Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (D047308/01 – 2016/3010(RSP))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (D047308/01),
– wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità(1), u b'mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 u l-Artikolu 18(2) tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 tal-11 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa(4);
– wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tat-30 ta' Jannar 2014(5),
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandha l-għan li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE; billi d-Direttiva 2000/29/KE se titħassar u tiġi sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti hekk kif ir-regolament isir applikabbli;
B. billi l-abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tmur kontra l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 2016/2031, peress li timmina r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċertu frott suxxettibbli għall-pesti, b'mod partikolari fir-rigward tat-tikek suwed fuq iċ-ċitru u l-kankru taċ-ċitru (Xanthomonas citri);
1. Iqis li l-abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-Dritt tal-Unjoni, fis-sens li mhuwiex kompatibbli mal-objettiv tar-Regolament (UE) Nru 2016/2031, li huwa li jiġu determinati r-riskji fitosanitarji maħluqa minn kwalunkwe speċi, varjant jew bijotip ta' aġenti patoġeniċi, annimali jew pjanti parassiti noċivi għall-pjanti jew għall-prodotti mill-pjanti ("pesti") u miżuri li jnaqqsu dawn ir-riskji għal livell aċċettabbli; ifakkar, f'dan ir-rigward, li r-Regolament (UE) Nru 2016/2031, hekk kif isir applikabbli (jiġifieri fl-14 ta' Diċembru 2019), se jħassar u jissostitwixxi d-Direttiva 2000/29/KE;
2. Jitlob lill-Kummissjoni temenda l-abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni tagħha(6) kif ġej:
Abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni
Modifika
Modifika 1 Abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni Anness – paragrafu 4(a)(i) – punt 6 – punt 16.2. – punt (e)
or
imħassar
(e) in the case of fruits destined for processing, official inspections prior to export have shown that the fruits are free from symptoms of Xanthomonas citri pv. citri and Xanthomonas citri pv. aurantifolii,
and
transport and processing takes place under conditions, approved in accordance with the procedure referred to in Article 18(2).
Modifika 2 Abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni Anness – paragrafu 4(a)(i) – punt 7 – punt 16.4. – punt (d) – punt 4a (ġdid)
L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat li joriġina f'pajjiżi terzi
Frott speċifikat li joriġina f'pajjiżi terzi għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, bl-inklużjoni tal-elementi li ġejjin taħt l-intestatura "Dikjarazzjoni addizzjonali":
(i) dikjarazzjoni li l-frott joriġina f'erja ta' produzzjoni li kienet ġiet soġġetta għal trattamenti xierqa kontra l-Phyllosticta citricarpa u metodi ta' kultivazzjoni mwettqa fi żmien debitu mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni, li għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2);
(ii) dikjarazzjoni li tkun saret ispezzjoni uffiċjali adegwata fl-erja ta' produzzjoni waqt l-istaġun tat-tkabbir, u li ma jkun instab l-ebda sintomu ta' Phyllosticta citricarpa fil-frott speċifikat mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;
(iii) dikjarazzjoni li jkun ittieħed kampjun tul iż-żmien bejn il-wasla u l-ippakkjar fil-faċilitajiet ta' ppakkjar ta' mill-inqas 600 frotta ta' kull speċi għal kull 30 tunnellata, jew parti minnha, magħżula kemm jista' jkun abbażi ta' kwalunkwe sintomu possibbli ta' Phyllosticta citricarpa, u l-frott kollu li jkun ittieħed kampjun tiegħu u li juri sintomi jkun ġie eżaminat u misjub ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara;
(iv) fil-każ ta' Citrus sinensis (L.) Osbeck 'Valencia', flimkien mad-dikjarazzjonijiet imsemmija f'(a), (b) u (c): dikjarazzjoni li kampjun għal kull 30 tunnellata, jew parti minnu, ikun ġie ttestjat għal infezzjoni moħbija u misjub ħieles minn Phyllosticta citricarpa.
Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ispezzjoni ta' frott speċifikat li joriġina f'pajjiżi terzi fi ħdan l-Unjoni
Frott speċifikat li joriġina f'pajjiżi terzi għandu jiġi spezzjonat viżwalment fil-punt tad-dħul jew fil-post ta' destinazzjoni stabbilit f'konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru fuq kampjuni ta' 200 frotta ta' kull speċi ta' frott speċifikat, f'lottijiet ta' 30 tunnellata, jew parti minnhom, magħżula abbażi ta' kwalunkwe sintomu possibbli ta' Phyllosticta citricarpa. Jekk sintomi ta' Phyllosticta citricarpa jiġu identifikati waqt l-ispezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-preżenza ta' dak l-organiżmu ta' ħsara għandha tiġi kkonfermata jew imwarrba permezz tal-ittestjar tal-frott li juri sintomi. Jekk il-preżenza ta' Phyllosticta citricarpa tkun konfermata, il-lott li jkun ittieħed minnu l-kampjun għandu jkun soġġett għal rifjut ta' dħul fl-Unjoni.
Rekwiżiti ta' traċċabbiltà
Għal finijiet ta' traċċabbiltà, il-frott speċifikat għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) l-erja ta' produzzjoni, il-faċilitajiet tal-ippakkjar, l-esportaturi u kwalunkwe operatur ieħor involut fit-trattament tal-frott speċifikat ikunu ġew irreġistrati uffiċjalment għal dak il-għan;
(ii) matul il-passaġġ tiegħu mill-erja ta' produzzjoni sal-punt tad-dħul fl-Unjoni, il-frott speċifikat ikun ġie akkumpanjat b'dokumenti maħruġin taħt is-sorveljanza tal-Organizzazzjoni nazzjonali tal-Protezzjoni tal-Pjanti;
(iii) fil-każ tal-frott speċifikat li joriġina f'pajjiżi terzi, minbarra l-punti (a) u (b), tkun inżammet informazzjoni dettaljata dwar it-trattamenti ta' qabel u ta' wara l-ħsad
Modifika 3 Abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni Anness – paragrafu 4(a)(i) – punt 7 – punt 16.4. – punt (e)
or
imħassar
(e) in the case of fruits destined for processing, official visual inspections prior to export have shown that the fruits are free from symptoms of Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa,
and
a statement that the specified fruits originate in a field of production subjected to appropriate treatments against Phyllosticta citricarpa carried out at the appropriate time is included in the certificates referred to in Article 13(1)(ii) under the rubric “Additional declaration”,
and
transport and processing takes place under conditions, approved in accordance with the procedure referred to in Article 18(2).
Modifika 4 Abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni Anness – paragrafu 4(a)(i) – punt 8 – punt 16.4. – punt (d)
(d) have been subjected to an effective treatment to ensure freedom from Thaumatotibia leucotreta (Meyrick). The treatment data to be indicated on the certificates referred to in Article 13(1) (ii).
(d) ġew soġġetti għal trattament effettiv biex jassiguraw il-ħelsien minn Thaumatotibia leucotreta (Meyrick). Fil-każ ta' frott ta' Citrus L., għajr Citrus limon (L.) Osbeck. u Citrus aurantifolia (Christm.) Swingle, dikjarazzjoni uffiċjali li l-frott ikun ġie suġġett għal trattament bil-kesħa (24 jum f'0.55°C bi 3 ijiem ta' tkessiħ minn qabel) jew għal trattament alternattiv, sostenibbli u effettiv li għandu l-istess effett, u li jkun ġie vvalidat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), abbazi ta’ valutazzjoni tal-EFSA, biex tiġi żgurata l-assenza ta' Thaumatotibia leucotreta (Meyrick). Id-dejta dwar it-trattament li għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Scientific opinion, on request from the European Commission (Question No EFSA-Q-2013-00334), on the risk of Phyllosticta citricarpa (Guignardia citricarpa) for the EU territory with identification and evaluation of risk reduction options. EFSA Journal 2014; 12(2): 3557.
Il-Kummissjoni ttrażmettiet biss il-verżjoni Ingliża tal-abbozz ta' direttiva ta' implimentazzjoni tagħha lill-Parlament, peress li l-abbozz ma kienx ġie tradott fil-lingwi uffiċjali l-oħra.