Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0340(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0269/2016

Testi mressqa :

A8-0269/2016

Dibattiti :

PV 25/10/2016 - 17
CRE 25/10/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 26/10/2016 - 6.5
CRE 26/10/2016 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0414

Testi adottati
PDF 323kWORD 47k
L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu
L-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tal-entitajiet tas-settur pubbliku ***II
P8_TA(2016)0414A8-0269/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (09389/1/2016 – C8-0360/2016 – 2012/0340(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09389/1/2016 – C8-0360/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013(1),

–  wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0721),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0269/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116.
(2) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0158.

Avviż legali - Politika tal-privatezza