Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (08558/2016 – C8-0214/2016 – 2016/0120(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08558/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (12681/2015),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 31(1) u 37 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 180 u Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0214/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0363/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-partijiet tal-Ftehim.