Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0028(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0373/2016

Testi mressqa :

A8-0373/2016

Dibattiti :

PV 12/12/2016 - 10
CRE 12/12/2016 - 10

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0497

Testi adottati
PDF 405kWORD 50k
L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Is-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija ***II
P8_TA(2016)0497A8-0373/2016
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (11198/1/2016 – C8-0425/2016 – 2013/0028(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11198/1/2016 – C8-0425/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tan-Netherlands u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands, mill-Kunsill Federali tal-Awstrija u mill-Parlament Żvediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0028),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0373/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala ‘r-Regolament van de Camp-Dijksma fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija’(4);

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0148.
(4) Wim van de Camp u Sharon Dijksma wettqu n-negozjati dwar l-att, għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar it-trasferiment tal-persunal

Skont il-premessa 14 u l-Artikolu 4, il-paragrafi 4a, 4b u 6, l-Istati Membri jeħtiġilhom jirrispettaw bis-sħiħ id-Direttiva 2001/23/KE rigward is-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi u huma intitolati li jmorru lil hinn mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva billi jieħdu miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tal-persunal f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, bħar-rekwiżit ta' trasferiment obbligatorju tal-persunal anke jekk id-Direttiva 2001/23/KE ma tkunx tapplika.

Avviż legali - Politika tal-privatezza