Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0432(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0239/2016

Testi mressqa :

A8-0239/2016

Dibattiti :

PV 24/10/2016 - 14
CRE 24/10/2016 - 14

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 5.10
CRE 25/10/2016 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 05/07/2017 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0400
P8_TA(2017)0300

Testi adottati
PDF 662kWORD 72k
It-Tlieta, 25 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet ***I
P8_TA(2016)0400A8-0239/2016

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Ottubru 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 114 tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Din id-Direttiva għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.
___________________
1 Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Għaldaqstant, il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta' regoli ġuridiċi. B'riżultat ta' dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f'kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni.
(2)  Il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta' regoli ġuridiċi. B'riżultat ta' dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f'kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni, li jwassal għal telf possibbli ta' dħul għall-Istati Membri u għal distorsjonijiet fil-kummerċ.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali, iżda wkoll tipprevjeni li tista' tinkiseb sitwazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.
(3)  Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri mhux biss taffettwa l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali u t-trasparenza meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fir-rigward ta' modi kif il-ksur jiġi ġestit mill-awtoritajiet doganali differenti, iżda tipprevjeni wkoll il-kisba ta' sitwazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali, li diġà huma soġġetti għal settijiet ta' regoli differenti madwar l-Unjoni, minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Għandha tiġi stabbilita lista ta' mġiba li għandha titqies bħala ksur ta' leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Dan il-ksur doganali għandu jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b'referenzi diretti għall-Kodiċi. Din id-Direttiva ma tiddeterminax jekk l-Istati Membri għandhomx japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali fir-rigward ta' dan il-ksur doganali.
(6)  Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi lista ta' mġiba li għandha titqies bħala ksur ta' leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Dan il-ksur doganali għandu jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b'referenzi diretti għall-Kodiċi. Din id-Direttiva tipprevedi li l-Istati Membri għandhom japplikaw sanzjonijiet mhux kriminali fir-rigward ta' dan il-ksur doganali. Għandu jkun possibbli wkoll għall-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, skont il-liġijiet nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, minflok sanzjonijiet mhux kriminali meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)   L-ewwel kategorija ta' mġiba għandha tinkludi ksur doganali fuq il-bażi ta' responsabbiltà stretta, li ma teħtieġx xi element ta' ħtija, meta tiġi kkunsidrata n-natura oġġettiva tal-obbligi involuti u l-fatt li l-persuni responsabbli biex twettaqhom ma tistax tinjora l-eżistenza u n-natura vinkolanti tagħhom.
imħassar
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)   It-tieni u t-tielet kategorija ta' mġiba għandhom jinkludu ksur doganali li jitwettaq b'negliġenza jew intenzjonalment, rispettivament, fejn dan l-element suġġettiv irid jiġi stabbilit biex tinħoloq din ir-responsabbiltà.
imħassar
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, għandu jkun ipprovdut li xi att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, ma għandhomx jitqiesu bħala ksur doganali.
(10)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, għandu jkun ipprovdut li kwalunkwe att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fil-Kodiċi, ma għandhomx jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ksur doganali.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-iskali ta' sanzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti li jirriflettu l-kategoriji differenti ta' ksur doganali u s-serjetà tagħhom. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati.
(12)  Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, skali ta' sanzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti li jirriflettu kemm ikun serju l-ksur doganali. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)   Huwa biss f'każijiet fejn ksur serju jkun marbut mhux mad-dazji evażi iżda mal-valur tal-merkanzija kkonċernata, pereżempju fil-każ ta' ksur relatat mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ma' merkanzija pprojbita jew ristretta, li l-awtoritajiet doganali għandhom jibbażaw s-sanzjoni imposta fuq il-valur tal-merkanzija.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali għandu jkun stabbilit għal erba' snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, fejn l-imġiba li tikkostitwixxi dan il-ksur jieqaf. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott b'att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward il-ksur doganali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu każijiet li fihom dan il-perjodu jkun sospiż. Il-bidu jew il-kontinwazzjoni ta' dawn il-proċedimenti għandhom ikunu preklużi wara li jiskadi l-perjodu ta' skadenza ta' tmien snin, filwaqt li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' sanzjoni għandu jkun ta' tliet snin.
(13)  Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali għandu jkun stabbilit għal erba' snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, meta l-imġiba li tikkostitwixxi dan il-ksur jieqaf. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott b'att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward l-istess ksur doganali, jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu każijiet li fihom dan il-perjodu jkun sospiż. Kwalunkwe proċediment għandu jkun preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni, wara li jiskadi perjodu ta' tmien snin, filwaqt li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' sanzjoni għandu jkun tliet snin.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Għandha tkun prevista sospensjoni ta' proċedimenti amministrattivi li jikkonċernaw ksur doganali, meta jkunu bdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti. Il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti amministrattivi wara t-tmiem tal-proċedimenti kriminali għandha tkun possibbli biss f'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem.
(14)  Għandha tkun prevista sospensjoni ta' proċedimenti amministrattivi li jikkonċernaw ksur doganali, meta jkunu bdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti. Il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti amministrattivi wara t-tmiem tal-proċedimenti kriminali għandha tkun possibbli biss f'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem, li jfisser li l-istess reat ma jistax jiġi ppenalizzat darbtejn.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   L-objettiv ġenerali ta' din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Madankollu, il-qafas ġuridiku previst minn din id-Direttiva ma jippermettix approċċ integrat għall-infurzar, inklużi s-superviżjoni, il-kontroll u l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar dawk l-aspetti, fosthom dwar l-implimentazzjoni tal-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa aktar leġiżlazzjoni.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 18a (ġdida)
(18a)   Din id-Direttiva hija maħsuba biex issaħħaħ il-kooperazzjoni doganali permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar sanzjonijiet doganali. Minħabba li, attwalment, it-tradizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jvarjaw ħafna, armonizzazzjoni totali f'dan il-qasam hija impossibbli.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u tipprevedi s-sanzjonijiet għal dan il-ksur.
1.  Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u li tistabbilixxi l-qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, u tipprevedi l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mhux kriminali għal dan il-ksur billi tapprossima d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament, jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Din id-Direttiva tkopri l-obbligi tal-Istati Membri lejn is-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, bl-għan li jiġi stabbilit suq intern omoġenju u effikaċi filwaqt li jkun faċilitat il-kummerċ u tkun żgurata ċ-ċertezza.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 2
Artikolu 2
Artikolu 2
Ksur doganali u sanzjonijiet
Prinċipji ġenerali
L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet fir-rigward ta' ksur doganali stabbilit fl-Artikoli minn 3 sa 6.
1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet fir-rigward tal-ksur doganali stabbilit fl-Artikoli 3 u 6 b'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 6 jikkostitwixxu ksur doganali meta jitwettqu b'negliġenza jew intenzjonalment.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, minflok sanzjonijiet mhux kriminali, meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata.
2.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
(a)   l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx b'negliġenza, li jfisser li l-persuna responsabbli naqset milli teżerċita attenzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, jew bit-teħid ta' miżuri li huma manifestament insuffiċjenti, biex tiġi evitata l-okkorrenza ta' ċirkustanzi li jwasslu għall-ksur, meta r-riskju tal-okkorrenza jkun raġonevolment prevedibbli;
(b)   l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment, li jfisser li l-att jew l-ommissjoni saru mill-persuna responsabbli fl-għarfien li dak l-att jew dik l-ommissjoni kkostitwew ksur, jew bl-għan premeditat u deliberat li tikser il-leġiżlazzjoni doganali;
(c)   l-iżbalji klerikali m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali sakemm ma jkunx ċar miċ-ċirkustanzi kollha li twettqu b'riżultat ta' negliġenza jew b'intenzjoni.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 2a (ġdid)
Artikolu 2a
Faċilitazzjoni tal-kummerċ
Sabiex ikunu konformi mal-obbligi tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien ħalli jistabbilixxu sistema ta' kooperazzjoni li tinkludi l-Istati Membri kollha. Dik is-sistema għandu jkollha l-għan li tikkoordina indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward ta' sanzjonijiet doganali (analiżi tal-għadd ta' appelli, ir-rata ta' reċidività, eċċ.); ixxerred l-aħjar prassi fost is-servizzi doganali (l-effiċjenza tal-kontrolli u s-sanzjonijiet, it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, eċċ.); tgħaddi l-esperjenzi tal-operaturi ekonomiċi u toħloq rabtiet bejniethom; timmonitorja l-mod kif is-servizzi doganali jwettqu l-attivitajiet tagħhom; u twettaq ħidma statistika dwar ksur imwettaq minn kumpaniji minn pajjiżi terzi. Fi ħdan is-sistema ta' kooperazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien dwar investigazzjonijiet fir-rigward ta' ksur doganali u ksur stabbilit b'tali mod li jiffaċilita l-kummerċ, jimpedixxi l-merkanzija illegali milli tidħol fis-suq intern u jtejjeb l-effikaċja tal-kontrolli.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 3
Artikolu 3
Artikolu 3
Ksur doganali ta' responsabbiltà stretta
Ksur doganali
L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali irrispettivament minn kull element ta' ħtija:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali:
(a)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid, li tiżgura l-akkuratezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 15(2)(a) tal-Kodiċi;
(a)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid, li tiżgura l-akkuratezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(2) tal-Kodiċi;
(b)  nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta'esportazzjoni mill-ġdid, biex tiġi żgurata l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta' kull dokument ta' sostenn skont l-Artikolu 15(2)(b) tal-Kodiċi;
(b)  nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta'esportazzjoni mill-ġdid, biex tiġi żgurata l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta' kull dokument ta' sostenn skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(2) tal-Kodiċi;
(c)  nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skont l-Artikolu 127 tal-Kodiċi, notifika tal-wasla ta' bastiment jew ta' inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 133 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja skont l-Artikolu 145 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 158 tal-Kodiċi, notifika ta' attivitajiet f'żoni ħielsa skont l-Artikolu 244(2) tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, f'konformità mal-Artikolu 263 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ skont l-Artikolu 271 tal-Kodiċi jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 274 tal-Kodiċi;
(c)  nuqqas min-naħa ta' persuna li tippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skont l-Artikolu 127 tal-Kodiċi, notifika tal-wasla ta' bastiment magħmul għall-baħar jew ta' inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 133 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja skont l-Artikolu 145 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 158 tal-Kodiċi, notifika ta' attivitajiet f'żoni ħielsa skont l-Artikolu 244(2) tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, f'konformità mal-Artikolu 263 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ skont l-Artikolu 271 tal-Kodiċi jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 274 tal-Kodiċi;
(d)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku biex iżomm id-dokumenti u l-informazzjoni relatata mat-twettiq tal-formalitajiet doganali permezz ta' kull mezz aċċessibbli għall-perjodu ta' żmien meħtieġ mil-leġiżlazzjoni doganali skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi;
(d)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku biex iżomm id-dokumenti u l-informazzjoni relatata mat-twettiq tal-formalitajiet doganali permezz ta' kull mezz aċċessibbli għall-perjodu ta' żmien meħtieġ mil-leġiżlazzjoni doganali skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi;
(e)  tneħħija ta' merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni mis-superviżjoni doganali mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali, kuntrarju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi;
(e)  tneħħija ta' merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni mis-superviżjoni doganali mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali, kuntrarju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi;
(f)  tneħħija ta' merkanzija mis-superviżjoni doganali, għall-kuntrarju tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 134(1) u l-Artikoli 158(3) u 242 tal-Kodiċi;
(f)  tneħħija ta' merkanzija mis-superviżjoni doganali, għall-kuntrarju tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 134(1) u l-Artikoli 158(3) u 242 tal-Kodiċi;
(g)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni li tikkonforma mal-obbligi relatati mal-mezz ta' trasport tal-merkanzija fil-post propju skont l-Artikolu 135(1) tal-Kodiċi, jew li tinforma l-awtoritajiet doganali meta l-obbligi ma jistgħux jiġu osservati skont l-Artikolu 137(1) u (2) tal-Kodiċi;
(g)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni li tikkonforma mal-obbligi relatati mal-mezz ta' trasport tal-merkanzija fil-post propju skont l-Artikolu 135(1) tal-Kodiċi, jew li tinforma l-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien meta l-obbligi ma jistgħux jiġu osservati skont l-Artikolu 137(1) u (2) tal-Kodiċi u dwar fejn tinsab il-merkanzija;
(h)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija f'żona ħielsa, fejn din iż-żona tkun tmiss mal-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz, li ddaħħal din il-merkanzija direttament f'din iż-żona ħielsa mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 135(2) tal-Kodiċi;
(h)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija f'żona ħielsa, fejn din iż-żona tkun tmiss mal-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz, li ddaħħal din il-merkanzija direttament f'din iż-żona ħielsa mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 135(2) tal-Kodiċi;
(i)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja jew għal proċedura doganali li jipprovdi d-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali fejn jintalab li jsir dan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew jekk ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali skont l-Artikolu 145(2) u l-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi;
(i)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja jew għal proċedura doganali li jipprovdi d-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali fejn jintalab li jsir dan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew jekk ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali skont l-Artikolu 145(2) u l-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi;
(j)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f'ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;
(j)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja, jew tal-persuna li taħżen il-merkanzija f'każijiet li fihom tinħażen f'postijiet oħra deżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali, responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f'ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;
(k)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali li jkollu fil-pussess tiegħu u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali, fil-ħin li tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni supplimentari, id-dokumenti ta' sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura inkwistjoni skont l-Artikolu 163(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;
(k)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali li jkollu fil-pussess tiegħu u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali, fil-ħin li tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni supplimentari, id-dokumenti ta' sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura inkwistjoni skont l-Artikolu 163(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;
(l)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali, fil-każ ta' dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi jew ta' annotazzjoni fil-kotba tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, li jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari fl-uffiċċju doganali kompetenti f'limitu ta' żmien speċifiku skont l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;
(l)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali, fil-każ ta' dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi jew ta' annotazzjoni fil-kotba tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, li jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari fl-uffiċċju doganali kompetenti f'limitu ta' żmien speċifiku skont l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;
(m)  tneħħija jew qerda ta' mezzi ta' identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritajiet doganali mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi ta' trasport mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, li tingħata mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 192(2) tal-Kodiċi;
(m)  tneħħija jew qerda ta' mezzi ta' identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritajiet doganali mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi ta' trasport mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, li tingħata mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 192(2) tal-Kodiċi;
(n)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar attiv li jtemm proċedura doganali fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 257 tal-Kodiċi;
(n)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar attiv li jtemm proċedura doganali fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 257 tal-Kodiċi;
(o)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar passiv li jesporta l-merkanzija difettuża fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 262 tal-Kodiċi;
(o)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar passiv li jesporta l-merkanzija difettuża fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 262 tal-Kodiċi;
(p)  kostruzzjoni ta' bini f'żona ħielsa mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 244(1) tal-Kodiċi;
(p)  kostruzzjoni ta' bini f'żona ħielsa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 244(1) tal-Kodiċi;
(q)  nuqqas ta' ħlas ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-persuna responsabbli li tħallas fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi.
(q)  nuqqas ta' ħlas ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-persuna responsabbli li tħallas fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi;
(qa)  nuqqas min-naħa ta' operatur ekonomiku li jipprovdi, b'rispons għal talba mill-awtoritajiet doganali, id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa f'forma xierqa u fi żmien raġonevoli, u li jipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet jew tal-kontrolli doganali skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;
(qb)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;
(qc)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fattur li jiżviluppa wara li tittieħed deċiżjoni minn dawk l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha, skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;
(qd)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont il-punt (a) tal-Artikolu 233(1) tal-Kodiċi;
(qe)   ħatt jew trasbord ta' merkanzija mill-mezz ta' trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f'postijiet mhux deżinjati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;
(qf)   ħażna ta' merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew f'imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi;
(qg)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi li joriġinaw mill-ħażna ta' merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi;
(qh)   l-għoti lill-awtoritajiet doganali ta' informazzjoni falza jew dokumenti foloz meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikoli 15 jew 163 tal-Kodiċi;
(qi)   l-użu ta' informazzjoni mhux eżatta jew mhux kompleta jew dokumenti mhux awtentiċi, mhux eżatti jew mhux validi minn operatur ekonomiku sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex wieħed:
(i)   isir operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 38 tal-Kodiċi;
(ii)   jagħmel użu minn dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi;
(iii)   jagħmel użu minn simplifikazzjonijiet doganali oħra skont l-Artikoli 177, 179, 182 jew 185 tal-Kodiċi; or
(iv)   ipoġġi l-merkanzija taħt proċeduri speċjali skont l-Artikolu 211 tal-Kodiċi;
(qj)   l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta' merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 139, 245, jew 267(2) tal-Kodiċi;
(qk)   l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi;
(ql)   l-akkwist jew iż-żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punti (qd) u (qj) ta' dan l-Artikolu.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
Artikolu 4
imħassar
Ksur doganali mwettaq b'negliġenza
L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali meta jkun imwettaq b'negliġenza:
(a)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f'ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;
(b)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jipprovdi lill-awtoritajiet doganali bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta' kontrolli skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;
(c)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;
(d)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;
(e)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi;
(f)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont l-Artikolu 233(1)(a) tal-Kodiċi;
(g)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fiż-żona ħielsa lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 245 tal-Kodiċi;
(h)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali mal-ħruġ skont l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;
(i)   ħatt jew trasbord ta' merkanzija mill-mezz ta' trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f'postijiet mhux deżinjati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;
(j)   ħażna ta' merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148;
(k)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi, li jinqalgħu mill-ħażna ta' merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
Artikolu 5
imħassar
Ksur doganali mwettaq intenzjonalment
L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali mwettaq intenzjonalment:
(a)  li jipprovdu lill-awtoritajiet doganali informazzjoni falza jew dokumenti meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikoli 15 jew 163 tal-Kodiċi;
(b)  l-użu ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew ta’ mezzi rregolari oħra minn operatur ekonomiku sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali:
(i)  isir operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 38 tal-Kodiċi,
(ii)  jagħmel użu ta' dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi,
(iii)   jagħmel użu ta' simplifikazzjonijiet doganali oħra skont l-Artikoli 177, 179, 182, 185 tal-Kodiċi,
(iv)   ipoġġi l-merkanzija taħt proċeduri speċjali skont l-Artikolu 211 tal-Kodiċi;
(c)  l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta' merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139, 245, jew l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;
(d)  nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;
(e)  nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;
(f)  l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi;
(g)  l-akkwist jew żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 u l-punt (c) ta' dan l-Artikolu.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 6
Artikolu 6
Artikolu 6
Inċitament, Għajnuna, Assistenza u Tentattiv
Inċitament, għajnuna, assistenza u tentattiv
1.  L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza, att jew ommissjoni msemmija fl-Artikolu 5 jirrappreżentaw ksur doganali.
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament jew l-għajnuna u l-assistenza ta' att jew ommissjoni msemmija fl-Artikolu 8b(2) jikkostitwixxu ksur doganali.
2.  L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza, att jew ommissjoni msemmija fil-punti (b) jew (c) fl-Artikolu 5 jirrappreżentaw ksur doganali.
2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv li jitwettqu att jew ommissjoni msemmija fil-punti (qi) jew (qj) fl-Artikolu 3 jikkostitwixxi ksur doganali.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali
Żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali
L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli minn 3 sa 6 ma jikkostitwixxux ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta' żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali.
L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 6 m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta' żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, b'konformità mal-Artikolu 119 tal-Kodiċi, u l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu responsabbli meta l-iżbalji jikkawżaw ħsara.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri jiżguraw li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli li wettqu ksur doganali għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li tkun qed taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika u jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fuq il-persuna ġuridika, ikun ibbażat fuq dawn li ġejjin:
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli li wettqu ksur doganali kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 6 għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li tkun qed taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika u jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fuq il-persuna ġuridika, abbażi ta' dawn li ġejjin:
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli fejn nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikun għamel possibli t-twettiq ta' ksur doganali għall-benefiċċju ta' din il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tal-persuna msemmija fil-paragrafu 1.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi applikabbli, minbarra l-Istati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex minuri
1.   Meta jiddeterminaw jekk ksur kif imsemmi fl-Artikolu 3 huwiex minuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess, jiġifieri waqt id-determinazzjoni dwar jekk twettaqx ksur doganali, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha li jistgħu japplikaw, inklużi dawn li ġejjin:
(a)   il-ksur twettaq b'riżultat ta' negliġenza;
(b)   il-merkanzija involuta mhijiex soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi;
(c)   il-ksur ikollu ftit jew ebda impatt fuq l-ammont tad-dazji doganali li għandhom jitħallsu;
(d)   il-persuna responsabbli għall-ksur tikkoopera effettivament mal-awtorità kompetenti fil-proċedimenti;
(e)   il-persuna responsabbli għall-ksur tiżvela l-ksur minn jeddha, sakemm il-ksur ma jkunx għadu soġġett għal xi investigazzjoni li l-persuna responsabbli għall-ksur ikollha għarfien tagħha;
(f)   il-persuna responsabbli għall-ksur tista' turi li qed tagħmel sforz sinifikanti biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi turi livell għoli ta' kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, pereżempju permezz ta' sistema ta' konformità;
(g)   il-persuna responsabbli għall-ksur tkun intrapriża żgħira jew medja, li ma kellha ebda esperjenza preċedenti f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana.
2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ksur bħala minuri biss meta ma jkunx hemm fattur aggravanti fir-rigward tal-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 8b.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 8b (ġdid)
Artikolu 8b
Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex serju
1.   Meta jiddeterminaw jekk ksur kif imsemmi fl-Artikolu 3 jew 6 huwiex serju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess, jiġifieri waqt id-determinazzjoni dwar jekk twettaqx ksur doganali, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin li jistgħu japplikaw:
(a)   il-ksur twettaq b'intenzjoni;
(b)   il-ksur ippersista matul perjodu twil ta' żmien, li jirrifletti intenzjoni li jibqa' jitwettaq;
(c)   ksur simili jew marbut għadu qed jitwettaq jew qed ikun ripetut, jiġifieri, jitwettaq aktar minn darba;
(d)   il-ksur ikollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni evażi;
(e)   il-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi;
(f)   il-persuna responsabbli għall-ksur tirrifjuta li tikkopera, jew tikkoopera bis-sħiħ, mal-awtorità kompetenti;
(g)   il-persuna responsabbli għall-ksur wettqet ksur preċedenti.
2.   Il-ksur imsemmi fil-punti (f), (g), (p), (qi) u (qj) tal-Artikolu 3 jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ksur serju.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 9
Artikolu 9
Artikolu 9
Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3
Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali minuri
L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 fil-limiti li ġejjin:
1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux kriminali jiġu imposti, minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 li jitqies bħala minuri b'konformità mal-Artikolu 8a, fil-limiti li ġejjin:
(a)  multa monetarja minn 1 % sa 5 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;
(a)  multa monetarja ta' mhux aktar minn 70 % tad-dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut mad-dazji evażi;
(b)  multa monetarja minn EUR 150 sa EUR 7 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma' merkanzija speċifika.
(b)  multa monetarja ta' mhux aktar minn EUR 7 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut mad-dazji evażi.
2.   Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a jiġu kkunsidrati.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 10
Artikolu 10
imħassar
Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4
L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4 fil-limiti li ġejjin:
(a)   multa monetarja sa 15 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;
(b)   multa monetarja sa EUR 22 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma' merkanzija speċifika.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 11
Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli 5 u 6
Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali serju
L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 5 u 6 fil-limiti li ġejjin:
1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux kriminali jiġu imposti, minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 li jitqies bħala serju b'konformità mal-Artikolu 8b, fil-limiti li ġejjin:
(a)  multa monetarja sa 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;
(a)  multa monetarja ta' bejn 70 % u 140 % tad-dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut mad-dazji evażi;
(aa)   multa monetarja ta' bejn 15 % u 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut mad-dazji evażi iżda jkun marbut mal-valur tal-merkanzija;
(b)  multa monetarja sa EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma' merkanzija speċifika.
(b)  multa monetarja ta' bejn EUR 7 500 u EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkun marbut la mad-dazji evażi u lanqas mal-valur tal-merkanzija.
2.   Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a u fl-Artikolu 8b(1) jiġu kkunsidrati.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Sanzjonijiet mhux kriminali oħra għal ksur serju
1.   Minbarra s-sanzjonijiet elenkati fl-Artikolu 11, u b'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri jistgħu jimponu s-sanzjonijiet mhux monetarji li ġejjin meta jitwettaq ksur serju:
(a)   konfiska permanenti jew temporanja tal-merkanzija;
(b)   sospensjoni ta' awtorizzazzjoni li tkun ingħatat.
2.   B'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li deċiżjonijiet li jagħtu l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jiġu revokati fil-każ ta' ksur serju jew ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 11b (ġdid)
Artikolu 11b
Rieżami
1.   L-ammonti tal-multi applikabbli skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. L-għan tal-proċedura ta' rieżami għandu jkun li jiġi żgurat li l-ammonti tal-multi imposti taħt l-Unjoni Doganali jkunu aktar konverġenti, bl-għan li tiġi armonizzata l-operazzjoni tagħha.
2.   Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri għall-ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6.
3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.
_______________
1 Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 11c (ġdid)
Artikolu 11c
Soluzzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta' soluzzjoni bħala proċedura li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidħlu fi ftehim mal-persuna responsabbli għall-ksur sabiex tissolva l-kwistjoni ta' ksur doganali bħala alternattiva għat-tnedija jew it-tkomplija ta' proċedimenti ġudizzjarji, sakemm dik il-persuna taċċetta sanzjoni li tkun infurzabbli immedjatament.
Madankollu, ladarba jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu soluzzjoni biss bil-qbil tal-awtorità ġudizzjarja.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida dwar il-proċeduri ta' soluzzjoni biex ikun żgurat li persuna responsabbli għal ksur tingħata l-opportunità ta' ftehim b'konformità mal-prinċipju tat-trattament indaqs u b'mod trasparenti, u li kwalunkwe soluzzjoni konkluża tinkludi l-pubblikazzjoni tal-eżitu tal-proċedura.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 12
Artikolu 12
imħassar
Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat biex jiġu imposti s-sanzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell tas-sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun xieraq:
(a)  is-serjetà u t-tul ta' żmien tal-ksur doganali;
(b)  il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ksur doganali tkun operatur ekonomiku awtorizzat;
(c)  l-ammont ta' dazju evaż fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;
(d)  il-fatt li l-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 267(3)(e) tal-Kodiċi jew tkun ta' riskju għas-sigurtà pubblika;
(e)  il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;
(f)  ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Konformità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li linji gwida u pubblikazzjonijiet dwar kif wieħed jikkonforma u jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni jkunu disponibbli għall-partijiet interessati f'forma faċilment aċċessibbli, li tinftiehem u aġġornata.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 13
Artikolu 13
Limitazzjoni
Artikolu 13
Limitazzjoni
1.  L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun erba' snin u jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-bidu ta' proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 jkun erba' snin u li jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.
2.  L-Istati Membri jiżguraw li, fil-każ ta' ksur doganali kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta' limitazzjoni jibda jiddekorri mill-jum li fih l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur doganali jkun waqaf.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' ksur doganali kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta' limitazzjoni jibda jiddekorri mill-jum li fih l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur doganali jkun waqaf.
3.  L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali. Il-perjodu ta' limitazzjoni jibda jiddekorri fil-jum tal-att interruttiv.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali, jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur. Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibqa' jiddekorri fil-jum li fih l-att interruttiv jiġi fi tmiemu.
4.  L-Istati Membri jiżguraw li l-bidu jew il-kontinwazzjoni ta' kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun prekluż wara l-iskadenza ta' perjodu ta' tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2.
4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 jew 6 jkun preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, wara l-iskadenza ta' perjodu ta' tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu.
5.  L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni li timponi sanzjoni huwa ta' tliet snin. Dan il-perjodu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċizjoni ssir finali.
5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni li timponi sanzjoni huwa ta' tliet snin. Dan il-perjodu għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċizjoni ssir finali.
6.  L-Istati Membri jistipulaw il-każijiet fejn il-perjodi ta' limitazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 4 u 5 jiġu sospiżi.
6.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-każijiet fejn il-perjodi ta' limitazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 4 u 5 jiġu sospiżi.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1
L-Istati Membri jikkooperaw u jpartu kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, b'mod partikolari fil-każ li iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti.
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jiskambjaw kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6, b'mod partikolari f'każijiet li fihom iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti. L-għan tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jkun li tiżdied l-effettività tal-kontrolli doganali fuq il-merkanzija u li jiġu armonizzati l-proċeduri fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jinħolqu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni applikabbli għall-kontrolli doganali u s-sanzjonijiet, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-koordinazzjoni tat-taħriġ tal-uffiċjali doganali.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 17
Artikolu 17
Artikolu 17
Sekwestru
Sekwestru
L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li temporanjament jissekwestraw kull merkanzija, mezzi ta' trasport u kull strument ieħor użat biex jitwettaq ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li temporanjament jissekwestraw kull merkanzija, mezzi ta' trasport jew strument ieħor użat biex jitwettaq ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6. Jekk, wara l-impożizzjoni ta' sanzjoni, Stat Membru b'mod permanenti jikkonfiska merkanzija bħal din, jista' jagħżel li jeqred, jerġa' juża jew jirriċikla l-merkanzija, kif ikun xieraq.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)
Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-elementi l-oħra tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, bħas-superviżjoni, il-kontroll, u l-investigazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tissupplimenta din id-Direttiva.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 18a (ġdid)
Artikolu 18a
Rappurtar mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni statistika rigward il-ksur u li turi liema sanzjonijiet ġew imposti b'riżultat ta' dak il-ksur, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni hekk provduta għandha tintbagħat kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tuża din id-data meta tirrevedi din id-Direttiva sabiex tapprossima aħjar is-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0239/2016).

Avviż legali - Politika tal-privatezza