Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0197(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0296/2016

Testi mressqa :

A8-0296/2016

Dibattiti :

PV 23/11/2016 - 15
CRE 23/11/2016 - 15

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2016 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0447

Testi adottati
PDF 345kWORD 49k
Il-Ħamis, 24 ta' Novembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Assistenza makrofinanzjarja lill-Ġordan ***I
P8_TA(2016)0447A8-0296/2016
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-proposta għal deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2016)0431 – C8-0242/2016 – 2016/0197(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0431),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0242/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Novembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0296/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 218, 14.8.2013, p. 15.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Novembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
P8_TC1-COD(2016)0197

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2016/2371.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Fid-dawl tal-isfidi fiskali u ċ-ċirkustanzi straordinarji li qiegħed jiffaċċja l-Ġordan minħabba li qiegħed jospita iktar minn 1,3 miljun Sirjan, il-Kummissjoni ser, fl-2017, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta ġdida sabiex testendi u żżid l-AMF lill-Ġordan, malli titlesta b'suċċess it-tieni AMF u dment li jkunu ssodisfati l-prekundizzjonijiet tas-soltu għal dan it-tip ta’ assistenza, inkluża valutazzjoni aġġornata mill-Kummissjoni tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Ġordan. Din l-għajnuna kritika għall-Ġordan tgħin lill-pajjiż iżomm l-istabbiltà makroekonomika filwaqt li jżomm ukoll il-gwadanji fl-iżvilupp u jkompli bl-aġenda tar-riforma tal-pajjiż.

Avviż legali - Politika tal-privatezza