Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10711/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (11692/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0332/2016),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2016(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0321/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.