Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2256(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0347/2016

Testi mressqa :

A8-0347/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0467

Testi adottati
PDF 412kWORD 49k
Il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2016 - Brussell Verżjoni finali
Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2016
P8_TA(2016)0467A8-0347/2016
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016 (COM(2016)0624 – C8-0399/2016 – 2016/2256(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0624 – C8-0399/2016 ),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2) , u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, propost mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2016 (COM(2016)0623),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Novembru 2016 (13583/2016 – C8-0459/2016),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, adottata fl-1 ta' Diċembru 2016(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0347/2016),

A.  billi l-Kummissjoni pproponiet, mal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, li jiġi mmobilizzat ammont ta' EUR 240,1 miljun mill-Marġni ta' Kontinġenza għall-2016 sabiex jikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' impenn relatati man-nefqa fl-intestatura 3 'Sigurtà u ċittadinanza' fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 48, 24.2.2016, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0468.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016

(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/339.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza