Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess tal-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (COM(2016)0452 – C8-0333/2016 – 2016/0209(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0452),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0333/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0326/2016),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa -1 (ġdid)
(-1) Ir-rwol ta' veikoli, kontijiet u kumpaniji bbażati f'rifuġji fiskali u f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx irriżulta bħala d-denominatur komuni f'firxa wiesgħa ta' operazzjonijiet, ġeneralment identifikati a posteriori, li jaħbu l-frodi tat-taxxa, il-ħarba ta’ kapital u l-prattiki ta' ħasil tal-flus. Dan il-fatt fih innifsu għandu jesiġi azzjoni politika u diplomatika bl-għan li jinqerdu ċ-ċentri offshore fuq livell globali.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE11 kif emendata bid-Direttiva 2014/107/UE12 tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 għal 27 Stat Membru u mill-1 ta' Jannar 2017 għall-Awstrija. Din id-Direttiva timplimenta l-Istandard Globali għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet tat-Taxxa ("l-Istandard Globali") fl-Unjoni. Bħala tali, tiżgura li informazzjoni dwar Detenturi ta' Kontijiet Finanzjarji tiġi rapportata lill-Istat Membru fejn id-Detentur tal-Kontijiet ikun residenti.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE11 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE12 tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 għal 27 Stat Membru u mill-1 ta' Jannar 2017 għall-Awstrija. Din id-Direttiva timplimenta l-Istandard Globali għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet tat-Taxxa ("l-Istandard Globali") fl-Unjoni. Bħala tali, tiżgura li informazzjoni dwar Detenturi ta' Kontijiet Finanzjarji tiġi rapportata lill-Istat Membru fejn id-Detentur tal-Kontijiet ikun residenti, bl-għan li jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
__________________
__________________
11 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
11 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
12 Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
12 Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdid)
(1a) Il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, anke b'rabta mal-ħasil tal-flus, hija prijorità assoluta għall-Unjoni.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Biex jiżguraw monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni minn Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta stabbiliti fid-Direttiva 2011/16/UE, l-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġu aċċess għall-informazzjoni dwar l-AML. Fl-assenza ta' dan l-aċċess, dawk l-awtoritajiet ma jkunux jistgħu jimmonitorjaw, jikkonfermaw u jawditjaw li l-Istituzzjonijiet Finanzjarji japplikaw id-Direttiva 2011/16/UE b'mod xieraq billi jidentifikaw b'mod korrett u jirrapportaw is-sidien benefiċjarji ta' strutturi intermedjarji.
(3) Biex jiżguraw monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni minn Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta stabbiliti fid-Direttiva 2011/16/UE, l-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġu aċċess rapidu u komplet għall-informazzjoni dwar l-AML u jeħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għadd suffiċjenti ta' persunal b'ħiliet xierqa biex iwettaq dak il-kompitu u bil-kapaċità li jiskambja tali informazzjoni.Dak l-aċċess għandu jkun ir-riżultat ta' skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni. Fl-assenza ta' dan l-aċċess u tal-persunal xieraq, dawk l-awtoritajiet ma jkunux jistgħu jimmonitorjaw, jikkonfermaw u jawditjaw li l-Istituzzjonijiet Finanzjarji japplikaw id-Direttiva 2011/16/UE b'mod xieraq billi jidentifikaw b'mod korrett u jirrapportaw is-sidien benefiċjarji ta' strutturi intermedjarji.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdid)
(3a) Ir-rabta osservata bejn l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus tesiġi li jiġu sfruttati, sal-massimu possibbli, is-sinerġiji li joriġinaw mill-kooperazzjoni domestika, tal-Unjoni u internazzjonali bejn l-awtoritajiet differenti involuti fil-ġlieda kontra dawn ir-reati u l-abbużi. Kwistjonijiet bħat-trasparenza dwar is-sjieda benefiċjarja jew il-punt sa liema entitajiet bħall-professjonijiet legali huma soġġetti għall-qafas AML f'pajjiżi terzi huma kruċjali biex tittejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Unjoni li jindirizzaw l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 3b (ġdid)
(3b) Ir-revelazzjonijiet ta' Swissleaks, LuxLeaks, Panama Papers u Bahamas Leaks, li huma manifestazzjonijiet individwali ta' fenomenu globali, ikkonfermaw il-ħtieġa assoluta ta' trasparenza akbar fil-qasam tat-taxxa u ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni ferm aktar mill-qrib bejn il-ġurisdizzjonijiet.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 3c (ġdid)
(3c) L-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-taxxa huwa rikonoxxut internazzjonalment, fil-livell tal-G20, tal-OECD u tal-Unjoni, bħala l-aktar strument effikaċi fil-kisba ta' trasparenza internazzjonali fil-qasam tat-taxxa. Fil-komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' Lulju 2016 dwar miżuri ulterjuri biex jittejbu t-trasparenza u l-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa1a, il-Kummissjoni sostniet li "hemm każ aktar b'saħħtu għall-estensjoni ulterjuri tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, biex din tkopri l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja" u li "l-iskambju ta' informazzjoni awtomatiku dwar is-sjieda benefiċjarja jista' [...] jiġi integrat fil-qafas dwar it-trasparenza tat-taxxa vinkolanti diġà fis-seħħ fl-UE". Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha diġà qed jieħdu sehem fi proġett pilota dwar l-iskambju ta' informazzjoni li tikkonċerna s-sidien benefiċjarji aħħarin ta' ditti u fondi fiduċjarji.
(4) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat l-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għall-informazzjoni, proċeduri, dokumenti u mekkaniżmi dwar l-AML għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni xierqa tad-Direttiva 2011/16/UE.
(4) Ir-regoli tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra, il-ħasil tal-flus matul iż-żmien inkorporaw bidliet fl-istandards internazzjonali, bl-għan li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ffaċċjati f'livell globali, b'mod partikolari minħabba r-rabtiet bejn il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat l-aċċess dirett u ffaċilitat mill-awtoritajiet tat-taxxa għall-informazzjoni, proċeduri, dokumenti u mekkaniżmi dwar l-AML għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni xierqa tad-Direttiva 2011/16/UE u għall-funzjonament tal-forom kollha ta' kooperazzjoni amministrattiva msemmija f'dik id-Direttiva, u li dik l-informazzjoni, meta jkun rilevanti, tiġi inkluża fl-iskambji awtomatiċi bejn l-Istati Membri, u li jingħata aċċess lill-Kummissjoni, fuq bażi kunfidenzjali.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 4b (ġdid)
(4b) Barra minn hekk, huwa importanti li l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom fis-seħħ sistemi adegwati tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) li jkunu jistgħu jirrintraċċaw attivitajiet ta' ħasil tal-flus fi stadju bikri. F'dak ir-rigward, l-awtoritajiet tat-taxxa għandu jkollhom riżorsi adegwati ta' persunal u ICT li jkunu jistgħu jlaħħqu mal-ammont kbir ta' informazzjoni dwar l-AML li għandha tiġi skambjata bejn l-Istati Membri.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 4c (ġdid)
(4c) Barra minn hekk, minħabba li l-iskambju ta' informazzjoni mtejjeb u l-kxif ta' informazzjoni żiedu l-iskambju spontanju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni, huwa importanti ħafna li l-Istati Membri jinvestigaw u jaġixxu fir-rigward ta' kull aġir illeċitu potenzjali.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 4d (ġdid)
(4d) Peress li l-informazzjoni dwar l-AML f'ħafna każijiet tkun ta' natura transfruntiera, għandha tiġi inkluża, meta jkun rilevanti, fl-iskambju awtomatiku bejn l-Istati Membri u għandha tkun disponibbli, fuq talba, għall-Kummissjoni fil-qafas tas-setgħa tagħha li tinforza r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, minħabba l-kumplessità u l-ħtieġa li tiġi vverifikata l-affidabbiltà ta' din l-informazzjoni, bħal fil-każ ta' data dwar is-sjieda benefiċjarja, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jikkooperaw fl-inkjesti transfruntieri.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 4e (ġdid)
(4e) Skambju ta' informazzjoni awtomatiku, obbligatorju u kontinwu fil-qasam tat-tassazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet kompetenti huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata trasparenza massima u jkun hemm strument bażiku għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra mġiba frodulenti ta' kull tip.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 4f (ġdid)
(4f) Fid-dawl tan-natura globali tal-attivitajiet kontra l-ħasil tal-flus, il-kooperazzjoni internazzjonali hija fundamentali għal ġlieda effikaċi u effiċjenti kontra tali attivitajiet.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Ladarba l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri u l-monitoraġġ effettiv tagħha skont kundizzjonijiet kompatibbli mal-funzjonament xieraq tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba fl-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
(6) Ladarba l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri u l-monitoraġġ effettiv tagħha skont kundizzjonijiet kompatibbli mal-funzjonament xieraq tas-suq intern sabiex tiġi miġġielda l-frodi tat-taxxa, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba fl-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Id-diliġenza dovuta tal-konsumatur imwettqa minn Istituzzjonijiet Finanzjarji skont id-Direttiva 2011/16/UE diġà bdiet u l-ewwel skambji tagħha għandhom jiġu finalizzati sa Settembru 2017. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dewmien fil-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni, din id-Direttiva Emendatorja għandha tidħol fis-seħħ u tiġi trasposta sal-1 ta' Jannar 2017.
(7) Id-diliġenza dovuta tal-konsumatur imwettqa minn Istituzzjonijiet Finanzjarji skont id-Direttiva 2011/16/UE diġà bdiet u l-ewwel skambji tagħha għandhom jiġu finalizzati sa Settembru 2017. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dewmien fil-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni, din id-Direttiva Emendatorja għandha tidħol fis-seħħ u tiġi trasposta sal-1 ta' Jannar 2018.
(-1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-taxxi kollha ta' kwalunkwe tip intaxxati minn jew f'isem Stat Membru jew is-suddiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali.
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-taxxi kollha ta' kwalunkwe tip intaxxati minn jew f'isem Stat Membru jew is-suddiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, kif ukoll għas-servizzi ta' kambju ta' muniti virtwali u għall-fornituri ta' portafolli ta' kustodja.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a (ġdid)
(-1a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 8a
L-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru, fi żmien tliet xhur mill-ġbir tagħhom, għandhom jiskambjaw awtomatikament id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22 ta' din id-Direttiva ma' kull Stat Membru ieħor dment li s-sid benefiċjarju ta' ditta jew, fil-każ ta' fond fiduċjarju, is-settlor, wieħed mit-trustees, il-protettur (meta jkun rilevanti), benefiċjarju, jew kwalunkwe persuna oħra li teżerċita kontroll effettiv fuq il-fond fiduċjarju, jew, fl-aħħar nett, id-detentur ta' kont imsemmi fl-Artikolu 32a tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikunu kontribwenti f'dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tingħata aċċess għall-ikkompletar tal-missjonijiet tagħha, fuq bażi kunfidenzjali."
(1a) Għall-finijiet tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet tal-Istati Membri li jagħtu effett lil din id-Direttiva, u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kooperazzjoni amministrattiva li din tistabbilixxi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu bil-liġi l-aċċess minn awtoritajiet tat-taxxa għall-mekkaniżmi, il-proċeduri, id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 13, 30, 31, 32a u 40 tad-Direttiva 2015/849/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*..
1a. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet tal-Istati Membri li jagħtu effett lil din id-Direttiva, u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kooperazzjoni amministrattiva li din tistabbilixxi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu bil-liġi l-aċċess tal-awtoritajiet tat-taxxa għar-reġistri ċentrali, il-mekkaniżmi, il-proċeduri, id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-artikoli 7, 13, 18, 18a, 19, 27, 30, 31, 32a, 40, 44 u 48 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Tali aċċess għandu jkun ir-riżultat ta' skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu wkoll l-aċċess għal dik l-informazzjoni billi jinkluduha f'reġistru pubbliku ċentralizzat ta' kumpaniji, fondi fiduċjarji u strutturi oħra li n-natura jew l-iskop tagħhom ikunu simili jew ekwivalenti
___________________
__________________
* Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
* Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(1a) Fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"1b. Għall-fini tal-użu effettiv tad-data skambjata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha skambjata u miksuba tiġi investigata fi żmien debitu, kemm jekk dik l-informazzjoni tkun inkisbet mill-awtoritajiet fuq talba, permezz ta' skambju spontanju ta' informazzjoni minn Stat Membru ieħor, jew minn kxif ta' informazzjoni pubblika. Jekk Stat Membru jonqos milli jagħmel dan f'perjodu ta' żmien meħtieġ mil-liġi nazzjonali, għandu jikkomunika pubblikament ir-raġunijiet għal dan in-nuqqas lill-Kummissjoni."
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.