Membru tal-Parlament Ewropew, peress li dawn mhumiex relatati mal-attività tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew jew mal-politiki tal-Unjoni Ewropea, u saru fil-kuntest ta' dibattitu politiku nazzjonali;

K.  billi d-dikjarazzjonijiet ikkontestati, għalhekk, m'humiex koperti mill-Artikolu 8 tal-Protokoll;

1.  Jiddeċiedi li ma jħarisx il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Jane Collins;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli għalih immedjatament lill-awtoritajiet tar-Renju Unit, inkluż lill-Onorevoli Mħallef Warby.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440, paragrafi 49 u 51.
(3) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C163/10, ECLI: EU:C:2011:543.

Avviż legali - Politika tal-privatezza