Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 5 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu
L-adeżjoni tal-Perù mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 L-adeżjoni tal-Każakistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 I-għanijiet globali u l-impenji tal-UE rigward in-nutrizzjoni u s-sigurtà tal-ikel fid-dinja
 L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Eurojust
 Bżonn ta' politika ta' reindustrijalizzazzjoni Ewropea fid-dawl tal-każijiet reċenti Caterpillar u Alstom

L-adeżjoni tal-Perù mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 252kWORD 47 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Perù mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0367 – C8-0234/2016 – 2016/0168(NLE))
P8_TA(2016)0372A8-0267/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0367),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38, paragrafu erbgħa, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0234/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0267/2016),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lir-Repubblika tal-Awstrija u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Perù għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Perù, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


L-adeżjoni tal-Każakistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 251kWORD 47 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0368 – C8-0232/2016 – 2016/0169(NLE))
P8_TA(2016)0373A8-0268/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0368),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38, paragrafu erbgħa, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0232/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0268/2016),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Każakistan għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Każakistan, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 250kWORD 47 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0372 – C8-0233/2016 – 2016/0173(NLE))
P8_TA(2016)0374A8-0266/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0372),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38, paragrafu erbgħa, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0233/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0266/2016),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


I-għanijiet globali u l-impenji tal-UE rigward in-nutrizzjoni u s-sigurtà tal-ikel fid-dinja
PDF 321kWORD 63 63k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-passi li jmiss biex jintlaħqu l-għanijiet globali u l-impenji tal-UE rigward in-nutrizzjoni u s-sigurtà tal-ikel fid-dinja (2016/2705(RSP))
P8_TA(2016)0375B8-1042/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha, li jirrikonoxxi d-dritt għall-ikel bħala parti mid-dritt għal livell ta' għajxien adegwat,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu li jirrikonoxxi d-dritt għal livell ta' għajxien adegwat, inkluż ikel adegwat, kif ukoll id-dritt fundamentali li dak li jkun ma jbatix il-ġuħ,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali adottat fl-2008, li jinforza d-dritt għall-ikel fil-livell internazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar is-Sigurtà Alimentari Dinjija, adottata fis-Summit Dinji dwar l-Ikel tal-1996 f'Ruma li tlaqqa' mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar id-Dritt għall-Ikel, adottati mill-FAO fl-2004, li joffru gwida lill-istati dwar il-mod kif jimplimentaw l-obbligi tagħhom fil-qasam tad-dritt għall-ikel,

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-FAO intitolat "Global food losses and food waste" ("It-telf u l-ħela tal-ikel fuq livell globali"), ippubblikat fl-2011, li jipprovdi informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta' ikel li jinħela u jintilef kull sena,

–  wara li kkunsidra t-Tieni Konferenza Internazzjonali dwar in-Nutrizzjoni, li saret f'Ruma mid-19 sal-21 ta' Novembru 2014, u d-Dokumenti ta' Eżitu tagħha, jiġifieri d-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar in-Nutrizzjoni u l-Qafas għal Azzjoni dwar is-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni fi Kriżijiet Imtawla,

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta' L'Aquila dwar is-Sigurtà Alimentari varata mill-G8 fl-2009,

–  wara li kkunsidra l-moviment Scaling Up Nutrition (SUN), li għandu l-għan li jisfrutta l-kapaċità u r-rieda tal-partijiet ikkonċernati internazzjonali biex jingħata appoġġ lill-inizjattivi u lill-prijoritajiet immexxija mill-gvernijiet nazzjonali maħsuba biex jindirizzaw b'mod determinat in-nutrizzjoni insuffiċjenti,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni Nru 65.6 tal-2012 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (WHA) dwar "Comprehensive implementation plan on maternal, infant and young child nutrition" ("Pjan ta' implimentazzjoni komprensiv dwar in-nutrizzjoni materna, tat-trabi u tat-tfal żgħar"),

–  wara li kkunsidra l-Isfida Żero Ġuħ tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li ġiet imnedija f'Rio+20, li tistieden lill-gvernijiet, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet reliġjużi, is-settur privat u l-istituzzjonijiet ta' riċerka jingħaqdu biex itemmu l-ġuħ u jeliminaw l-agħar suriet ta' malnutrizzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/70/259 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-1 ta' April 2016, intitolata "United Nations Decade of Action on Nutrition (2016-2025)" ("Għaxar Snin ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nutrizzjoni (2016–2025)"), li għandha l-għan li tiskatta azzjoni intensifikata biex jintemm il-ġuħ u tiġi eradikata l-malnutrizzjoni fid-dinja kollha, u tiżgura aċċess universali għal dieti aktar tajbin għas-saħħa u sostenibbli għall-bnedmin kollha, huma min huma u jgħixu fejn jgħixu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015, intitolata "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" ("Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli"),

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u n-natura interkonnessa u integrata tagħhom, b'mod partikolari l-SDG 1 (li jinqered il-faqar fis-suriet kollha tiegħu kullimkien), l-SDG 2 (li jintemm il-ġuħ, jintlaħqu s-sigurtà alimentari u nutrizzjoni mtejba u tiġi promossa l-agrikoltura sostenibbli, l-SDG 12 (li jiġu żgurati xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni),

–  wara li kkunsidra s-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp tal-1 ta' Diċembru 2011(1), u b'mod partikolari l-paragrafu 32 tagħha, li jirreferi għall-ħtieġa li jiġi rikonoxxut ir-rwol ċentrali tas-settur privat fl-avvanzar tal-innovazzjoni, il-ħolqien tal-ġid, id-dħul u l-impjiegi, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali u għaldaqstant fil-kontribut għall-qerda tal-faqar (l-SDG 1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li l-azzjoni esterna tal-UE trid tikkontribwixxi għal għanijiet ta' żvilupp sostenibbli, għad-drittijiet tal-bniedem u għall-ugwaljanza bejn is-sessi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jsostni mill-ġdid li l-Unjoni trid tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li hija timplimenta li x'aktarx li jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna għall-Ikel, li ġiet ratifikata mill-Unjoni Ewropea fit-13 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Kumpatt dwar in-Nutrizzjoni Global għat-Tkabbir, approvat waqt is-Summit dwar in-Nutrizzjoni għat-Tkabbir li sar f'Londra fit-8 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2012 intitolata "L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel" (COM(2012)0586),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2013 intitolata, "Intejbu n-Nutrizzjoni Materna u dik tat-Tfal fl-Assistenza Esterna: Qafas Politiku tal-UE" (COM(2013)0141), u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà Alimentari u tan-Nutrizzjoni fl-Assistenza Esterna, tat-28 ta' Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar in-Nutrizzjoni - It-tnaqqis b'7 miljuni sal-2025 tan-numru ta' tfal ta' taħt il-ħames snin li jkollhom twaqqif tal-iżvilupp (SWD(2014)0234), adottata mill-Kummissjoni fl-2014,

–  wara li kkunsidra l-ewwel rapport ta' progress dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar in-Nutrizzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2014, intitolat "L-implimentazzjoni tal-impenji tal-politika tal-UE dwar is-sigurtà alimentari u tan-nutrizzjoni: l-ewwel rapport bijennali." (COM(2014)0712),

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni globali konġunta bejn l-UE, il-FAO, u l-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) ta' Marzu 2016, intitolata "Global analysis of food and nutrition security situation in food crisis hotspots" ("Analiżi globali tas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni f'postijiet fokali ta' kriżi tal-ikel"),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji, tal-Kumitat dwar is-Sigurtà Alimentari Dinjija, dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali tal-11 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Qafas għal Azzjoni dwar is-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni fi Kriżijiet Imtawla (FFA)(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar l-Alleanza l-Ġdida għas-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà alimentari(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar in-nutrizzjoni insuffiċjenti u n-nutrizzjoni ħażina tat-tfal fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar l-Expo Milano 2015: Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja(6),

–  wara li kkunsidra l-Patt ta' Milan dwar il-Politika Alimentari Urbana tal-15 ta' Ottubru 2015(7), kif ġie mressaq mill-Kunsill tal-Belt ta' Milan u ġie ffirmat minn 113-il belt madwar id-dinja, u li tressaq lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, u li jixhed ir-rwol ewlieni li jaqdu l-bliet fit-tfassil tal-politiki alimentari,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar u l-passi li jmiss għall-kisba tal-għanijiet globali u tal-impenji tal-UE dwar in-nutrizzjoni u s-sigurtà alimentari fid-dinja (O-000099/2016 B8-0717/2016),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-SDG 2 u l-għanijiet assoċjati tiegħu għandhom l-għan li jtemmu l-ġuħ u l-malnutrizzjoni sal-2030, speċjalment billi jiġu żgurati opportunitajiet għall-bdiewa ż-żgħar u tiżdied il-produttività tagħhom, u jintlaħaq l-iskop ta' agrikoltura u sistemi alimentari sostenibbli u reżiljenti għall-klima, li huma kapaċi jitimgħu popolazzjoni dinjija li mistennija tkun ta' 8.5 biljun ruħ sal-2030 filwaqt li jiġu mħarsa l-bijodiversità, l-ambjent u l-interessi u l-benesseri tal-bdiewa ż-żgħar;

B.  billi l-bdiewa ż-żgħar, permezz tal-investimenti u l-produzzjoni tagħhom, jikkostitwixxu l-akbar attur tas-settur privat fil-qasam tal-agrikoltura, is-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni;

C.  billi d-dritt tal-bniedem għall-ikel jista' jiġi ssodisfat bis-sħiħ biss meta l-faqar u l-inugwaljanza jitnaqqsu drastikament, l-ugwaljanza tkun żgurata u r-reżiljenza għax-xokkijiet tkun imsaħħa, b'mod partikolari bit-twaqqif ta' xbieki ta' sikurezza soċjali bbażati fuq id-drittijiet u bl-iżgurar tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-gruppi vulnerabbli u l-iżgurar tal-aċċess għall-art u tal-kontroll tal-art, u tal-ġestjoni tar-riżorsi u assi produttivi oħra, għall-bdiewa ż-żgħar u l-komunitajiet tar-raħħala;

D.  billi l-produzzjoni agrikola industrijali wasslet għal żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, għal estensjoni tal-monokulturi u konsegwentement għal telf sinifikanti ta' agrobijodiversità u għal aċċellerazzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija, filwaqt li l-bdiewa familjali u l-bdiewa ż-żgħar urew l-abilità tagħhom li jipprovdu prodotti diversifikati u jżidu l-produzzjoni tal-ikel b’mod sostenibbli permezz ta’ prattiki agroekoloġiċi;

E.  billi għalkemm sar progress fit-tnaqqis tal-malnutrizzjoni dan it-tnaqqis għadu bil-mod u b'mod irregolari wisq, u billi 795 miljun ruħ fid-dinja bħalissa m'għandhomx biżżejjed ikel biex jgħixu ħajja deċenti u attiva; billi wieħed minn kull tliet persuni huma malnutriti f'xi sura jew oħra;

F.  billi fl-2012 l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa approvat sett ta' sitt objettivi globali dwar in-nutrizzjoni għall-2025, jiġifieri li jinkisbu tnaqqis ta' 40 % fl-għadd tat-tfal ta' taħt il-ħames snin li jkollhom twaqqif tal-iżvilupp, tnaqqis ta' 50 % tal-anemija fin-nisa ta' età riproduttiva, tnaqqis ta' 30 % fir-rata tal-piż baxx fit-twelid, prevenzjoni taż-żieda tal-piż żejjed fit-tfulija, żieda ta' mill-inqas 50 % fir-rata tat-treddigħ waħdu fl-ewwel sitt xhur u tnaqqis fl-għelubija fit-tfulija għal inqas minn 5 %;

G.  billi t-treddigħ huwa l-aktar naturali u l-aqwa provvista tal-ikel għat-trabi tat-twelid u għat-tfal żgħar, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda n-nuqqas ta' għarfien tal-prattika u r-riżervi kulturali għadhom jirriżultaw fil-fatt li l-għadd ta' trabi li jiġu mreddgħa huwa wieħed insuffiċjenti;

H.  billi fis-Summit dwar in-Nutrizzjoni għat-Tkabbir fl-2013, l-UE impenjat ruħha li tnaqqas it-twaqqif tal-iżvilupp b'minn tal-inqas 7 miljuni ruħ sal-2025 u wiegħdet EUR 3,5 biljun għall-perjodu 2014-2020 biex tintlaħaq din il-mira;

I.  billi l-konsum ta' dożi inadegwati ta' nutrijenti matul l-ewwel 1 000 jum tal-ħajja ta' tarbija għandu konsegwenzi tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi kruċjali, u billi wieħed minn kull sitt itfal fid-dinja huma taħt il-piż xieraq għalihom, 41 miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin għandhom piż żejjed jew huma obeżi, u l-malnutrizzjoni hija l-kawża ta' madwar 45 % tal-imwiet tat-tfal ta' taħt il-ħames snin, u dan ifisser it-telfa bla bżonn ta' madwar 3 miljun ħajja ta' żagħżugħ u żagħżugħa fis-sena; billi n-nutrizzjoni insuffiċjenti fuq bażi kronika taffettwa madwar 161 miljun tifel u tifla fid-dinja;

J.  billi n-nisa spiss huma aktar vulnerabbli għad-defiċjenza tan-nutrijenti, b'għadd ta' konsegwenzi severi, li jinkludu d-dgħajfien tal-produttività tagħhom u tal-kapaċità tagħhom li jipprovdu għall-familji tagħhom, u allura jibqa' jittawwal iċ-ċiklu interġenerazzjonali ta' malnutrizzjoni;

K.  billi l-popolazzjoni dinjija mistennija li tilħaq it-8,5 biljun ruħ sal-2030;

L.  billi miżuri effettivi biex il-ġlieda kontra l-ħtif tal-art fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż permezz ta' għażliet konkreti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pussess tal-art, huma essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet u l-impenji tal-UE dwar in-nutrizzjoni u s-sigurtà alimentari fid-dinja;

M.  billi n-nutrizzjoni insuffiċjenti u d-dieta fqira huma bil-bosta l-akbar fatturi ta' riskju responsabbli għall-piż globali tal-mard;

N.  billi l-ġlieda kontra l-malnutrizzjoni tinvolvi l-iżvilupp ta' politika agrikola sostenibbli li tipprivileġġja d-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', bil-għan li jiġi fornut ikel nutrittiv u d-dieti jiġu diversifikati; billi, għal dan il-għan, il-kontroll, is-sjieda u l-affordabilità taż-żrieragħ huma essenzjali għar-reżiljenza tas-sigurtà alimentari tal-bdiewa ż-żgħar u l-bdiewa familjali;

O.  billi l-issodisfar tad-dritt għall-ikel jiddependi, fost affarijiet oħra, mill-aċċess għall-art u riżorsi produttivi oħra;

P.  billi l-ftehimiet kummerċjali ta' investiment jista' jkollhom effett detrimentali fuq is-sigurtà alimentari u l-malnutrizzjoni jekk il-kera jew il-bejgħ tar-raba' lill-investituri privati jkollhom ir-riżultat li l-popolazzjonijiet lokali jiġu mċaħħda mill-aċċess għar-riżorsi produttivi indispensabbli għall-għajxien tagħhom, jew jekk ikollhom ir-riżultat li proporzjonijiet kbar ta' ikel jiġu esportati jew mibjugħa fi swieq internazzjonali, u b'hekk l-istat ospitanti tal-esportazzjoni jsir jiddependi aktar mill-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fis-swieq internazzjonali u jsir aktar vulnerabbli għalihom;

Q.  billi l-produzzjoni tal-bijokarburanti daħħlet pressjoni ġdida fis-sistema globali tal-ikel, billi ġabet kompetizzjoni għall-art u għall-ilma;

R.  billi l-produzzjoni insostenibbli tal-produzzjoni tal-laħam għandha impatt negattiv fuq is-sigurtà alimentari; billi terz taċ-ċereali fid-dinja qed jintużaw bħala għalf għall-annimali, filwaqt li l-espansjoni tal-mergħat u l-għelejjel tal-ikel hija għajn maġġuri ta' deforestazzjoni, b'mod speċjali fl-Amerika t'Isfel(8);

S.  billi 240 miljun ruħ f'45 pajjiż b'introjtu baxx u/jew milqut minn kunflitt qed ibatu minn stress alimentari u tal-ilma u 80 miljun huma milquta minn kriżi tal-ikel, inklużi 41,7 miljun ruħ minħabba l-fenomenu El Niño tal-2016, li huwa l-aktar wieħed b'saħħtu li ilu ma jiġi osservat bħalu għexieren ta' snin;

T.  billi skont l-UNICEF, 2 000 tifel u tifla taħt l-età ta' ħames diġà qegħdin imutu kuljum minn mard ikkawżat mit-tniġġis tal-ilma, u billi nofs is-sodod tal-isptar tad-dinja huma okkupati minn nies li qed ibatu minn mard ikkawżat mill-kwalità ħażina tal-ilma tax-xorb;

U.  billi, sal-2050, 70 % tal-popolazzjoni dinjija se tkun qed tgħix fil-bliet u se jkun vitali aktar minn qatt qabel li jkun hemm approċċ magħqud fil-livelli lokali u globali lejn in-nutrizzjoni;

V.  billi s-sigurtà tan-nutrizzjoni hija prekundizzjoni kruċjali tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv, peress li l-konsegwenzi ekonomiċi tal-malnutrizzjoni jistgħu jirrappreżentaw telfiet ta' madwar 10 % tal-PDG kull sena, u billi, skont ir-Rapport Globali dwar in-Nutrizzjoni, tal-2015, maħruġ mill-FAO, kull dollaru minfuq biex jiżdiedu l-interventi fil-qasam tan-nutrizzjoni jipproduċi redditu ta' 16-il dollaru;

W.  billi l-privatizzazzjoni taż-żrieragħ permezz tal-klawżoli tad-dritt ta' proprjetà intellettwali kif ukoll il-GMOs qed jheddu s-sovranità alimentari tal-pajjiżi;

1.  Jafferma mill-ġdid l-importanza ta' azzjonijiet koordinati u aċċellerati b'mod ġenwin fost l-atturi globali, nazzjonali, lokali, governattivi, mhux governattivi u privati, inklużi korpi ta' riċerka xjentifika u industrijali, u fost id-donaturi, biex tiġi indirizzata l-malnutrizzjoni b'tali mod li titwettaq l-Aġenda 2030 u jintlaħaq l-SDG 2 biex jintemm il-ġuħ; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, lill-UE u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżommu lura milli jfasslu strateġiji tan-nutrizzjoni bbażati fuq il-konsum tal-kaloriji waħdu u l-preskrizzjoni ta’ rimedji mediċi (bħalma huma l-pilloli tan-nutrizzjoni), iżda jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-ġuħ u tal-malnutrizzjoni; jenfasizza f’dan ir-rigward ir-rabtiet ta' bejn l-agrikoltura, id-dieti u s-saħħa;

2.  Jinnota li t-tfal fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma mreddgħa minn ommhom għandhom 15-il darba inqas ċans li jmutu bil-pulmonite u 11-il darba inqas ċans li jmutu bid-dijarea minn tfal li ma ġewx imreddgħa;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali, kif ukoll lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimmobilizzaw, mingħajr dewmien, investimenti finanzjarji fuq terminu twil għas-sigurtà alimentari u tan-nutrizzjoni u għal agrikoltura sostenibbli, u jsaħħu s-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni permezz ta' titjib fil-governanza u l-obbligu ta' rendikont u politiki sistemiċi dwar l-ikel u n-nutrizzjoni, li huma bbażati fuq id-drittijiet u li jieħdu inkunsiderazzjoni, minn naħa, id-dimensjoni tal-ġeneru, l-agrikoltura sostenibbli, l-użu u l-aċċess għar-riżorsi naturali, l-ilma pubbliku, is-sanità pubblika u l-iġjene, u, min-naħa l-oħra, it-twaqqif u l-espansjoni ta' xbieki ta' sikurezza soċjali inklużivi, ibbażati fuq id-drittijiet, b'mod partikolari mmirati lejn l-aktar gruppi vulnerabbli u marġinali;

4.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod determinat il-problemi sistemiċi li jiġġeneraw nutrizzjoni fqira fil-forom kollha tagħha; jinnota bi tħassib li, fil-passat, il-promozzjoni ta' agrikoltura mmexxija mill-esportazzjoni operat b'detriment għall-irziezet tal-familja li jipproduċu għelejjel alimentari għall-konsum lokali; iqis li l-investiment mill-ġdid fil-produzzjoni lokali tal-ikel, iffukat b'mod partikolari fuq produtturi tal-ikel fuq skala żgħira u prattiki agroekoloġiċi, huwa kundizzjoni ewlenija għas-suċċess tal-istrateġiji tan-nutrizzjoni; iqis li huwa ugwalment essenzjali li jitwaqqfu skemi ta' protezzjoni soċjali biex jiżguraw li l-individwi kollha jkollhom aċċess għal ikel nutrittiv f'kull ħin;

5.  Jinnota bi tħassib li terz tal-ikel li jiġi prodott madwar id-dinja – madwar 1.3 biljun tunnellata – jinħela; josserva li l-ikbar kwantità tinħela fl-Amerka ta' Fuq u fl-Oċeanja, fejn jispiċċaw fil-ħela kważi 300 kg ta' ikel għal kull persuna; jinnota li b'kollox, l-UE tipproduċi 88 miljun tunnellata ta' skart tal-ikel kull sena, filwaqt li madwar id-dinja, 842 miljun persuna – 12 % tal-popolazzjoni tad-dinja – qed ibatu l-ġuħ; jisħaq fuq il-bżonn li s-sistemi kollha tal-ikel jiġu adattati biex jiġu eliminati t-telf jew il-ħela tal-ikel;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joqogħdu attenti għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp fl-attivitajiet tagħhom u, għaldaqstant, jikkunsidraw ir-ramifikazzjonijiet tal-politiki tagħhom dwar il-kummerċ, l-agrikoltura, l-enerġija, eċċ. għas-sigurtà globali tal-ikel;

7.  Jiddeplora bil-qawwa l-ħtif tal-art imwettaq minn investituri barranin, li qed jagħti daqqa lill-bdiewa lokali żgħar u jikkontribwixxi għall-insigurtà tal-ikel u għall-faqar fil-livell lokali, f'dak reġjonali u f'dak nazzjonali;

8.  Jistieden lill-komunità internazzjonali u lill-UE jaħdmu mal-pajjiżi biex jappoġġjaw id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' miri nazzjonali dwar in-nutrizzjoni speċifiċi għall-kuntest, fattibbli u robusti skont l-SDGs, sabiex inaqqsu t-twaqqif fl-iżvilupp tat-tfal u l-malnutrizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u d-Delegazzjonijiet tal-UE jippromwovu strateġiji u approċċi koordinati ta' nutrizzjoni u ta' sigurtà alimentari immexxija mill-pajjiż u jinkoraġġixxu t-titjib tal-monitoraġġ u l-obbligu ta' rendikont ta' dawn il-pajjiżi sħab;

9.  Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jippromwovu d-"dritt tat-treddigħ" madwar id-dinja u jenfasizzaw l-importanza tat-treddigħ fil-kampanji ta' informazzjoni dwar is-saħħa tat-tfal u dik materna;

10.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu kull sforz biex titqajjem sensibilizzazzjoni pubblika Ewropea dwar il-problema persistenti madwar id-dinja kollha tan-nuqqas ta' nutrizzjoni, li b'mod partikolari taffettwa lit-tfal u lin-nisa;

11.  Jenfasizza li l-produzzjoni lokali tal-ikel għandha tingħata prijorità f'azzjonijiet kontra n-nutrizzjoni insuffiċjenti, u jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġjati l-bdiewa żgħar u l-bdiewa nisa bħala produtturi tal-ikel; jistieden lill-UE tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-bdiewa żgħar fl-iżvilupp ta' swieq lokali, ktajjen ta' valur lokali u faċilitajiet lokali tal-ipproċessar tal-ikel, kif ukoll fl-aċċess għalihom, flimkien mal-politiki tal-kummerċ li jappoġġjaw dawn l-isforzi, bħala parti mill-istrateġija globali tagħha dwar in-nutrizzjoni;

12.  Jindika li, f'kuntest fejn il-biedja konvenzjonali hija kkaratterizzata minn sistema fardgħalla, il-bidla minn sistemi ta' tkabbir ta' prodotti tar-raba' diversifikati għal sistemi ssimplifikati bbażati fuq iċ-ċereali kkontribwixxiet għall-malnutrizzjoni fil-mikronutrijenti f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappella lill-UE tikkommetti ruħha, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Ikel, għal bidla fundamentali lejn l-agroekoloġja bħala mod kif il-pajjiżi jistgħu jitimgħu lilhom infushom u jtejbu n-nutrizzjoni filwaqt li jindirizzaw l-isfidi klimatiċi u tal-faqar; b'mod partikolari, jistieden lill-UE u lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jappoġġjaw id-diversità ġenetika tal-għelejjel tar-raba', jiġifieri permezz tat-twaqqif ta' sistemi ta' skambju taż-żrieragħ lokali, u regolamenti dwar iż-żrieragħ konsistenti mat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u jinvestu f'varjetà wiesgħa ta' għelejjel tal-ikel sustanzjużi, lokali u staġjonali konsistenti ma' valuri kulturali;

13.  Jenfasizza li l-ħtif tal-art li jirriżulta minn akkwisti tal-art fuq skala kbira fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jirrappreżenta theddida ġdida għas-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri konkreti biex jiġi miġġieled il-ħtif tal-art u biex jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni biex jiġi miġġieled il-ħtif tal-art u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Linji Gwida tal-FAO dwar id-Dritt għaż-Żamma ta' Art;

14.  Iħeġġeġ lill-UE tneħħi, b'konformità mal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp, l-inċentivi pubbliċi għall-produzzjoni tal-bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel;

15.  Jisħaq li l-livell ta' investiment fin-nutrizzjoni, għadu essenzjalment inadegwat, b'interventi speċifiċi għan-nutrizzjoni jirċievu 0.57 % biss tal-assistenza globali uffiċjali għall-iżvilupp fl-2014, b'tali mod li ġew koperti 1.4 % biss tal-ħtiġijiet totali;

16.  Jistenna li l-Kummissjoni tonora l-impenn tagħha li tinvesti EUR 3.5 biljun sabiex tnaqqas it-twaqqif fl-iżvilupp tat-tfal b'mill-inqas 7 miljuni sal-2025; jirrimarka li mill-EUR 3.5 biljun mwiegħda, EUR 400 miljun biss huma ddedikati għall-appoġġ ta' inverventi li huma speċifiċi għan-nutrizzjoni, filwaqt li l-EUR 3.1 biljun li jifdal huma previsti għall-interventi sensittivi għan-nutrizzjoni, li jindirizzaw kwistjonijiet relatati bħall-agrikoltura, is-sigurtà alimentari, il-ġeneru, l-ilma, is-sanità, l-iġjene u l-edukazzjoni, iżda li mhux neċessarjament jindirizzaw direttament il-kawżi immedjati tan-nuqqas ta' nutrizzjoni fit-tfal;

17.  Jenfasizza li t-twaqqif tal-iżvilupp tat-tfal, imkejjel bħala li tifel jew tifla huma qosra wisq għall-età tagħhom u li jseħħ meta nutrizzjoni inadegwata kronika u infezzjonijiet ripetuti waqt l-ewwel 1 000 jum ta' ħajja jipprevjenu t-tkabbir u l-iżvilupp normali, huwa wieħed mill-ikbar ostakoli għall-iżvilupp tal-bniedem;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw tmexxija politika tal-UE u jippromwovu, kemm fil-livell globali kif ukoll dak reġjonali, l-ilħuq ta' miri maqbula internazzjonalment dwar in-nutrizzjoni li huma ċari u ambizzjużi; iħeġġeġ lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-Kummissjoni jippromwovu strateġiji koordinati ta' nutrizzjoni u ta' sigurtà alimentari immexxija mill-pajjiż, filwaqt li jintegraw, b'kooperazzjoni ma' pajjiżi sħab, il-miri globali dwar in-nutrizzjoni fil-programmi ta' żvilupp u fl-istrateġiji tal-pajjiż kollha rilevanti;

19.  Jistieden lill-UE tiżgura sistemi tal-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u timplimenta prattiki agrikoli reżiljenti li jżidu l-produttività u l-produzzjoni, tiżgura l-prevenzjoni tad-distorsjonijiet kummerċjali fis-swieq agrikoli dinjija skont il-mandat taċ-Ċiklu ta' Doha għall-Iżvilupp, u tintegra lill-alimentaripajjiżi l-aktar affettwati fis-suq kummerċjali globali ħalli tiġi miġġielda b'mod determinat l-insigurtà ;

20.  Iqis li r-rieżami tal-qafas finanzjarju tal-UE għandu jqis il-fatt li s-sikurezza u s-sigurtà alimentari se jkunu sfidi fis-snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fil-pressjoni fuq ir-riżorsi; jirrimarka li dan jista' jintuża biex jiġu miġġielda t-tendenzi ta' malnutrizzjoni f'pajjiżi barra mill-UE kif ukoll fl-Istati Membri;

21.  Jirrikonoxxi li minbarra t-twaqqif tal-iżvilupp tat-tfal, jeħtieġ li jiġu indirizzati wkoll manifestazzjonijiet oħra ta' malnutrizzjoni bħall-għelubija (piż baxx għall-istatura tat-tifel jew tifla) u d-defiċjenzi tal-mikronutrijenti permezz ta' politiki agrikoli sostenibbli u sistemi tas-saħħa; jirrimarka li l-prevalenza tal-għelubija fin-Nofsinhar tal-Asja hija tant gravi, ta' ftit inqas minn 15 %, li qed toqrob għal-livell ta' problema kritika tas-saħħa pubblika;

22.  Jisħaq li l-għajnuna umanitarja li tindirizza l-problema tal-għelubija jeħtieġ li tkun ikkomplementata bi strateġiji tal-Kummissjoni li jorbtu flimkien l-interventi umanitarji u dawk tal-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefenixxi kontribut mill-programmi tal-iżvilupp għal impenn speċifiku ġdid u mira li tindirizza l-għelubija fit-tfal taħt il-ħames snin b'mod immedjat u effikaċi;

23.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu promossi programmi ta' edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel u l-komunitajiet lokali;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas ta' politika ċar għal aktar appoġġ għax-xbieki ta' sikurezza soċjali nazzjonali, f'konformità ma' impenji nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, li wrew li, f'għadd ta' pajjiżi, huma mezz kruċjali kif tiżdied ir-reżiljenza u titnaqqas il-malnutrizzjoni;

25.  Jenfasizza li t-treddigħ, bħala l-għajn tal-ikel l-aktar naturali u l-aħjar waħda għat-trabi tat-twelid u għat-tfal iż-żgħar, għandu jiġi ggarantit permezz ta’ appoġġ ġenwin lin-nisa permezz tal-iżgurar ta’ livelli tajba ta’ nutrizzjoni u kundizzjonijiet tax-xogħol tajba u billi jsir provvediment għal netwerks ta’ appoġġ soċjali u tal-familja, kif ukoll id-dritt għal-leave tal-maternità mħallas;

26.  Jisħaq li huwa stmat li jinħtieġ investiment addizjonali ta' USD 7 biljun kull sena biex jintlaħqu l-miri globali dwar it-twaqqif tal-iżvilupp fit-tfal, l-anemija fin-nisa u t-treddigħ, u li dan l-investiment jirriżulta fi 3.7 miljun ħajja ta' tifel u tifla salvati, minn tal-inqas 65 miljun tifel u tifla inqas li jbatu minn twaqqif tal-iżvilupp u 265 miljun mara inqas li jbatu minn anemija meta mqabbel mal-2015;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol ta' tmexxija aktar b'saħħtu fil-qasam tas-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni, billi ssaħħaħ l-impenji tagħha permezz ta' impenn addizzjonali ta' EUR 1 biljun li jindirizza interventi speċifiċi għan-nutrizzjoni sabiex tilħaq il-miri dwar in-nutrizzjoni tad-WHA u l-SDGs, u billi tiżviluppa strateġija ċara għal kif qed tippjana li timplimenta u tintegra dawn il-miri fil-pjani u l-politiki tagħha, kif ukoll tipprovdi pjan direzzjonali ċar għall-allokazzjoni tal-fondi mwegħda għall-perjodu 2016-2020;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lid-donaturi tal-Moviment għat-Tisħiħ tan-Nutrizzjoni (Scaling Up Nutrition (SUN)) jkomplu jirrappurtaw regolarment dwar il-progress li sar taħt l-impenji tan-nutrizzjoni għat-tkabbir, bl-użu ta' approċċ metodoloġiku komuni ta' traċċar tar-riżorsi kif maqbul fil-laqgħa tan-Network SUN tal-2013 f'Lusaka;

29.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-politiki kollha tal-UE jiġu allinjati mal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp; jitlob, għalhekk, li l-politika kummerċjali u tal-iżvilupp tal-UE tirrispetta l-ispazju politiku u tal-politika ekonomika tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex huma jkunu jistgħu jistabbilixxu l-politiki meħtieġa biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u d-dinjità għaċ-ċittadini tagħhom, inkluża s-sovranità tal-ikel, filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-produtturi lokali tal-ikel li jkollhom kontroll fuq l-art tagħhom, fuq iż-żrieragħ u fuq l-ilma u jirrifjutaw il-privatizzazzjoni tar-riżorsi naturali;

30.  Jappella biex jiġu żviluppati indikaturi speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-UE, inklużi indikaturi li jintraċċaw l-infiq sensittiv għan-nutrizzjoni u speċifiku għan-nutrizzjoni, billi jiġi rfinat il-kodiċi ta' nutrizzjoni bażika tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD u billi jiġi żviluppat indikatur tad-DAC għall-interventi sensittivi għan-nutrizzjoni; jinsisti, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti miżuri rigorużi ta' monitraġġ u ta' obbligu ta' rendikont, u b'hekk jiġu żgurati t-trasparenza u t-traċċar effikaċi tal-progress;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-bdiewa żgħar fl-esperimentazzjoni u l-adozzjoni ta' prattiki agrikoli aktar reżiljenti u produttivi (dawk li jissodisfaw il-kriterji li huma "intelliġenti fil-livell klimatiku" u agroekoloġikament tajba) li jgħinu biex ireġġgħu lura d-degradazzjoni ambjentali u jtejbu l-affidabilità u l-adegwatezza tal-għajxien agrikolu, kundizzjoni meħtieġa għal sigurtà alimentari u nutrizzjoni mtejba;

32.  Jisħaq li d-dritt għall-ilma jmur id f'id mad-dritt għall-ikel u li r-riżoluzzjoni tan-NU tal-2010 għadha ma ssarfitx f'azzjoni deċiżiva biex tistabbilixxi d-dritt għall-ilma bħala dritt tal-bniedem;

33.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm kooperazzjoni mal-bdiewa dwar varjetajiet ta’ għelejjel affordabbli, adattati lokalment u imtejba, u li tiġi stabbilita kapaċità tal-produzzjoni taż-żerriegħa li tkun bi sjieda domestika u li tkun waħda reżiljenti u li kapaċi tirreaġixxi li tkun tista’ tmantni lilha nnifisha u mhux tiddependi mill-finanzjament tad-donaturi għas-sopravivenza tagħha;

34.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha ma jagħtux l-appoġġ tagħhom għall-uċuħ ġenetikament modifikati (OĠM) meta jkunu qed jissodisfaw l-impenji tagħhom dwar in-nutrizzjoni u s-sigurtà tal-ikel fid-dinja;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni u lil donaturi u korpi oħra biex itejbu l-ġbir ta' data diżaggreggat u komprensiv sensittiv għan-nutrizzjoni sabiex l-azzjonijiet futuri jkunu mmirati aħjar;

36.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jittieħed approċċ olistiku għall-isfida tan-nuqqas ta' nutrizzjoni, li teħtieġ azzjoni f'firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi u soċjali; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tas-sħubijiet diversi tal-partijiet ikkonċernati u r-rwol essenzjali tas-settur privat fit-titjib tas-sigurtà alimentari u ż-żieda fl-interventi speċifiċi għan-nutrizzjoni, b'mod partikolari billi tiġi innovata u jsiru investimenti fl-agrikoltura sostenibbli, u jittejbu l-prattiki soċjali, ekonomiċi u ambjentali fil-biedja u fis-sistemi tal-ikel;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taġixxi bħala promotur fost id-donaturi fil-qerda tal-malnutrizzjoni billi żżid l-isforzi tagħha biex tissodisfa l-impenji tagħha u billi ssemma' l-vuċi tagħha u tagħti l-appoġġ tagħha biex tiżgura li jkun hemm mument biex issir verifika dwar il-progress li jkun sar fil-konfront tal-impenji tan-Nutrizzjoni għat-Tkabbir tal-2013 u biex isiru offerti addizzjonali biex jimtela d-distakk fil-finanzjament tan-nutrizzjoni;

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Unjoni Afrikana, lill-FAO u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

(1) http://www.oecd.org/development/effectiveness/49650173.pdf
(2) FAO (2015), Qafas għal Azzjoni dwar is-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni fi Kriżijiet Imtawla (FFA)
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0247.
(4) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 75.
(5) ĠU C 289, 9.8.2016, p. 71.
(6) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 88.
(7) http://www.foodpolicymilano.org/wp-content/uploads/2015/10/Milan-Urban-Food-Policy-Pact-EN.pdf
(8) Sorsi: Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar id-dritt għall-ikel, Olivier De Schutter, 24 ta' Jannar 2014, http://www.srfood.org/images/stories/pdf/officialreports/20140310_finalreport_en.pdf


L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Eurojust
PDF 263kWORD 50 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Eurojust (2016/2750(RSP))
P8_TA(2016)0376B8-1054/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern tiegħu tal-14 ta' Marzu 2014 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (PE530.084),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(2),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 85, 86, 218, 263, 265, 267, 268 u 340 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Eurojust (O-000092/2016 – B8-0715/2016 u O-000093/2016 – B8-0716/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li sabiex jiġġieled ir-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, wara li jkun kiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew;

B.  billi, skont "Studju u Rapporti dwar id-Differenza fil-VAT fit-28 Stat Membru tal-UE: Rapport Finali 2016" (TAXUD/2015/CC/131) li sar dan l-aħħar, fl-2014 l-UE tilfet dħul enormi fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li jammonta għal EUR 159,5 biljun;

C.  billi huwa importanti li l-UE u l-Istati Membri kollha tagħha jiskopru u jħarrku b'mod effikaċi u dissważiv frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE, u b'hekk iħarsu l-kontribwenti tal-Istati Membri kollha li jikkontribwixxu għall-baġit tal-Unjoni;

D.  billi l-Eurojust iffaċilitat il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni huma u jittrattaw każijiet li jolqtu bosta Stati Membri, u billi l-Eurojust għenet biex tinbena fiduċja reċiproka u biex titħaddan il-firxa wiesgħa ta' sistemi u tradizzjonijiet legali tal-UE; billi l-Eurojust iffaċilitat it-twettiq ta' talbiet għal kooperazzjoni u l-applikazzjoni ta' strumenti tar-rikonoxximent reċiproku, u b'hekk tejbet il-prosekuzzjoni transfruntiera;

E.  billi l-kriminalità transfruntiera organizzata żdiedet fl-aħħar għaxar snin u qed issir minn gruppi estremament mobbli u flessibbli, li huma attivi f'bosta Stati Membri u oqsma tal-kriminalità;

F.  billi fil-Kawża C-105/14 (Taricco et al), il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stqarret li l-kunċett ta' "frodi" kif definit fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikopri d-dħul mill-VAT;

1.  Itenni l-appoġġ li ilu joffri l-Parlament Ewropew għat-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) effiċjenti u indipendenti sabiex inaqqas il-frammentazzjoni attwali tal-isforzi għall-infurzar tal-liġi nazzjonali ħalli jipproteġi l-baġit tal-UE, u b'hekk isaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fl-Unjoni Ewropea;

2.  Jistieden lill-Kunsill jipprovdi sett ċar u mingħajr ambigwità ta' kompetenzi u proċeduri li jirrigwardaw l-UPPE bbażati fuq id-direttiva proposta dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF); jistieden lill-Kunsill isaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jintlaħaq qbil dwar id-Direttiva PIF li tinkludi l-VAT fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, u biex jerġa' jiftaħ negozjati mal-Parlament sabiex l-UPPE jkun jista' jiġi stabbilit; jenfasizza l-UPPE għandu jkollu kompetenza prijoritarja għar-reati definiti fid-Direttiva PIF. jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li l-Kunsill ma jippermettix lill-UPPE jkun kompetenti f' każijiet PIF fejn il-finanzjament mill-UE jaqbeż EUR 10 000 iżda ma jkunx jirrappreżenta 50 % jew aktar tal-kofinanzjament; jistieden għalhekk lill-Kunsill biex ineħħi r-regola li ċċaħħad lill-UPPE mill-possibbiltà li juża l-kompetenza tiegħu għar-reati kollha tal-PIF fejn id-dannu lill-baġit tal-Unjoni jkun ugwali jew inqas mid-dannu lil vittma oħra; jistieden lill-Kunsill biex jiżgura li l-UPPE jiġi mgħarraf minnufih mill-awtoritajiet nazzjonali bil-każijiet kollha marbuta b'xi mod mad-Direttiva PIF kemm qabel investigazzjoni kif ukoll matulha;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jiftaħ id-dibattitu dwar l-Artikoli 17 sa 20 tat-test konsolidat (11350/1/16) tal-proposta tal-UPPE sabiex jiżgura aktar ċarezza u effiċjenza għall-UPPE; jistieden lill-Kunsill jiċċara l-kompetenzi ta' prosekuzzjoni tal-UPPE u l-prosekuturi nazzjonali f'każijiet ta' (a) reati multipli (grupp organizzat wieħed li jikkommetti diversi reati, pereżempju l-ħasil tal-flus u t-traffikar tal-bnedmin) u (b) reati mħallta (aktar minn tip wieħed ta' reati kriminali mwettqa f'azzjoni kriminali waħda, pereżempju l-frodi tal-VAT u l-ħasil tal-flus); jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li, f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-UPPE u l-qrati nazzjonali tal-prosekuzzjoni dwar il-kwistjoni tal-kompetenzi, id-deċiżjoni finali ma titteħidx minn qorti indipendenti bħalma hija l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; jenfasizza li l-effiċjenza tal-UPPE se tiddependi fuq kjarifika tal-kompetenzi u li jekk il-leġiżlaturi ma jirnexxilhomx jiksbu dan, ma jkunux jistgħu jiżguraw l-effikaċja tal-UPPE, u b’hekk jiskorru waħda mil-linji ħomor tal-Parlament Ewropew;

4.  Huwa tal-fehma li l-UPPE għandu jkollu biżżejjed miżuri investigattivi disponibbli biex iwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu; ifakkar f'dan ir-rigward li l-koleġiżlaturi qablu dwar kriterji biex l-Istati Membri jitolbu miżuri investigattivi bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku stipulat fid-Direttiva 2014/41/UE rigward l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali;

5.  Jemmen li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tar-rieżami ġudizzjarju skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattati, kull deċiżjoni operattiva meħuda mill-UPPE, u li taffettwa lil partijiet terzi, għandha tkun soġġetta għal rieżami ġudizzjarju quddiem qorti nazzjonali kompetenti; iqis li għandu jkun possibbli rieżami ġudizzjarju dirett mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jinnota li huwa ta' importanza kbira li jiġi evitat kwalunkwe effett ħażin mill-hekk imsejħa "rabta nazzjonali"; jistieden lill-Kunsill, f’dan il-kuntest,biex jiżgura li jkun hemm salvagwardji xierqa li jiżguraw l-indipendenza tal-UPPE, bħal dispożizzjoni li tippermetti deroga mir-rabta nazzjonali għal raġunijiet relatati mal-funzjonament tajjeb tal-Uffiċċju;

7.  Jemmen li l-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali ta' persuni ssuspettati u akkużati trid tkun garantita; b'mod partikolari, ir-regolament għandu jipprevedi drittijiet ta' difiża addizzjonali għall-persuni ssuspettati mill-UPPE, b'mod partikolari d-dritt għal għajnuna legali, id-dritt għal informazzjoni u aċċess għall-materjal marbut mal-kawża, u d-dritt li jippreżentaw evidenza, u li jitolbu lill-UPPE jiġbor l-evidenza f'isem il-persuna ssuspettata;

8.  Jitlob li l-Kummissjoni toħroġ bi stimi aġġustati tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-istruttura kolleġġjali fl-analiżi tagħha tal-kostijiet u l-benefiċċji, u tipprovdi lill-Parlament bir-riżultati tal-"eżerċizzju ta' verifika tar-realtà", u jfakkar li l-Parlament se jqis din l-informazzjoni qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu;

9.  Ifakkar l-importanza tar-rwol tal-Eurojust fit-titjib tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ġudizzjarji tal-awtoritajiet ġudizzjarji relevanti tal-Istati Membri u fl-appoġġ għall-investigazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi mhux tal-UE, u jistieden lill-Kunsill biex jiċċara r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u l-UPPE, u b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tal-istruttura kolleġġjali, kif ukoll ir-relazzjoni tal-UPPE mal-OLAF, sabiex issir distinzjoni bejn ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

10.  Jemmen li, biex il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Eurojust u l-EPPO jitwettqu b'mod effiċjenti, ikun aħjar li dawn joperaw fl-istess post;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0234.
(2) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 27.


Bżonn ta' politika ta' reindustrijalizzazzjoni Ewropea fid-dawl tal-każijiet reċenti Caterpillar u Alstom
PDF 390kWORD 58 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-bżonn ta' politika ta' reindustrijalizzazzjoni Ewropea fid-dawl tal-każijiet reċenti Caterpillar u Alstom (2016/2891(RSP))
P8_TA(2016)0377RC-B8-1051/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 9, 151, 152, 153(1) u (2), u 173 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 14, 27 u 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi(1),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tat-TUE u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummisjoni tal-31 ta' Marzu 2005 bit-titolu "Strutturar mill-ġdid u impjieg: li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol tal-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0120) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2005,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 bit-titolu "Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi" (COM(2010)0682),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar Qafas ta' kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar (COM(2013)0882),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà(4),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu "Exploiting the employment potential of green growth" (Nisfruttaw il-potenzjal tal-impjiegi li joffri t-tkabbir ekoloġiku) (SWD(2012)0092),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2014 bit-titolu "Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew" (COM(2014)0014),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Kummerċ għal kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment'' (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu "Industrija Ewropea aktar b'saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku" (COM(2012)0582), kif ukoll il-mira ta' reindustrijalizzazzjoni ta' 20 %,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar l-iżvilupp ta' industrija Ewropea sostenibbli tal-metalli komuni(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-kompetittività tal-industrija tal-provvista ferrovjarja Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi llum il-ġurnata hemm bżonn assolut ta' koerenza bejn id-diversi politiki tal-UE sabiex tiġi definita politika industrijali ġenwina, b'mod partikolari fid-dawl tal-każijiet Caterpillar u Alstom;

B.  billi fit-2 ta' Settembru 2016 l-azjenda Caterpillar ħabbret pjan kbir ta' ristrutturazzjoni mad-dinja kollha; billi, bħala parti minn dan il-pjan, is-sit ta' Gosselies kien imġiegħel jagħlaq il-bibien tiegħu, bil-konsegwenza ta' 2 500 sensja ta' ħaddiema diretti u b'madwar 4 000 sottokuntrattur fil-periklu li jitilfu l-impjieg;

C.  billi t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni bejn l-2013 u l-2015 kien ippermetta li l-prodotti tal-impjant isiru aktar attraenti mill-prodotti li kienu ġejjin minn barra l-UE; billi, madankollu, il-Caterpillar iddeċidiet li tagħlaq l-impjant sabiex iċċaqlaq il-produzzjoni lejn impjanti oħrajn bi standards aktar baxxi ta' protezzjoni soċjali u ambjentali minn dawk applikabbli għall-industrija Ewropea;

D.  billi, minħabba l-importanza u d-dimensjoni Ewropea ta' dan il-każ, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi task force li tlaqqa' flimkien is-servizzi kompetenti, sabiex din taġixxi bħala interlokutur fil-proċess ta' għeluq tal-Caterpillar;

E.  billi dawn iż-żewġ impjanti ta' produzzjoni mhumiex l-uniċi kkonċernati mir-ristrutturazzjoni; billi sensji oħra huma mistennija fl-impjanti tal-Alstom fi Spanja u fl-Italja kif ukoll fl-impjant tal-Caterpillar fl-Irlanda ta' Fuq;

F.  billi l-industrija ferrovjarja hija s-sinsla tal-industrijalizzazzjoni Ewropea, b'aktar minn 175 sena ta' storja; billi r-rata ta' tkabbir annwali tas-swieq tal-industrija tal-provvista ferrovjarja aċċessibbli mistennija li tkun ta' 2,8 % sal-2019; billi l-industrija Ewropea tal-provvista ferrovjarja timpjega direttament 400 000 persuna fl-UE kollha, li ħafna minnhom jaħdmu f'SMEs; billi huwa essenzjali li l-industrija Ewropea tal-provvista ferrovjarja tkun b'saħħitha u innovattiva biex ikun hemm żieda fl-użu tal-ferroviji, li hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija;

G.  billi 65 % tal-infiq tan-negozju fuq ir-R&Ż isir mill-industrija tal-manifattura u billi, għaldaqstant, it-tisħiħ tal-bażi industrijali tagħna huwa essenzjali biex l-għarfien espert u n-know-how jinżammu fl-UE; billi l-iżvilupp diġitali, prijorità tal-Pjan Juncker, għandu bżonn bażi industrijali b'saħħitha biex jitwettaq;

H.  billi l-industrija Ewropea bħal dik ipprovduta mill-Alstom u l-Caterpillar għandha valur miżjud għoli b'għarfien espert rikonoxxut; billi, fil-preżent, din l-industrija ċentrali u strateġika għall-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni globali qawwija minn pajjiżi li jesportaw prodotti orħos lejn is-suq Ewropew billi jwettqu politika aggressiva u li qed tespandi malajr fil-kontinenti kollha, spiss bl-appoġġ politiku u finanzjarju mill-gvernijiet tagħhom;

I.  billi, fid-dawl tal-każ reċenti Alstom, il-Kummissjoni se twettaq studju prospettiv ta' 15-il sena (sal-2030) dwar l-iżvilupp tal-industrija ferrovjarja fl-Ewropa, bl-integrazzjoni ta' xenarji differenti b'rabta mal-objettivi ambjentali tal-Istati Membri tal-UE, flimkien ma' studju dwar l-impatt tax-xenarji differenti fuq l-impjiegi, il-professjonijiet u l-ħiliet; billi l-Kummissjoni għandha bżonn tagħti segwitu rapidu għar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-industrija tal-provvista ferrovjarja tal-UE sabiex tipprovdi impjiegi siguri u sostenibbli u tkabbir inklużiv; billi kwalunkwe segwitu għandu jiġi ffaċilitat permezz ta' djalogu permanenti mal-partijiet ikkonċernati u għandu jinkorpora l-kapitoli kollha tar-riżoluzzjoni;

J.  billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li fl-2013 toħroġ rapport sħiħ dwar l-applikazzjoni tal-Qafas ta' Kwalità; billi jfakkar, f'dan il-kuntest,fit-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali rilevanti, tressaq proposta għal att ġuridiku dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tar-ristrutturazzjoni;

K.  billi l-industrija Ewropea għandha bżonn iżżomm il-kompetittività u l-kapaċità tagħha li tinvesti fl-Ewropa, u billi qiegħda wkoll tħabbat wiċċha ma' sfidi soċjali u ambjentali li jeħtiġilha tegħleb, filwaqt li tibqa' punt ta' riferiment dinji f'termini ta' responsabbiltà soċjali u ambjentali;

L.  billi xi impriżi kienu qed isegwu strateġiji ffukati esklużivament fuq ir-redditu finanzjarju fuq perjodu qasir, li x'aktarx ikunu ta' ħsara għall-innovazzjoni, l-investiment fir-R&Ż, l-impjiegi u t-tiġdid tal-ħiliet;

M.  billi politika ta' innovazzjoni ambizzjuża li tiffavorixxi l-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità għolja, innovattivi u effiċjenti fl-enerġija u tippromwovi proċessi sostenibbli se tippermetti li l-UE żżomm fuq saqajha f'dinja dejjem aktar kompetittiva;

N.  billi l-kummerċ tal-makkinarju tal-kostruzzjoni fl-UE sofra tħarbit serju f'dawn l-aħħar snin, b'rabta mat-tnaqqis ta' investiment pubbliku u privat iżda wkoll minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni kkaġunata miż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima;

O.  billi l-kummerċ ġust tal-prodotti industrijali jrid jirrispetta d-drittijiet tal-ħaddiema u r-regoli ambjentali; billi l-investiment fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika huma xprun importanti għall-investiment fi prodotti industrijali li kapaċi joħolqu ċrieki virtużi; billi l-innovazzjoni u l-investiment fir-R&Ż, fl-impjiegi u fit-tiġdid tal-ħiliet huma essenzjali għat-tkabbir sostenibbli;

P.  billi l-innovazzjoni tal-produzzjoni wriet li għandha impatt pożittiv fuq it-tkabbir tal-impjiegi fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu ekonomiku industrijali; billi l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema f'miżuri ta' innovazzjoni u fid-definizzjoni tal-istrateġiji tista' ssaħħaħ is-suċċess ekonomiku b'mod sinifikanti;

Q.  billi l-parti aktar avvanzata u sostenibbli tas-settur tal-azzar, li tipproduċi prodotti teknoloġiċi ta' valur għoli, tirrispetta s-saħħa tal-ħaddiema u tal-popolazzjonijiet tal-madwar u tiggarantixxi standards ambjentali stretti, tiżvolġi rwol importanti fl-istrateġija industrijali Ewropea;

R.  billi t-telfien tan-know-how u tal-ħiliet tal-ħaddiema jissottolinja li l-Ewropa jeħtiġilha żżomm il-kapaċità industrijali li tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha, mingħajr ma jkollha tiddependi minn produtturi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi;

1.  Jesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ qawwijin tiegħu għall-ħaddiema kollha tal-Caterpillar u tal-Alstom u għall-familji tagħhom, kif ukoll għas-sottokuntratturi involuti, u jiddispjaċih għall-impatt negattiv li tali każijiet ta' għeluq għandhom fuq l-ekonomiji u l-komunitajiet lokali; jappella għall-adozzjoni ta' miżuri b'appoġġ għal dawn il-ħaddiema u għall-ekonomiji lokali tagħhom u bħala għajnuna għar-reġjuni biex jegħlbu din is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali diffiċli;

2.  Jinsab konvint li l-industrija Ewropea għandha titqies bħala valur strateġiku għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-UE; jissottolinja li huma biss industrija b'saħħitha u reżiljenti u politika industrijali orjentata lejn il-futur illi se jippermettu lill-UE tiffaċċja l-isfidi differenti li qed jistennewha, inklużi r-reindustrijalizzazzjoni tagħha, it-tranżizzjoni tagħha lejn is-sostenibbiltà u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità; jisħaq fuq il-fatt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom bżonn jantiċipaw aħjar dawn is-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi u jiżguraw il-kompetittività tan-netwerk industrijali tagħna;

3.  Ifakkar li l-Ewropa hija ekonomija soċjali tas-suq li għandha l-għan li tikseb tkabbir inklużiv u ekonomiku sostenibbli; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' politika industrijali ġenwina tal-UE li tipproteġi wkoll lill-ħaddiema tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija industrijali Ewropea ġenwina fuq perjodu twil sabiex jintlaħaq l-objettiv li 20 % mill-prodott domestiku gross ikun ġej mill-industrija, kif stipulat fl-Istrateġija Ewropa 2020;

4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw protezzjoni soċjali adegwata, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol u pagi li jippermettu lin-nies jgħixu b'dinjità, jew permezz tal-liġi jew inkella permezz ta' ftehimiet kollettivi, u biex, fil-każ tas-sensji ta' ħaddiema, jiżguraw protezzjoni effikaċi kontra s-sensji inġusti;

5.  Ifakkar li l-kriżi ekonomika fl-Ewropa wriet li l-industriji li jinvestu bl-aktar mod notevoli fl-oqsma tal-innovazzjoni, ir-R&Ż, l-effiċjenza enerġetika, l-ekonomija ċirkolari, eċċ., huma l-aktar industriji reżistenti; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-impatt negattiv li qed ikollu t-tnaqqis kemm fl-investiment pubbliku u privat kif ukoll fil-konsum intern, filwaqt li t-tnejn li huma għandhom jiġu inkoraġġiti sabiex jistimolaw it-tkabbir;

6.  Jemmen li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji, flimkien mat-tħassir ta' leġiżlazzjoni żejda filwaqt li jkomplu jiġu żgurati standards għoljin ta' ħarsien tal-konsumaturi, tal-impjegati, tas-saħħa u tal-ambjent, iridu jkunu komponenti ewlenin ta' kwalunkwe politika ta' reindustrijalizzazzjoni tal-UE;

7.  Jappella biex din il-politika industrijali tal-UE tkun ibbażata fuq miri u indikaturi ċari – inklużi objettivi ambizzjużi dwar l-effiċjenza enerġetika, ir-riżorsi u l-klima – u fuq approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja u l-ekonomija ċirkolari; jisħaq fuq il-fatt li għandha tinkludi taħlita intelliġenti ta' miżuri min-naħa tad-domanda u min dik tal-provvista bl-għan tar-rilokalizzazzjoni tal-ekonomija fl-UE u li din issir aktar reżiljenti u inqas dipendenti fuq ir-riżorsi; jirrimarka li għandha tidderieġi l-investiment lejn il-kreattività, il-ħiliet, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji sostenibbli u tippromwovi l-modernizzazzjoni tal-bażi industrijali tal-Ewropa permezz ta' politika li tkun konxja mill-katina tal-valur li tinkludi l-industriji bażiċi u l-atturi reġjonali u lokali tagħhom; jemmen li tali approċċ jista' jwassal għal benefiċċji kosteffiċjenti għall-industrija Ewropea u l-ekonomija Ewropea inġenerali;

8.  Jirrimarka li bosta ħafna snin ta' intervent b'appoġġ għall-banek u s-swieq tal-assi fl-UE ma kellhomx impatt fuq l-impjiegi u ma tejbux il-prospetti ekonomiċi; jemmen li l-intervent pubbliku għandu jinbidel mill-istimolazzjoni żejda tan-naħa tal-provvista għal politiki miftiehma bl-għan li jistimolaw id-domanda, anke permezz ta' miżuri fiskali u billi jiġi żgurat li l-pagi jogħlew;

Politika kummerċjali – element ewlieni għal kundizzjonijiet ekwi

9.  Jenfasizza li filwaqt li f'diversi setturi tal-ekonomija l-UE hija fil-parti l-kbira miftuħa għal kompetituri minn pajjiżi terzi, il-pajjiżi terzi għandhom bosta ostakli fis-seħħ li jiddiskriminaw kontra kumpaniji Ewropej; jenfasizza li kompetituri minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari miċ-Ċina, qed jikbru malajr u b'mod aggressiv fl-Ewropa u f'reġjuni oħra tad-dinja, spiss b'appoġġ politiku u finanzjarju qawwi mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom; jenfasizza li tali prattiki jistgħu jikkostitwixxu kompetizzjoni inġusta u jheddu l-impjiegi fl-Ewropa; jissottolinja li ċ-Ċina ma tissodisfax il-ħames kriterji stabbiliti mill-UE biex tiddefinixxi status ta' ekonomija tas-suq;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi politika kummerċjali tal-UE li tkun konformi mal-objettivi industrijali tagħha u li tqis il-bżonn li jkunu żgurati l-impjiegi industrijali Ewropej u li jiġu evitati rilokazzjonijiet ġodda u aktar deindustrijalizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tas-suq kemm ġewwa kif ukoll barra l-Ewropa u b'hekk tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta għal kulħadd;

11.  Ifakkar fil-ħtieġa li jintlaħaq ftehim malajr dwar ir-reviżjoni tar-regolamentazzjoni dwar l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ, sabiex tali regolamentazzjoni tissaħħaħ b'mod sinifikanti permezz tat-titjib tar-reattività u l-effikaċja tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tqis l-impatti soċjali u ekonomiċi li r-rikonoxximent tal-istatus ta' ekonomija tas-suq għall-ekonomiji mmexxija mill-Istat jew għal ekonomiji oħra mhux tas-suq jista' jkollu fuq il-kompetittività tal-industriji tal-UE;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat li l-politika kummerċjali tal-UE trawwem prattiki antikompetittivi, inkluż id-dumping ambjentali u b'mod partikolari d-dumping ta' prodotti rħas u ta' kwalità baxxa li jqiegħdu l-istandards Ewropej f'riskju u jaffettwaw lill-industriji bbażati fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni teżamina mekkaniżmi ta' aġġustament fil-fruntieri sabiex tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi hija u tfassal politiki maħsubin għall-ksib tal-Istrateġija Ewropa 2020 u bħala mezz biex jiġu evitati d-dumping ambjentali, l-isfruttament tal-ħaddiema u l-kompetizzjoni inġusta;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu studji dwar in-negozjati kummerċjali, bl-użu ta' approċċ reġjonali u settorjali, li għandhom ukoll itejbu l-fehim tal-impatt fuq l-impjiegi u l-industriji Ewropej;

14.  Jenfasizza x-xejra reċenti tal-kumpaniji li jreġġgħu l-produzzjoni u s-servizzi lura fl-Ewropa u l-opportunitajiet li dan iġib miegħu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif l-UE tista' toħloq ambjent favorevoli biex tgħin lin-negozji jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti minn dan ir-"ritorn";

Il-politika tal-kompetizzjoni – element kruċjali għall-industriji tal-UE

15.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas Ewropew kompetittiv u li jħares 'il barra biex jiġbed u jżomm l-investiment privat, iżomm ktajjen ta' valur qawwija tal-UE u joħloq impjiegi ta' kwalità, sabiex iwassal benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE;

16.  Jinnota wkoll li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat iridu jkunu mfassla aħjar sabiex iwasslu l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà u jaqdu l-objettivi tal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi u tat-trawwim ta' politiki soċjali skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

17.  Jisħaq fuq il-fatt li l-industrija Ewropea qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni globali u, għalhekk, jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tqis is-suq dinji bħala punt ta' riferiment meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq ġeografiċi fl-analiżi tagħha, u biex ma tillimitax l-analiżi tagħha biss għas-swieq nazzjonali jew għas-suq intern, ħalli b'hekk tippermetti lill-industriji Ewropej joħolqu sħubijiet jew alleanzi strateġiċi fil-qasam tar-R&Ż; jappella, f'dan il-kuntest, biex tkun permessa r-ristrutturazzjoni tal-manifatturi ewlenin Ewropej sabiex permezz ta' hekk ikunu jistgħu jixirfu atturi b'massa kritika biżżejjed biex ilaħħqu mal-kompetizzjoni internazzjonali;

L-akkwist pubbliku – għodda li għandha bżonn titjib

18.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta aħjar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku; ifakkar li d-dispożizzjonijiet tal-UE jippermettu li offerti li jkunu baxxi b'mod anormali jew fejn aktar minn 50 % tal-valur ikun magħmul barra mill-UE jiġu miċħuda;

19.  Jemmen li l-akkwist pubbliku u l-ekotikkettar għandhom rwol x'jiżvolġu fl-adozzjoni ta' prodotti, servizzi u innovazzjonijiet sostenibbli u għal bażi industrijali soda fl-Ewropa; jitlob li jkun hemm sforz ikkoordinat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom rigward l-aġġudikazzjoni tal-offerti fuq il-prinċipju tal-"aktar offerta ekonomikament vantaġġuża";

Użu mtejjeb tal-fondi tal-UE, ir-R&Ż u l-innovazzjoni – il-mod kif titrawwem politika industrijali ġdida

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, strateġija tal-Unjoni għal politika industrijali koerenti u komprensiva mmirata lejn ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, u bbażata, inter alia, fuq id-diġitalizzazzjoni (b'mod partikolari l-integrazzjoni ta' teknoloġiji intelliġenti u r-robotika f'katini ta' valur industrijali), is-sostenibbiltà, l-effiċjenza enerġetika u r-riżorsi adegwati; jitlob, għal dan il-għan, li jkun hemm kooperazzjoni u konverġenza akbar bejn l-Istati Membri f'materji fiskali, soċjali u baġitarji sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' proġetti industrijali konġunti; jemmen li l-qafas regolatorju Ewropew għandu jippermetti lill-industriji jadattaw għall-bidliet ikkonċernati u jieħdu azzjoni minn qabel sabiex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi, għat-tkabbir u għall-konverġenza reġjonali;

21.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni taħdem mad-diversi setturi industrijali sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, u b'mod aktar preċiż tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), bħala appoġġ għall-proġetti ta' R&Ż fil-livell reġjonali;

22.  Jemmen li l-fondi tal-UE joffru opportunità mill-aqwa biex jiġi ffinanzjat investiment sostenibbli fl-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport pubbliku u fl-użu intelliġenti tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jappella għal titjib fl-implimentazzjoni tad-diversi kriterji, b'mod partikolari l-kriterji tal-impjiegi u dawk ambjentali u soċjali, għall-użu tal-fondi tal-UE u tal-istrumenti finanzjarji kollha ġestiti permezz tal-BEI;

23.  Jitlob li jkun hemm aġenda ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tal-UE u li ssir prijoritizzazzjoni tar-R&Ż f'dawk is-setturi fejn l-UE tista' tkun f'pożizzjoni ta' tmexxija; jappella għal strumenti konkreti li jippermettu lill-UE u lill-Istati Membri jgħaqqdu l-isforzi ta' R&Ż tagħhom biex ikunu jistgħu jassorbu r-riżultati fl-ekonomija lokali; iqis ir-rabta bejn ir-riċerka u l-industrija bħala waħda kruċjali biex tingħata spinta lill-kompetittività industrijali tal-UE; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jinkoraġġixxu b'mod attiv l-intensifikazzjoni tal-kollaborazzjoni bejn iċ-ċentri tar-riċerka, l-universitajiet u n-negozji; jappella għal titjib fl-ambjent tar-riċerka permezz ta' żieda fil-baġit għar-RŻ&I u interkonnessjoni aħjar bejn il-programmi differenti ta' finanzjament tal-UE u dawk nazzjonali;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex, b'mod partikolari, ipoġġu fil-mira tagħhom dawk ir-reġjuni li ntlaqtu l-aktar mid-deindustrijalizzazzjoni u biex jaċċeleraw l-appoġġ għal proġetti f'dawn ir-reġjuni bħala kwistjoni ta' urġenza, filwaqt li jiżguraw li proġetti vijabbli u ta' kwalità għolja jkunu appoġġjati; jemmen li l-potenzjal ta' żieda fis-self strateġiku u mmirat min-naħa tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-proġetti ta' innovazzjoni u ta' trasformazzjoni industrijali, b'mod partikolari fil-manifattura u s-servizzi relatati, għandu jkompli jiġi eżaminat; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw aċċess aħjar għall-finanzjament għan-negozji tal-UE, b'mod partikolari għall-mikrointrapriżi u l-SMEs, u b'hekk isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom għall-bini ta' proġetti, u biex jipprovdulhom servizzi ta' konsulenza u appoġġ tekniku aħjar;

25.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, f'koordinament mal-Istati Membri, teżamina modi kif it-tibdil ekonomiku jista' jiġi permess u filwaqt li tiżgura li l-kumpaniji jassumu bis-sħiħ ir-responsabbiltà ambjentali tagħhom, jirrispettaw id-dritt ambjentali u jimplimentaw standards ambjentali għoljin; jitlob b'insistenza lill-kumpaniji biex fi żmien raġonevoli jnaddfu mit-tniġġis is-siti magħluqa u jiffaċilitaw modi għall-awtoritajiet lokali biex jirkuprawhom;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar kif l-aħjar jiġi indirizzat l-għeluq ta' kumpaniji, filwaqt li tinkoraġġihom iħarsu lejn eżempji li jinsabu fid-dispożizzjonijiet ġuridiċi sabiex jippruvaw – sa fejn dan ikun fattibbli – jorganizzaw tfittxija għal bejjiegħ jew il-bejgħ tas-sit ħalli jżommu l-fabbriki attivi minkejja l-waqfien mill-attività deċiż mis-sidien oriġinali;

27.  Jemmen li l-evitar tat-taxxa, inkluż permezz tat-trasferiment ta' assi tanġibbli u intanġibbli jew servizzi bejn kumpaniji bi prezzijiet inadegwati (prezz tat-trasferiment), għandu jiġi evitat u li huwa wkoll ir-riżultat tan-nuqqas ta' koordinament Ewropew f'materji fiskali u kummerċjali; jappella għal aktar kooperazzjoni u konverġenza bejn l-Istati Membri f'materji fiskali, soċjali u baġitarji;

Ristrutturazzjoni soċjalment responsabbli u ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità f'oqsma orjentati lejn il-futur

28.  Jilqa' l-inizjattiva ta' wħud mill-awtoritajiet lokali, flimkien mas-sħab soċjali, bħal fil-każ tal-Alstom, biex jippromwovu proġetti sperimentali għall-ħaddiema u l-kumpaniji fil-proċess ta' ristrutturazzjoni, sabiex jiżguraw karrieri professjonali permezz ta' taħriġ u azzjonijiet għaż-żamma ta' impjiegi ta' kwalità;

29.  Jisħaq fuq il-bżonn kruċjali tal-iżvilupp ta' ħiliet tekniċi, b'mod partikolari fis-settur tal-manifattura; jisħaq fuq il-bżonn li tiġi promossa l-importanza ta' ħaddiema tekniċi tas-sengħa; jemmen li, sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal nett tal-impjiegi tal-ekonomija ekoloġika, huwa kruċjali li l-forza tax-xogħol eżistenti tingħata opportunitajiet xierqa biex tikseb il-ħiliet ġodda meħtieġa għall-ekonomija ċirkolari; ifakkar li forza tax-xogħol tas-sengħa hija importanti għall-vijabbiltà tal-produzzjoni; jissottolinja l-importanza li jiġu promossi sinerġiji aħjar bejn is-sistemi edukattivi, l-universitajiet u s-suq tax-xogħol, inklużi l-esponiment għall-post tax-xogħol u l-kooperazzjoni man-negozji fil-ħolqien ta' "raggruppamenti" innovattivi;

30.  Jistieden lill-awtoritajiet rilevanti kollha jiżguraw li l-partijiet kollha involuti jikkonformaw b'mod sħiħ mar-regolamentazzjoni nazzjonali u Ewropea dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, speċjalment waqt ir-ristrutturazzjoni; u anke jiżguraw protezzjoni ambjentali u sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

31.  Jisħaq fuq il-fatt li l-kumpaniji jeħtiġilhom jissodisfaw l-obbligi ġuridiċi tagħhom skont id-dritt Ewropew u nazzjonali, u jipprijoritizzaw l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u l-opportunità li jeżaminaw l-alternattivi proposti mis-sħab soċjali;

32.  Iqis li kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturazzjoni għandha tiġi spjegata u ġġustifikata lill-partijiet ikkonċernati, fejn xieraq, inkluż dwar l-għażla tal-miżuri previsti rigward l-objettivi u kwalunkwe alternattiva; jappella għal djalogu lokali li jinkludi lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jiddiskutu l-aħjar arranġamenti possibbli f'każijiet ta' ristrutturazzjoni;

33.  Jissottolinja l-importanza ta' djalogu soċjali sostnut, fil-livelli kollha, ibbażat fuq fiduċja reċiproka u responsabbiltajiet konġunti, bħala wieħed mill-aħjar strumenti sabiex jinstabu soluzzjonijiet kunsenswali u perspettivi komuni fil-previżjoni, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-proċess ta' ristrutturazzjoni;

34.  Jenfasizza, fil-każ tar-ristrutturazzjoni, il-bżonn li jiġu mħarsa l-ħaddiema affettwati, f'termini tas-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, is-sigurtà soċjali, ir-rikwalifikazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

35.  Jinnota li r-ristrutturazzjoni għandha impatt ferm usa' milli sempliċement fuq il-kumpanija nnifisha, b'effetti mhux previsti fuq il-komunitajiet u fuq in-nisġa ekonomika u soċjali tal-Istati Membri;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta mas-sħab soċjali dwar l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni dwar is-sensji kollettivi fid-dawl tal-każijiet Caterpillar u Alstom;

37.  Jiddispjaċih dwar il-finanzjalizzazzjoni gradwali tal-ekonomija reali, iffukata fuq perspettiva finanzjarja fuq perjodu qasir pjuttost milli fuq iż-żamma ta' għodda industrijali innovattiva li tista' tipprovdi impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u benefiċċji fit-tul għas-soċjetà; jiddispjaċih li dan l-approċċ wassal għal għadd kbir ta' telf ta' impjiegi fis-settur tal-manifattura; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lis-sħab soċjali dwar l-opportunità għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti rigward is-sensji kollettivi, filwaqt li tqis dawk l-aspetti marbuta mal-każijiet Caterpillar u Alstom, u b'mod partikolari l-involviment fil-proċedura tal-ħaddiema u s-sottokuntratturi kollha, u miżuri effikaċi biex jiġu evitati sensji kollettivi kontra l-liġi li ma jkunux ibbażati fuq raġunijiet ekonomiċi reali, inkluża l-possibbiltà ta' sanzjonijiet - pereżempju, is-sospensjoni tal-aċċess għal programmi ffinanzjati mill-UE jew talba biex l-għajnuna pubblika mogħtija titħallas lura;

38.  Jistieden lit-task force tal-Kummissjoni tinvestiga l-mod kif twettqet il-proċedura ta' konsultazzjoni mal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet (EWC); jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-investigazzjoni, tikkunsidra l-bżonn li tirrevedi d-Direttiva EWC;

39.  Jinnota li l-FEG huwa strument essenzjali tal-UE fl-era tal-globalizzazzjoni biex jappoġġja lill-Istati Membri fil-politiki tagħhom ta' rikwalifikazzjoni professjonali tal-ħaddiema u biex jistabbilixxi mill-ġdid in-nisġa ekonomika f'reġjun fir-rigward ta' ħaddiema li qed ibatu mill-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni jew tal-kriżi ekonomika; ifakkar fl-importanza tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2016 dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014(7);

40.  Jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-FEG huwa għodda li tirreaġixxi biss meta s-sensji jkunu saru, u li jinħtieġu sforzi akbar min-naħa tal-Istati Membri u tal-UE biex joħolqu l-ambjent ekonomiku u leġiżlattiv it-tajjeb ħalli b'hekk jagħtu spinta lill-kompetittività u joħolqu impjiegi sostenibbli fit-tul;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar l-istrateġija tagħha għas-setturi industrijali prinċipali fl-Ewropa, jiġifieri s-settur tal-provvista ferrovjarja u s-settur tal-makkinarju, sabiex toħloq ambjent tas-suq aktar favorevoli, kif ukoll dwar x'biħsiebha tagħmel biex iżżomm l-impjiegi ta' kwalità, in-know-how u l-investimenti fl-Ewropa;

42.  Jinnota li f'każijiet ta' ristrutturazzjoni, il-ħaddiema żgħażagħ u l-ħaddiema akbar fl-età huma aktar spiss fil-mira għal sensja meta mqabbla ma' gruppi ta' etajiet oħra; jenfasizza li, f'każijiet ta' sensji, l-impjegaturi jridu jirrispettaw l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, partikolarment fir-rigward tad-diskriminazzjoni minħabba l-età;

43.  Jinnota li t-tranżizzjoni għal ekonomija ekoloġika għandha potenzjal sinifikanti biex toħloq impjiegi lokali li ma jistgħux jiġu rilokati, u f'setturi li ma jistgħux jiġu delokalizzati; jinnota li hemm evidenza qawwija li t-tranżizzjoni ekoloġika, fl-aħħar mill-aħħar, se jkollha impatt pożittiv fuq l-impjiegi, u dan jirrifletti l-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi sostenibbli, bħall-iffrankar tal-enerġija, jirrikjedu aktar ħaddiema mill-attivitajiet li qegħdin jissostitwixxu u jista' jkollhom il-potenzjal li jippermettu lil reġjuni jsiru aktar awtosuffiċjenti;

o
o   o

44.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1) ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(3) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 23.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0032.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0460.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0280.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0361.

Avviż legali - Politika tal-privatezza