Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (COM(2015)0636 – C8-0393/2015 – 2015/0289(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0636),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0393/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0377/2016),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Frar 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008(4) ("il-FAR") stabbilixxa sistema dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Unjoni,
(2) L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982(5) (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1995 relatat mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut tranżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut)(6). Dawk id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni u konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dak il-fini. [Em. 1]
(3) Aċċettat ukoll il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta' Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO)(7). Il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO jistipula li parti kontraenti għandha tastjeni milli tagħti l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' bastiment għas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk ċerti kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, kif ukoll timplimenta sanzjonijiet jekk ċerti obbligi ta’ rappurtar ma jkunux sodisfatti.
(3a) It-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar ta opinjoni fit-2 ta' April 2015 bi tweġiba għat-talba ppreżentata mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd għall-Afrika tal-Punent. Dak il-parir konsultattiv ikkonferma li l-Unjoni terfa' r-responsabbiltà għall-attivitajiet tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri u d-diliġenza dovuta li l-Unjoni trid teżerċita f'dan ir-rigward. [Em. 2]
(4) L-Unjoni approvat il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (IPOA-IUU) adottat fl-2001. Il-Linjigwida Volontarji tal-IPOA-IUU u l-FAO għall-prestazzjoni tal-istat tal-bandiera approvati fl-2014 jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera li jiżgura l-konservazzjoni fuq terminu twil u l-użu sostenibbli ta' riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar. L-IPOA-IUU jipprevedi li Stat tal-bandiera jenħtieġ joħroġ awtorizzazzjonijiet għas-sajd f’ilmijiet 'il barra mis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Il-Linji Gwida Volontarji jirrakkomandaw ukoll li tingħata awtorizzazzjoni mill-Istati tal-bandiera u l-istat kostali meta l-attivitajiet tas-sajd isiru taħt ftehim ta’ aċċess għas-sajd jew anki barra ftehim bħal dan. Jenħtieġ li t-tnejn li huma jkunu sodisfati li attivitajiet bħal dawn mhumiex se jdgħajfu s-sostenibbiltà tal-istokkijiet fl-ilmijiet tal-istat tal-kosta (il-paragrafi 40 u 41).
(4a) Fl-2014, il-membri kollha tal-FAO, inklużi l-Unjoni u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sħab tagħha, adottaw b'mod unanimu l-Linji Gwida Volontarji għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar, inkluż il-punt 5.7 tiegħu, li jenfasizza li s-sajd fuq skala żgħira għandu jingħata l-kunsiderazzjoni dovuta qabel ma jsiru ftehimiet dwar l-aċċess għar-riżorsi ma' pajjiżi terzi u partijiet terzi. [Em. 3]
(4b) Il-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar jitolbu li jiġu adottati miżuri għall-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żgurat il-pedament ekoloġiku għall-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza tal-istandards ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni li jinkludu approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd flimkien mal-approċċ prekawzjonarju, sabiex l-istokkijiet sfruttati jerġgħu jinbnew u jinżammu f'livelli ogħla mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sal-2015 fejn hu possibbli, u sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. [Em. 4]
(5) Il-kwistjoni tal-obbligi u r-responsabiltajiet u l-imputabiltajiet konkomitanti tal-Istat tal-bandiera u, fejn ikun f'loku, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa li jaqgħu taħt UNCLOS iktar m'għada żmien iktar ġibed attenzjoni fil-livell internazzjonali. Dan kien ukoll il-każ, taħt l-intestatura ta’ obbligu ta’ diliġenza dovuta li tirriżulta minn UNCLOS, għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat kostali u ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera fl-istess wawt u, kif xieraq, ġurisdizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera u kostali, biex tkun żgurata l-konservazzjoni b'saħħitha tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f'żoni tal-baħar li jaqgħu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. L-Opinjoni Konsultattiva tat-2 ta' April 2015 tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS), mogħtija b'risposta għad-domandi mqajma mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd għall-Afrika tal-Punent, ikkonfermat li l-Unjoni għandha responsabbiltà internazzjonali quddiem il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tagħha, u li tali responsabbiltà tfisser li jeħtiġilha taġixxi bid-diliġenza dovuta. Obbligu ta’ diliġenza dovuta huwa obbligu għal Stat li jeżerċita l-aħjar sforzi possibbli u biex jagħmel ħiltu biex jippreveni s-sajd illegali, li jinkludi l-obbligu li jadotta l-miżuri amministrattivi u ta’ infurzar meħtieġa biex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, iċ-ċittadini tiegħu, jew bastimenti tas-sajd involuti fl-ilmijiet tiegħu ma jkunux involuti f’attivitajiet li jiksru l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli. Għal dawk ir-raġunijiet, u b'mod ġenerali, biex tissaħħaħ l-ekonomija "blu", huwa importanti li jiġu organizzati kemm l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll is-sistema ta’ governanza marbuta miegħu b’tali mod li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effikaċi u effettiv u li sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni tkun tista’ tiġi kkritikata għal atti internazzjonalment ħżiena jiġu evitati. [Em. 5]
(5a) L-Unjoni impenjat ruħha, waqt is-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, li timplimenta r-riżoluzzjoni li tinkludi d-dokument ta' eżitu intitolat "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (It-trasformazzjoni tad-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", inkluż l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 14 "Il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli", kif ukoll l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 12 "L-iżgurar ta' tendenzi ta' konsum u produzzjoni sostenibbli" u l-miri tagħhom. [Em. 6]
(6) Ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għall-Konferenza tan-NU "Rio +20" tal-2012(8) kif ukoll l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex tindirizza l-kummerċ illegali ta' flora u fawna selvaġġi, u l-iżviluppi internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ flora u fawna selvaġġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli l-Ġodda (17-il għan biex jittrasformaw id-dinja tagħna, inkluż l-Għan 14: il-Ħajja taħt l-ilma), adottati f'Settembru 2015 min-Nazzjonijiet Uniti jenħtieġ jiġu riflessi fil-politika tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd u fil-politika kummerċjali tagħha. [Em. 7]
(7) L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) (ir-“Regolament Bażiku”), huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u tar-restawr u s-sostenn ta' stokkijiet tal-ħut f'livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Huwa meħtieġ ukoll, fl-implimentazzjoni ta' din il-politika, li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). [Em. 8]
(7a) Ir-Regolament Bażiku jeħtieġ ukoll li ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) jkunu limitati għall-qabdiet żejda kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS. [Em. 9]
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 Bażiku jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi. Il-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali adottata minn pajjiżi terzi taf tkun differenti minn dik tal-Unjoni, u b'hekk jinħolqu standards differenti għall-flotot tas-sajd. Dik is-sitwazzjoni tista' twassal għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd li jkunu inkonsistenti mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi żgurata konsistenza mal-attivitajiet ambjentali, tas-sajd, tal-kummerċ u tal-iżvilupp tal-Unjoni, b'mod speċjali meta dawn jolqtu s-sajd f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'livell baxx ta' kapaċità amministrattiva u fejn ir-riskju ta' korruzzjoni huwa kbir. [Em. 10]
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 kien maħsub biex jistabbilixxi bażi komuni għall-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi appoġġata l-ġlieda kontra s-sajd IUU u li jkun hemm kontroll u monitoraġġ aħjar tal-flotta tal-UEtal-Unjoni madwar id-dinja, kif ukoll kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni. [Em. 11]
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008(10) dwar is-sajd IUU kien adottat b'mod parallel mar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (‘ir-Regolament tal-Kontroll’)(11) kien adottat sena wara. Dawn ir-Regolamenti huma t-tliet pilastri ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u infurzar tal-PKS.
(11) Madankollu, dawk it-tliet Regolamenti ma kinux implimentati b’mod konsistenti; b’mod partikolari kien hemm inkonsistenzi bejn il-FAR u r-Regolament tal-Kontroll, li kien adottat wara r-Regolament tal-FAR. Permezz tal-implimentazzjoni tal-FAR feġġew għadd ta’ lakuni, peress li xi sfidi f’termini ta’ kontroll, bħall-kiri (chartering), l-għoti ta' bandiera ġdida u l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas tal-SFPA ("awtorizzazzjonijiet diretti"), ma kinux koperi. Barra minn hekk, xi obbligi ta’ rappurtar rriżultaw li kienu diffiċli, u l-istess jista' jingħad għat-tqassim tal-irwoli amministrattivi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
(12) Il-prinċipju ewlieni ta’ dan ir-Regolament preżenti huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u sorveljat kif xieraq, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għandu jiddependi mill-ilħieq ta' sett bażiku ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni jenħtieġ jippermetti lill-Kummissjoni li tintervjeni fis-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin. Dan hu neċessarju biex l-Kummissjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Gwardjan tat-Trattati. [Em. 12]
(12a) Dawn l-aħħar snin raw titjib konsiderevoli fil-politika esterna tas-sajd tal-Unjoni, f'termini ta' kundizzjonijiet u termini ta' SFPAs u d-diliġenza li biha d-dispożizzjonijiet huma infurzati. Jenħtieg li ż-żamma tal-opportunitajiet tas-sajd għall-flotta tal-Unjoni fi ħdan il-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli tkun objettiv ta' prijorità tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd u kundizzjonijiet simili għandhom jiġu applikati lill-attivitajiet tal-Unjoni barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-SFPAs. [Em. 13]
(12b) Jenħtieg li l-Kummissjoni taqdi rwol ta' medjatur meta l-possibilità li tirtira, tissospendi jew timmodifika awtorizzazzjoni tas-sajd hija magħmula abbażi ta' evidenza ta' theddida serja għall-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd. [Em. 14]
(13) Il-bastimenti ta’ appoġġ jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-mod kif il-bastimenti tas-sajd jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom u dwar il-kwantità ta' ħut li jkunu jistgħu jirkupraw. Huwa għaldaqstant meħtieġ li jitqiesu fil-proċessi tal-awtorizzazzjoni u tar-rappurtar stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(14) L-operazzjonijiet ta' għoti ta’ bandiera ġdida jsiru problematiċi meta l-għan tagħhom ikun li jiġu evitati r-regoli tal-PKS jew miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni jenħtieġ tkun tista' tiddefinixxi, issib u tostakola operazzjonijiet bħal dawn. It-traċċabilità u s-segwiment xieraq ta’ storja ta’ konformità jenħtieġ jiġu żgurati tul il-ħajja kollha ta' bastiment li jkun il-proprjetà ta' operatur tal-Unjoni irrispettivament mill-bandiera jew il-bnadar li jopera taħthom. Ir-rekwiżit li jingħata numru uniku tal-bastiment mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) għandu jkollu dak il-għan ukoll. [Em. 15]
(15) F’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu joperaw jew skont id-dispożizzjonijiet tal-SFPAs bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew bil-kisba ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd diretti minn pajjiżi terzi jekk ma jkun fis-seħħ l-ebda ftehim tal-SFPA. Fiż-żewġ każijiet dawn l-attivitajiet jenħtieġ jitwettqu b’mod trasparenti u sostenibbli. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri tal-bandiera jenħtieġ jingħataw is-setgħa li jawtorizza taħt sett definit ta’ kriterji u soġġett għas-sorveljanza, il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex ifittxu u jiksbu awtorizzazzjonijiet diretti minn stati terzi tal-kosta. L-attività tas-sajd jenħtieġ tiġi awtorizzata ladarba l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li dan mhux se jdgħajjef is-sostenibbiltà. Sakemm il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda oġġezzjoni oħra ġustifikata kif dovut, l-operatur li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni kemm mill-Istat Membru tal-bandiera u mill-istat kostali jenħtieġ jitħalla jibda l-operazzjoni tas-sajd tiegħu. [Em. 16]
(16) Kwistjoni speċifika dwar l-SFPAs hija l-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux utilizzati biżżejjed li jseħħu meta l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri bir-Regolamenti tal-Kunsill relevanti ma jintużawx kollha. Billi l-ispejjeż tal-aċċess stabbiliti fl-SFPAs huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, sistema temporanja ta' allokazzjoni mill-ġdid hija importanti biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-ebda opportunità ta' sajd li jkun sar ħlas għaliha tinħela. Għaldaqstant huwa neċessarju li s-sistema ta' allokazzjoni mill-ġdid, li jenħtieġ tkun mekkaniżmu aħħari, tiġi kjarifikata u mtejba. L-applikazzjoni tagħha għandu jkun temporanjugħandha tkun temporanja u ma għandux jaffettwagħandhiex taffettwa l-allokazzjoni inizjali tal-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri, li jfisser li ma tkunx ta' ħsara għall-istabilità relattiva. Bħala sistema aħħarija, l-allokazzjoni mill-ġdid għandha sseħħ biss ladarba l-Istati Membri rilevanti jkunu ċedew id-drittijiet tagħhom li jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd bejniethom. [Em. 17]
(16a) "Ftehimiet inattivi” huwa t-terminu użat fejn pajjiżi adottaw ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd mingħajr protokoll fis-seħħ, għal raġunijiet strutturali jew ċirkostanzjali. L-Unjoni għandha diversi "ftehimiet inattivi” ma' pajjiżi terzi. Jenħtieg għalhekk li l-bastimenti tal-Unjoni majitħallewx jistadu f'ilmijiet taħt il-ftehimiet inattivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel sforz biex "tqajjem" lil dawn il-ftehimiet jew twaqqaf il-ftehim ta' sħubija kkonċernat. [Em. 18]
(17) Attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċji tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) u sajd mhux irregolat fl-ibħra internazzjonali għandhom ukoll ikunu awtorizzati mill-Istat Membru tal-bandiera u jikkonformaw ma’ regoli speċifiċi tal-RFMOs jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa. [Em. 19]
(18) Arranġamenti tal-kiri (chartering) li jistgħu jimminaw l-effikaċja ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, kif ukoll iħallu impatt negattiv fuq l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali li jgħin lill-Unjoni biex tissorvelja aħjar l-attivitajiet ta’ bastimentital-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera tal-Unjoni u li jkunu mikrija (chartered) tal-Unjoni minn operaturi minn pajjiżi terzi abbażi ta’ dak li ġie adottat mill-RFMO. [Em. 20]
(19) Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti, pratikabbli u prevedibbli għall-operaturi tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom. [Em. 21]
(19a) Jenħtieġ li l-Unjoni tfittex li tikseb kundizzjonijiet internazzjonali ekwi fejn il-flotta tas-sajd tal-Unjoni tista' tikkompeti ma' nazzjonijiet oħra tas-sajd, billi tadatta r-regoli ta' aċċess għas-suq kif xieraq kull meta jiġu adottati regoli stretti għall-flotta tal-Unjoni. [Em. 22]
(20) Jenħtieġ jiġi żgurat l-iskambju ta’ dejta f’forma elettronika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif previst fir-Regolament tal-Kontroll. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta kollha mitluba dwar il-flotot u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, jġestu din id-dejta u jagħmluha disponibbli għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandhom jikkoperaw ma’ xulxin, mal-Kummissjoni u ma’ pajjiżi terzi fejn rilevanti biex jikkoordinaw dawk l-attivitajiet ta’ ġbir tad-data.
(21) Bil-ħsieb li tittejjeb it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tistabbilixxi reġistru elettroniku tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, li jinkludi kemm parti pubblika kif ukoll waħda sikura. L-informazzjoni fir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni tinkludi dejta personali. L-ipproċessar ta’ dejta personali abbażi ta' dan ir-Regolament jenħtieġ jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u liġi nazzjonali applikabbli.
(22) Bil-għan li tindirizza b’mod xieraq l-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, ir-regoli rilevanti jenħtieġ ikunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b’konformità mar-Regolament tal-Kontroll. B’mod partikolari, l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament dwar ir-rappurtar ta’ dejta dwar il-qabdiet u relatata mal-qabdiet jenħtieġ tapplika wkoll għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.
(23) Bastimenti tas-sajd minn pajjiżi terzi mingħajr awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament jenħtieġ, waqt in-navigazzjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni, ikunu obbligati li jiżguraw li l-irkaptu tagħhom tas-sajd ikun stivat b’tali mod li ma jkunx jista’ jintuża faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.
(24) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli mill-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni u, f’każ ta’ ksur, mir-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kontroll.
(25) Sabiex tissimplifika l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw sistema komuni ta’ skambju tad-dejta u ta’ ħażna tad-dejta biex jipprovdu informazzjoni u aġġornamenti meħtieġa, filwaqt li jkun qed jitnaqqas il-piż amministrattiv. F’dan ir-rigward, id-dejta li tinsab fir-reġistru tal-flotot tal-Unjoni jenħtieġ tintuża b’mod sħiħ.
(26) Sabiex jitqies il-progress teknoloġiku u rekwiżiti tal-liġi internazzjonali ġodda sussegwenti possibbli, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni tal-atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' modifiki tal-Annessi ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-lista ta' informazzjoni li għandha tingħata mill-operatur biex jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(14). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(27) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-format u tat-trażmissjoni ta’ dejta relatata ma’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni, kif ukoll biex tkun stabbilita metodoloġija għall-allokazzjoni mill-ġdid ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).
(28) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta immedjatament l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan.
(29) Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li għandhom isiru, ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu jitħassar,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-ħruġ u l-ġestjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal:
(a) bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperawjwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, taħt l-awspiċi tal-RFMO li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħhom, fi jew barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, jew f’ibħra miftuħa; kif ukoll
(b) bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li joperaw jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni. [Em. 23]
Artikolu 2
Rabta mal-liġi internazzjonali u tal-Unjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet:
(a) fl-SFPAs u ftehimiet simili dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;
(b) adottati mill-RFMOs jew organizzazzjoni simili tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti jew parti kooperanti mhux kontraenti tagħhom;
(c) fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta jew tittrasponi d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 4 tar-Regolament Bażiku. Barra minn hekk, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “bastiment ta' appoġġ” tfisser bastiment li mhux mgħammar b'tagħmir tas-sajd maħsub biex jaqbad jew jattira l-ħut u li jiffaċilita, jgħin jew iħejji l-attivitajiet tas-sajd; [Em. 24]
(b) "awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, li jagħtihflimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu,tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi tul il-perjodu speċifikat, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari f'kundizzjonijiet speċifiċi; [Em. 25]
(c) “reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u tal-bażi tad-dejta assoċjata;
(d) “awtorizzazzjoni diretta” tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ SFPA;
(e) “ilmijiet ta’ pajjiżi terzi” tfisser ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz;
(f) “programm ta’ osservatur” tfisser skema taħt l-awspiċi ta’ RFMO, SFPA, pajjiż terz jew Stat Membru li tipprovdi jipprovdu osservaturi abbord bastimenti tas-sajd b'ċerti kundizzjonijiet biex jivverifikaw il-konformità tinġabar id-dejta u/jew biex tiġi verifikata l-konformità tal-bastiment mar-regoli adottati minn dik l-organizzazzjoni, SFPA jew pajjiż; [Em. 26]
(fa) "parti kontraenti" tfisser parti kontraenti tal-konvenzjoni jew ftehim internazzjonali li jistabbilixxi RFMO, kif ukoll Stati, entitajiet tas-sajd jew entitajiet oħra li jikkooperaw ma' tali organizzazzjoni u li ngħataw status ta' parti mhux kontraenti f'kooperazzjoni fir-rigward ta' tali organizzazzjoni; [Em. 27]
(fb) “nolleġġjar” tfisser arranġament li permezz tiegħu bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru huwa mogħti b’kuntratt għal perjodu definit minn operatur fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz mingħajr ma jibdel il-bandiera; [Em. 77]
TITOLU II
ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI BARRA MILL-ILMIJIET TAL-UNJONI
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 4
Prinċipju ġenerali
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni kompetenti jew mill-pajjiż terz, bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.
Artikolu 5
Kriteriji ta' eliġibbiltà
1. Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ biss awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni jekk:
(a) jirċievi informazzjoni kompleta u preċiża, f'konformità mal-Annessi 1 u 2mal-Anness, dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment ta’ appoġġ assoċċjat, inklużi bastimenti ta’ appoġġ mhux tal-Unjoni; [Em. 28]
(b) il-bastiment tas-sajd ikollu liċenzja tas-sajd valida skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;
(c) il-bastiment tas-sajd u kwalunkwe bastiment ta’ appoġġ assoċċjatassoċjat ikollhom numru tal-OMI, meta dan ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; [Em. 29]
(d) l-operatur u l-bastimentil-kaptan tal-bastiment tas-sajd, kif ukoll il-bastiment tas-sajd ikkonċernat, ma jkunux ġew soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd; [Em. 78]
(e) il-bastiment tas-sajd ma jkunx inklużi f’lista ta’ bastimenti IUU adottata minn RFMO u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
(f) fejn japplika, l-opportunitajiet tas-sajd ikunu disponibbli għall-Istat Membru tal-bandiera skont il-ftehim tas-sajd ikkonċernat jew id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-RFMO; kif ukoll
(g) fejn applikabbli, il-bastiment tas-sajd jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 43, għall-fini l-Anness jiġi modifikat.
Artikolu 6
Operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida
1. Dan l-Artikolu japplika għal bastimenti li fi żmien ħames snin mid-data tal-applikazzjonimatul is-sentejn li jippreċedu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd ikunu:
(a) ħarġu mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u ngħataw bandiera ġdida f’pajjiż terz; kif ukoll
(b) sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni fi żmien 24 xahar minn meta jkunu ħarġu.
2. Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk ikun sodisfattivverifika li, matul il-perjodu li l-bastiment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun opera taħt bandiera ta’ pajjiz terz:
(a) ma jkunux involut f’attivitajiet tas-sajd IUU; u li
(b) ma jkunx opera f’ilmijiet jew ta’ pajjiż terz li ma jikkooperax skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew ta' pajjiż terz li jkun ġie identifikat bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16).
3. Għal dak l-għan, l-operatur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu rilevanti li matulu l-bastiment ikun opera taħt bandiera ta' pajjiż terz meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera, inkluż mill-inqas kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) dikjarazzjoni tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd matul il-perjodu rilevanti;
(c) kopja ta’ kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi matul il-perjodu rilevanti;
(d) stqarrija uffiċjali mill-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun ingħata bandiera ġdida li telenka s-sanzjonijiet il-bastiment jew l-operatur kien soġġett għalihom matul il-perjodu rilevanti.
(da) l-istorja sħiħa tal-bandiera matul il-perjodu li fih il-bastiment ikun ħalla r-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.
4. Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li jkun ingġata bandiera ġdida:
(a) f’pajjiż terz li ġie identifikati jew elenkat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008; jew
(b) f’pajjiż terz li ġie identifikati bħala pajjiż li jippermetti s-sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012.
5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li, hekk kif il-pajjiż ġie identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax IUU jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli, l-operatur:
(a) temm l-operazzjonijiet tas-sajd; kif ukoll
(b) beda limmedjatament il-proċeduri amministrattivi rilevanti biex ineħħi l-bastiment mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-pajjiż terz. [Em. 31]
Artikolu 7
Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b’dejta kompleta u preċiża.
2. Operatur għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru dwar kull bdil fid-dejta relatata.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissorvelja mill-inqas darba fis-sena jekk il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd baqgħux jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
4. Jekk kundizzjoni li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ma tkunx għadha sodisfati, Stat Membru tal-bandiera għandu jieħu azzjoni xierqa, inkluż li jemenda jew jirtira l-awtorizzazzjoni u jinnotifika immedjatament lill-operatur u lill-Kummissjoni u, jekk rilevanti, lis-segretarjat tal-RFMO jew lill-pajjiż terz ikkonċernat b'dan.
5. Fuq talba ġustifikata kif xieraq tal-Kummissjoni, Stat Membru tal-bandiera għandu jiċħad, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f’każijiet:
(a) ta' raġunijiet prevalenti ta’ politika b'rabta mal-isfruttarta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza relatati ma' theddida serja għall-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
(b) ta' ksur serju tal-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fil-qafasjew il-prevenzjoni jew it-twaqqif ta' sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat (IUU), jew sabiex tevita, f'każ ta' riskju għoli;jew,
(c) fil-każijiet fejn l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.
It-talba ġustifikata kif xieraq imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun sostnuta b'informazzjoni relevanti u xierqa. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-operatur meta jagħmel tali talba ġustifikata kif xieraq. Talba bħal din mill-Kummissjoni għandha tkun segwita minn perjodu ta' 15-il jum ta' konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru tal-bandiera.
6. Jekk Stat, fi tmiem il-perjodu ta' 15-il jum imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tikkonferma t-talba tagħha u l-Istat Membru tal-bandiera jonqos milli jirrifjuta, jemenda, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wara ħamest ijiem ulterjuri, li tirtira l-awtorizzazzjoni u tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera u l-operatur dwar danid-deċiżjoni tagħha. [Em. 32]
Il-Kapitolu II
Attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiż terz
Taqsima 1
Attivitajiet tas-sajd taħt L-SFPA
Artikolu 8
Sħubija fl-RFMO
Bastiment tas-sajd tal-Unjoni jista' jwettaq biss attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz fuq stokkijiet li ġestiti minn RFMO jekk dak il-pajjiż huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta’ dak l-RFMO. Meta l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli konklużi qabel… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], dan il-paragrafu għandu japplika minn… [erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 33]
L-Unjoni tista' talloka proporzjon tal-finanzjament għall-appoġġ settorjali lil pajjiżi terzi li magħhom għandha ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, sabiex tgħin lil dawk il-pajjiżi terzi jingħaqdu ma' RFMOs. [Em. 34]
Artikolu 9
Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima għandha tapplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi taħt SFPA.
L-Unjoni għandha tiżgura li l-SFPAs huma konsistenti ma' dan ir-Regolament. [Em. 35]
Artikolu 10
Awtorizzazzjoni tas-sajd
Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz skont l-SFPA sakemm ma tkunx inħarġitilu awtorizzazzjoni tas-sajd:
(a) mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħupajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd; kif ukoll [Am. 36]
(b) mill-pajjiż terz b'sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajietIstat Membru tal-bandiera tiegħu. [Am. 37].
Artikolu 11
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera
Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra ta’ pajjiżi terzi taħt l-SFPA biss jekk:
(a) il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;
(b) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-SFPA rilevanti huma ssodisfati;
(c) l-operatur ikun ħallas it-tariffi kollha;
(ca) l-operatur ikun ħallas l-penali finanzjarji applikabbli kollha impostimitluba mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz matul l-aħħar 12-il xahar, wara l-konklużjoni tal-proċeduri ġuridiċi applikabbli; u [Em. 38]
(cb) il-bastiment tas-sajd ikollu awtorizzazzjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. [Em. 39]
Artikolu 12
Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Ġaladarba joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajdikun ivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 ikunu sodisfatti, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni korrispondenti għall-awtorizzazzjonibiex jikseb l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż terz.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Annessi 1 u 2fl-Anness, flimkien ma’ kwalunkwe dejta oħra meħtieġa skont l-SFPA.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni mill-inqas 10 ijiem15-il jum kalendarju qabel l-iskadenza għat-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet stabbiliti fl-SFPA. Il-Kummissjoni tista’ titlob tibgħat talba ġustifikata kif xieraq lill-Istat Membru tal-bandiera għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.
4. Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 humaFi żmien 10 ijiem kalendarji minn meta tasal l-applikazzjoni jew, fil-każ li jintalab tagħrif addizzjonali skont il-paragrafu 3, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tirċievi l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami preliminari sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11 humiex sodisfati. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tibgħat it-talba lill-pajjiż terz jew tinnotifika lill-Istat Membru li l-applikazzjoni ġiet irrifjutata.
5. Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni skont il-ftehim, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan mingħajr dewmien, jekk possibbli b'mezzi elettroniċi. L-Istat Membru tal-bandiera għandu immedjatament jittrażmetti dik l-informazzjoni lis-sid ta' dak il-bastiment. [Em. 40]
Artikolu 13
Allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fil-qafas tal-SFPA
1. Matul sena speċifika jew kwalunkwe perjoduFi tmiem l-ewwel nofs tal-perjodu rilevanti ieħor tal-implimentazzjoni ta’ protokoll tal-SFPA, il-Kummissjoni tista’ tidentifika opportunitajiet ta’ sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri li jibbenefikaw mill-ishma korrispondenti tal-allokazzjoni b'dan.
2. Fi żmien 10 jiem20 jum mill-wasla ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu:
(a) jinfurmaw lill-Kummissjoni li se jużaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom aktar tard matul is-sena jew il-perjodufit-tieni nofs tal-perjodu rilevanti ta’ implimentazzjoni billi jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd; jew
(b) jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskambji ta’ opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament Bażiku.
3. Jekk ċerti Stati Membri ma jinfurmawx lill-Kummissjoni dwar waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, jekk b'riżultat ta' dan l-opportunitajiet tas-sajd jibqgħu ma jintużawx, il-Kummissjoni, matul perjodu ta' għaxart ijiem wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, tista' tniedi sejħa għall-interess għall-opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli fost l-Istati Membri l-oħra li jibbenefika minn sehem tal-allokazzjoni.
4. Fi żmien 10 ijiem mill-wasla ta’ dik is-sejħa għall-interess, dawk l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom f’opportunitajiet tas-sajd mhux użati lill-Kummissjoni. B’appoġġ għat-talba tagħhom, huma għandhom jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.
5. Jekk meqjus meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati għal aktar informazzjoni dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.
6. Fin-nuqqas ta' interess fl-opportunitajiet tas-sajd mhux użati mill-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem tal-allokazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' għaxart ijiem, il-Kummissjoni tista' tniedi sejħa għall-interess għall-Istati Membri kollha. Stat Membru jista' jikkomunika l-interess tiegħu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.
7. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafi 4 jew 5 u f'kooperazzjoni mill-qrib magħhom, il-Kummissjoni għandha talloka mill-ġdid, unikament fuq bażi temporanja, l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati fuq bażi temporanja billi tapplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 14.
7a. L-allokazzjoni mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 7 għandha tapplika biss matul it-tieni nofs tal-perjodu ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u għandha sseħħ darba biss matul dak il-perjodu.
7b. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri rigward:
(a) l-iStati Membri li għalihom tkun saret l-allokazzjoni mill-ġdid;
(b) il-kwantitajiet allokati lill-Istati Membri li lilhom tkun saret l-allokazzjoni mill-ġdid; kif ukoll
(c) il-kriterji ta' allokazzjoni użati għall-allokazzjoni mill-ġdid. [Em. 41]
Artikolu 13a
Simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' tiġdid annwali eżistenti ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd matul il-perjodu li fih il-protokoll għal SFPA fis-seħħ japplika
Proċeduri aktar mgħaġġla, eħfef u aktar flessibbli għat-tiġdid tal-liċenzji ta' dawk il-bastimenti li l-istatus tagħhom (karatteristiċi, bandiera, proprjetarju jew konformità) ma nbidilx minn sena għal oħra għandhom ikunu permessi matul il-perjodu fis-seħħ ta' SFPA tal-Unjoni. [Em. 42]
Artikolu 14
Metidoloġija Metodoloġija temporanja tal-allokazzjoni mill-ġdid
1. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, metodoloġija temporanja għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).
2. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati b'rabta maż-żmien limitat li jkun fadal biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(3). Dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.
3. Meta tistabbilixxi l-metodoloġija tal-allokazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji trasparenti u oġġettivi li ġejjin, b'kont meħud ta' fatturi ambjentali, soċjali u ekonomiċi:
(c) is-sehem assenjat għal kull Stat Membru li jagħmel it-talba fl-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd inizjali;
(d) il-qabda storika u l-livelli tal-isforz ta’ kull Stat Membru li jagħmel it-talba;
(e) l-għadd, it-tip u l-karatteristiċi tal-bastimenti u l-irkaptu użat;
(f) il-konsistenza tal-pjan tas-sajd provdut mill-Istati Membri li jagħmel it-talba mal-elementi elenkati fil-punti (a) sa (e).
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ġustifikazzjoni tagħha għall-allokazzjoni mill-ġdid. [Em. 43]
Artikolu 15
Allokazzjoni ta' kwota ta' kull sena maqsuma f'għadd ta' limiti tal-qabda suċċessivi
1. Fejn L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd f'sitwazzjoni fejn il-Protokoll għal ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli jistabbilixxi limiti tal-qbid ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta’ kwota annwali, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi metodoloġija għall-allokazzjoni, kull xahar, kull tliet xhur jew perjodu ieħor, tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-opportunitajiet tas-sajd korrispondenti bejn l-Istati Membri għandhom ikunu konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri skont l-att legali rilevanti tal-Unjoni. Dan il-prinċipju ma għandux japplika biss meta l-Istati Membri kkonċernati qablu dwar pjanijiet konġunti tas-sajd li jqisu l-limiti tal-qbid ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta' kwota annwali. Dawk l-attita’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).[Em. 44]
2. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill rilevanti. [Em. 45]
Taqsima 2
Attivitajiet tas-sajd taħt awtorizzazzjoni diretta
Artikolu 16
Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima għandha tapplika għal attivitajiet ta’ sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ SFPA fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz.
Artikolu 17
Awtorizzazzjoni tas-sajd
Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd f’ilmijiet ta’ pajjiż terz barra l-qafas ta’ SFPA sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-:
(a) pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet; kif ukoll [Em. 46]
(b) pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajietIstat Membru tal-bandiera tiegħu. [Em. 47]
Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f'ibħra ta' pajjiżi terzi kull meta l-Protokoll ta' SFPA partikolari li jkopri dawk l-ilmijiet ma kienx fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti.
Fil-każ ta' tiġdid tal-Protokoll, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi awtomatikament irtirata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak il-Protokoll.
Artikolu 18
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera
Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra ta’ pajjiżi terzi barra l-qafas ta’ ftehim ta’ SFPA:
(a) ma hemmx SFPA fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti, jew il-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ jipprovdi espressament għall-possibbiltà ta’ awtorizzazzjonijiet diretti;
(b) il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;
(ba) hemm eċċess tal-qabda permissibbli kif meħtieġ taħt l-Artikolu 62(2) tal-UNCLOS;
(c) l-operatur ikun ipprovda kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(i) kopja tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd applikabbli kif ipprovduta lill-operatur mill-Istat tal-kosta;
(ii) konferma bil-miktub mill-pajjiż terz, wara d-diskussjonijiet bejn l-operatur u dan tal-aħħar, tat-termini tal-awtorizzazzjoni diretta maħsuba li tagħti lill-operatur l-aċċessawtorizzazzjoni tas-sajd valida mogħtija mill-pajjiż terz għall-attivitajiet proposti ta' sajd li fiha t-termini ta' aċċess għar-riżorsi tas-sajd tiegħu, inkluż it-tul, il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet tas-sajd espressi bħala sforzi jew limiti tal-qabda;
— valutazzjoni xjentifika mogħtija mill-pajjiż terz u/jew minn RFMO u/jew minn korp reġjonali tas-sajd b'kompetenza xjentifika rikonoxxuta mill-Kummissjoni; kif ukoll
— fil-każ ta' evalwazzjoni mill-pajjiż terz, eżami ta’ din tal-aħħar mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi tal-valutazzjoni tal-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu jew, kif xieraq, l-istitut xjentifiku ta' Stat Membru b'kompetenza fis-sajd rilevanti;
— kopja tal-leġiżlazzjoni tas-sajd tal-pajjiż terz;
(iv) uffiċjal maħtur, in-numru tal-kont tal-bank pubbliku għall-ħlas tal-miżati kollha; kif ukoll
(d) fil-każ li l-attivitajiet tas-sajd iridu jitwettqu fuq speċji ġestiti minn RFMO, il-pajjiż terz huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta’ dik l-organizzazzjoni. [Em. 49]
Artikolu 19
Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet diretti
1. Ġaladarba jkun ħareġ awtorizzazzjoni tas-sajdstabbilixxa l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Annessi 1 u 2fl-Anness, u fl-Artikolu 18.
2. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx talbetIl-Kummissjoni għandha tagħmel eżami preliminari tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Hija tista' titlob aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1fi żmien perjodu ta’ 15-il jum kalendarju mit-trażmissjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-operatur li jista’ jibda l-attivitajiet tas-sajd inkwistjoni, sakemm ikun ingħata l-awtorizzazzjoni diretta mill-pajjiż terz ukoll.
3. Jekk, wara t-talba għal aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 18 ma jkunux sodisfatti, tista' toġġezzjona għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien xahrejnxahar minn meta tirċievi inizjalment l-informazzjoni kollha meħtieġa jew ġustifikazzjoni.
3a. Minkejja l-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, jekk awtorizzazzjoni tas-sajd se tiġġedded fi żmien perjodu ta' mhux iktar minn sentejn mill-ħruġ tal-ewwel awtorizzazzjoni fuq l-istess termini u kundizzjonijiet kif ġew miftiehma fl-awtorizzazzjoni inizjali, l-Istat Membru jista' joħroġ l-awtorizzazzjoni direttament ladarba jkun stabbilixxa l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandu jkollha 15-il jum biex toġġezzjona skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.
4. Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan, li għandhom jinformaw lill-proprjetarju tal-bastiment.
5. Jekk pajjiż terz jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u lill-propretarju tal-bastiment b'dan.
6. Operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b’kopja tal-kundizzjonijiet finali miftiehem bejnu u l-pajjiż terz, inkluża kopja tal-awtorizzazzjoni diretta. [Em. 50]
Kapitolu III
Attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni taħt l-awspiċi tal-RFMOs
Artikolu 20
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fuq stokkijiet taħt l-awspiċi ta’ RFMO, fl-ilmijiet tal-Unjoni, fl-inħra miftuħa u f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi.
Artikolu 20a
L-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-RFMOs
Sabiex tapplika l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-RFMOs u skont l-objettivi msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament Bażiku, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi valutazzjonijiet perjodiċi tal-prestazzjoni minn korpi indipendenti, u għandu jkollha rwol attiv fil-ħolqien u t-tisħiħ ta' kumitati ta' implimentazzjoni fl-RFMOs kollha li għalihom hija parti kontraenti. B'mod partikolari għandu jiġi żgurat li dawk il-kumitati ta' implimentazzjoni jwettqu s-superviżjoni ġenerali tal-implimentazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika esterna tas-sajd u tal-miżuri deċiżi fil-qafas tal-RFMO. [Em. 51]
Artikolu 21
Awtorizzazzjoni tas-sajd
Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fuq stokkijiet li huma ġestiti minn RFMO sakemm:
(-a) l-Unjoni hija parti kontraenti għall-RFMO; [Em. 52]
(a) ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu;
(b) ma jkunx ġie inkluż fir-reġistru jew il-lista rilevanti tal-bastimenti awtorizzati tal-RFMO; kif ukoll [Em. 53]
(c) fejn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi: ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-pajjiżi terzi rilevanti f’konformità mal-Kapitolu II.
Artikolu 22
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera
Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk:
(a) il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma ssodisfati;
(b) ir-regoli stabbiliti mill-RFMO jew il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tat-traspożizzjoni jiġu rispettati; kif ukoll
(c) fejn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi: il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 11 jew 18 huma rrispettati.
Artikolu 23
Reġistrazzjoni minn RFMOs
1. Stat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista/i ta' bastimenti tas-sajd kif definita fir-Regolament Bażiku li huma attivi u, fejn applikabbli, għandu jkollu reġistru assoċjat tal-qabdiet, li jkun awtorizza għal attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċi ta' RFMO.
2. Il-lista/i msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’konformità ma’ ħtiġiet ta’ RFMO u akkumpanjati mill-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2fl-Anness.
3. Il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhrilha li hi meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 10 ijiem wara li tirċievi l-lista msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal kull talba bħal din.
4. Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu22 huma ssodisfati, u fi żmien perjodu ta' 15-il jum wara li tirċievi l-lista msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista/i ta' bastimenti awtorizzati lill-RFMO.
5. Jekk ir-reġistru jew il-lista tal-RFMO ma jkunux pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera bil-bastimenti inklużi fihomtgħaddi l-lista ta' bastimenti awtorizzati lill-Istati Membri involuti fis-sajd rilevanti. [Em. 54]
Kapitolu IV
Attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ibħra miftuħa
Artikolu 24
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa miftuħa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ aktar minn 24-il metru. [Em. 55]
Artikolu 25
Awtorizzazzjoni tas-sajd
Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd f’ibħra internazzjonali sakemm:
(a) ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera ta' dak il-bastiment abbażi ta' evalwazzjoni xjentifika li tivvaluta s-sostenibbiltà tal-attivitajiet proposti ta' sajd li tkun ġiet ivvalidata mill-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu jew, kif xieraq, l-istitut xjentifiku ta' Stat Membru b'kompetenza fis-sajd rilevanti; kif ukoll [Em. 56]
(b) l-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 27.
Artikolu 26
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera
Stat Membru tal-bandiera jista’ biss joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss għal attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk:
(a) il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma sodisfatti;
(b) l-attivitajiet tas-sajd ippjanati huma:
– ibbażati fuq approċċ imsejjes fuq l-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tar-Regolament Bażiku; kif ukoll
– skont evalwazzjoni xjentifika, li tqis il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar, ipprovduta mill-istitut xjentifiku nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera. [Em. 57]
Artikolu 27
Notifika lill-Kummissjoni
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika l-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-Kummissjoni mill-inqas 15-il jum8,5 jiem kalendarju qabel ma jibdew l-attivitajiet ippjanati tas-sajd fl-ibħra miftuħa, u jipprovdi l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2stabbilita fl-Anness. [Em. 58]
Kapitolu V
Kiri (chartering) ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Artikolu 28
Prinċipji
1. Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt arranġamenti ta’ kiri (chartering) fejn ikun fis-seħħ ftehim ta’ SFPA, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-ftehim.
2. Bastiment tal-Unjoni li ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt aktar minn arranġament wieħed ta’ kiri (chartering) fl-istess żmien jew jieħu sehem f’kiri sekondarju (sub-chartering).
2a. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom joperaw taħt ftehimiet ta' kiri f'ilmijiet taħt l-awspiċi ta' RFMO unikament jekk l-Istat fejn il-bastiment ikun mikri jkun parti kontraenti għal dik l-organizzazzjoni.
3. Bastiment mikri (chartered) tal-Unjoni ma jistax juża l-opportunitajiet tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu matul il-perjodu tal-Karta. Il-qabdiet ta' bastiment mikri (chartered) għandhom jingħaddu mal-opportunitjiet tas-sajd tal-Istat kerrej (chartering).
3a. Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jnaqqas ir-responsabbiltajiet tal-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward tal-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew dispożizzjonijiet oħra tal-Politika Komuni tas-Sajd, inklużi rekwiżiti ta' rappurtar. [Em. 59]
Artikolu 29
Il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd taħt ftehim ta' kiri (chartering)
Meta joħorġu awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment skont l-Artikoli 11, 18, 22 jew 26, u meta l-attivitajiet tas-sajd rilevanti jitwettqu taħt arranġament ta’ kiri (chartering), l-Istat Membru tal-bandiera għandu jivverifika li:
(a) l-awtorità kompetenti tal-Istat kerrej (chartering) tkun ikkonfermata uffiċjalment li l-arranġament huwa f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu; kif ukoll
(b) il-ftehim ta' id-dettalji tal-ftehim ta' kiri (chartering) huwa speċifikata fl-awtorizzazzjoni huma speċifikati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd inklużi l-perjodu taż-żmien, l-opportunitajiet tas-sajd u ż-żona tas-sajd. [Em. 60]
Kapitolu VI
Obbligi ta' kontroll u rappurtar
Artikolu 30
Dejta tal-programm ta' osservatur
Jekk id-dejta tinġabar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni taħt programm ta' osservazzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-RFMO, l-operatur ta' dak il-bastiment għandu jibgħat dik l-informazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. [Em. 61]
Artikolu 31
Informazzjoni lil pajjiżi terzi
1. Meta jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, u jekk il-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli mal-pajjiżi terzi jipprevedi hekk, operatur ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat d-dikjarazzjonijietid-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz, u jibgħat kemm lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kopja ta’ dik il-komunikazzjoniu kemm lill-pajjiż terz.
2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jivvaluta l-konsistenza tad-dejta mibgħuta lill-pajjiż terz, kif imsemmi fil-paragrafu 1, bid-dejta li jkun irċeva f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. F'każ ta' inkonsistenza tad-dejta, l-Istat Membru għandu jinvestiga jekk tali inkonsistenza tikkostitwixxix sajd IUU skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u jieħu azzjoni xierqa, skont l-Artikoli 43 sa 47 ta' dak ir-Regolament.
3. In-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ksur serju għall-fini tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet u ta' miżuri oħra previsti mill-politika komuni tas-sajd. Il-gravità tal-ksur għandha tkun deċiża mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma n-natura tal-ħsara, il-valur tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika tal-awtur tal-ksur u l-livell tal-ksur jew ir-ripetizzjoni tiegħu. [Em. 62]
Artikolu 31a
Rekwiżiti tas-sħubija fl-RFMO
Bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz jista' jwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni fuq stokkijiet li huma ġestiti minn RFMO biss jekk il-pajjiż terz huwa parti kontraenti f'dik l-RFMO. [Em. 63]
TITOLU III
ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TA' PAJJIŻ TERZ FL-ILMIJIET TAL-UNJONI
Artikolu 32
Prinċipji ġenerali
1. Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ma jistax jipparteċipaw f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Kummissjoni. Għandu jinħareġ biss tali awtorizzazzjoni jekk jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5. [Em. 64]
2. Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha hija topera, u d-dispożizzjonijiet. Jekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tas-sajd rilevanti jkunu differenti, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu ddikjarati b'mod espliċitu f'dan il-ftehim jew permezz ta' regoli maqbula mal-pajjiż terz li jimplimenta l-ftehim. [Em. 65]
3. Jekk bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ikun qed ibaħħar fl-ilmijiet tal-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, l-irkaptu tas-sajd tiegħu għandu jintrabat u jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ biss awtorizzazzjoni għal bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz għal attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni jekk:
(-a) hemm eċċess tal-qabda permissibbli li jkopri l-opportunitajiet tas-sajd proposti kif meħtieġ skont l-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS;
(a) l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2 fl-Anness dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment(i) ta' appoġġ assoċjat(i) hija sħiħa u preċiża; il-bastiment u kwalunkwe bastiment(i) ta’ appoġġ assoċċjat(i) ikollhom numru tal-OMI meta jkun meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(b) l-operatur u l-bastiment il-kaptan tal-bastiment tas-sajd, kif ukoll il-bastiment tas-sajd ikkonċernat ma jkunux ġew soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009ikkonċernat, matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd;
(c) il-bastiment tas-sajd mhux fuq xi lista ta' bastimenti IUU adottata minn pajjiż terz, RFMO jew mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u/jew il-pajjiż terz mhuwiex identifikat jew elenkat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012;
(d) il-bastiment tas-sajd huwa eliġibbli taħt il-ftehim tas-sajd mal-pajjiż terz ikkonċernat u, fejn xieraq, qed qiegħed fuq il-lista ta' bastimenti taħt dak il-ftehim. [Em. 66]
Artikolu 34
Proċedura għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Il-pajjiż terz għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd tiegħu qabel l-iskadenza stabbilita fil-ftehim ikkonċernat jew dak stabbilit mill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-pajjiż terz għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.
3. Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 intlaħqu, il-Kummissjoni għandha toħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri konċernati b’din.
Artikolu 35
Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Jekk kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 33 ma tkunx għadha ssodisfata, il-Kummissjoni għandha temenda jew tirtira l-awtorizzazzjoni u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri konċernati b’dan.
2. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f’każijiet fejn tkun seħħet bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi jew f’każijiet fejn raġunijiet prevalenti ta’ politika
(a) relatati, fost l-oħrajn, mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
(b) ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza relatati ma' theddida serja għall-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
(c) jew mal-ġlieda kontrafejn hija meħtieġa azzjoni biex tipprevjeni ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, dwar sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat; jew
(d) jitolbu tali azzjoni jew f’każijiet fejn, għal tali jew kwalunkwe raġuni oħra prevalenti ta’ politika l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-pajjiż terz fil-każ li tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-ewwel subparagrafu. [Em. 67]
Artikolu 36
Għeluq tal-attivitajiet tas-sajd
1. Meta l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lil pajjiż terz jitqiesu li ġew eżawriti, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat u lill-awtoritàjiet kompetenti ta' spezzjoni tal-Istati Membri b'dan. Sabiex ikun jista' jsir sajd kontinwu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux eżawriti, li jistgħu jaffettwaw ukoll l-opportunitajiet eżawriti, il-pajjiż terz għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-miżuri tekniċi li jipprevjenu kull impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti. Mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak il-pajjiż terz għandhom jitqiesu sospiżi għall-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati u l-bastimenti ma għandhomx jibqgħu awtorizzati biex jipparteċipaw f’dawk l-attivitajiet tas-sajd.
2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jitqiesu meta sospensjoni ta' attivitajiet tas-sajd f'konformità mal-paragrafu 2 tikkonċerna l-attivitajiet kollha li jkunu ngħataw għalihom.
3. Il-pajjiż terz għandu jiżgura li l-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jiġu infurmati minnufih li qed jiġi applikat dan l-Artikolu u li huma jwaqqfu l-attivitajiet tas-sajd kollha kkonċernati.
Artikolu 37
Sajd żejjed tal-kwoti f'ilmijiet tal-Unjoni
1. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li pajjiż terz ikun qabeż il-kwoti li jkun ġie allokat għal stokk jew grupp ta’ stokkijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel tnaqqis mill-kwoti allokati lil dak il-pajjiż għal dak l-istokk jew grupp ta’ stokkijiet fis-snin sussegwenti. L-ammont tat-tnaqqis għandu jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em. 68]
2. Jekk tnaqqis skont il-paragrafi 1ma jistax jiġi magħmul fuq il-kwota għal stokk jew grupp ta' stokkijiet li kien mistad iżżejjed minħabba li dik il-kwota għal stokk jew grupp ta' stokkijiet ma tkunx disponibbli biżżejjed għall-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tnaqqas il-kwoti, fis-snin ta’ wara għal stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet oħra disponibbli għal dak il-pajjiż terz fl-istess żona ġeografika, jew għall-valur kummerċjali korrispondenti.
Artikolu 38
Kontroll u infurzar
1. Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli ta’ kontroll li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha hija jopera.
2. Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-entità nnominata minnha u, fejn rilevanti, lill-Istat Membru kostali, id-dejta li bastimenti tal-Unjoni huma meħtieġa jibagħtu lill-Istat Membru tal-bandiera skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu d-dejta msemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat Membru kostali.
4. Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi, fuq talba lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, ir-rapporti tal-osservaturi prodotti taħt programmi ta’ osservatur applikabbli.
5. Stat Membru kostali għandu jirreġistra kull ksur imwettaq minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, inklużi s-sanzjonijiet relatati, fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-pajjiż terz biex jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa mill-pajjiż terz.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 44, biex timplimenta fil-liġi tal-Unjoni r-riżultat ta’ konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ arranġamenti ta’ aċċess.
TITOLU IV
Dejta u informazzjoni
Artikolu 39
Reġistru ta' awtorizzazzjoni ta' sajd tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta' awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni li jkun fih l-awtorizzazzjonijiet kollha tas-sajd mogħtija skont it-Titolu II u t-Titolu III, magħmul minn parti pubblika u parti sikura. Dak ir-reġistru għandu:
(a) jirreġistra l-informazzjoni kollha fl-Annessi 1 u 2 stabbilita fl-Anness u juri l-istatus ta’ kull awtorizzazzjoni f’ħin reali;
(b) jintuża għall-iskambju ta’ dejta u ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u Stat Membru; kif ukoll
(c) jintuża għall-finijiet ta’ ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd biss.
2. Il-lista ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd fir-reġistru għandha tkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a) l-isem u l-bandiera tal-bastiment u n-numru CFR u IMO fejn meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(aa) l-isem, il-belt u l-pajjiż ta' residenza tal-kumpanija proprjetarja u tas-sid benefiċjarju;
(b) it-tip ta' awtorizzazzjoni, inklużi l-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll
(c) żona u ħin permessi tal-attività tas-sajd (dati tal-bidu u tat-tmiem; iż-żona tas-sajd).
3. Stat Membru għandu juża r-reġistru biex iressaq l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-Kummissjoni u biex iżżomm id-dettalji aġġornati, kif rikjest mill-Artikoli 12, 19, 23 u 27. [Em. 69]
Artikolu 40
Rekwiżiti tekniċi
L-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fit-Titoli II, III u IV għandu jitwettaq f’format elettroniku. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), li jistabbilixxu rekwiżiti operattivi tekniċi għar-reġistrar, l-ifformattjar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija f’dawk it-Titoli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).
Biex isir operazzjonali reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni u biex jiġi permess lil dawn l-Istati Membri li jilħqu r-rekwiżiti ta' trażmissjoni teknika, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri kkonċernati. Għal dan l-għan, hija għandha tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jibagħtu l-informazzjoni li l-operaturi huma mitluba jipprovdu għal kull tip ta' awtorizzazzjoni u, sa… [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tiżviluppa applikazzjoni tal-IT biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrasferixxu lejn ir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni b'mod awtomatiku u f'ħin reali informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet u l-karatteristiċi tal-bastimenti. [Em. 70]
Għal appoġġ tekniku u finanzjarju għat-trasferiment tal-informazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). [Em. 71]
Artikolu 41
Aċċess għad-dejta
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 110 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jagħtu aċċess għall-parti sikura tar-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 39 tas-servizzi amministrattivi kompetenti rilevanti involuti fil-ġestjoni tal-flotot tas-sajd.
Artikolu 42
Ġestjoni tad-dejta, ħarsien tad-dejta personali u kunfidenzjalità
Id-dejta miksuba taħt dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikoli 109, 110, 111, u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE u r-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħha.
Artikolu 43
Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u RFMOs
1. Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni minn pajjiż terz jew RFMO li hija rilevanti għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, sakemm jitħalla jagħmel dan mill-ftehim bilaterali ma’ dak il-pajjiż terz jew mir-regoli tal-RFMO kkonċernata.
2. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, tista’, fil-qafas ta’ ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, taħt l-awspiċi tal-RFMOs jew organizzazzjonijiet simili tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti jew parti kooperanti mhux kontraenti tagħhom, tikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament, jew infrazzjonijiet serji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar- Regolament (KE) Nru 1224/2009, lil partijiet oħra għal dawk il-ftehimiet jew organizzazzjonijiet soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li forna l-informazzjoni u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 72]
TITOLU V
Proċeduri, delega u implimentazzjoni tal-miżuri
Artikolu 44
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 5(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 73]
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3a. Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 45
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit skont l-Artikolu 47 tar-Regolament Bażiku. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
TITOLU VI
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 46
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 huwa mħassar.
2. Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 47
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
Anness 1
Lista tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd
* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 48, jistgħu ma jimtlewx jekk l-informazzjoni tista’ tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR jew OMI)
I
APPLIKANT
1
Isem l-operatur ekonomiku*
2
Posta elettronika*
3
Indirizz
4
Faks
5
Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*
6
Telefon
7
Isem l-aġent (skont id-dispożizzjonijiet tal-protokoll)*
8
Posta elettronika*
9
Indirizz
10
Faks
11
Telefon
12
Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*
13
Posta elettronika*
14
Indirizz
15
Faks
16
Telefon
17
Ismijiet tal-kaptani*
18
Posta elettronika*
19
Nazzjonalità*
20
Faks
21
Telefon
II
IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT, KARATTERISTIĊI TEKNIĊI U TAGĦMIR TAL-BASTIMENT
22
Isem il-bastiment*
23
Stat tal-Bandiera*
24
Data meta nkisbet il-bandiera attwali*
25
Immarkar estern*
26
Numru OMI (UVI)*
27
Numru CFR*
28
Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)*
29
Frekwenza tas-sejħa*
30
Numru tat-telefon bis-satellita
31
MMSI*
32
Sena u post tal-kostruzzjoni*
33
Bandiera preċedenti u data tal-akkwist (fejn applikabbli)*
34
Materjal tal-buq: azzar / injam / poliesteru / oħrajn*
35
Transponder tal-VMS*
36
Mudell*
37
Numru tas-serje*
38
Verżjoni tas-softwer*
39
Operatur tas-satellita*
40
Manifattur tal-VMS (l-isem)
41
Tul totali tal-bastiment*
42
Wisa’ tal-bastiment*
43
Pixka*
44
Tunnellaġġ (f'TG)*
45
Qawwa tal-Magna Ewlenija (f'kW)*
46
Tip ta' magna
47
Marka
48
Numru tas-serje tal-magna*
III
KATEGORIJA TAS-SAJD LI GĦALIHA HIJA MITLUBA AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD
49
Tip ta' bastiment (kodiċi FAO)*
50
Tip ta' tagħmir (kodiċi FAO)*
53
Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)*
54
Diviżjonijiet tas-Sajd — FAO jew l-Istat Kostali *
55
Portijiet tal-ħatt l-art
56
Portijiet tat-trażbord
57
Kodiċi tal-FAO tal-ispeċijiet fil-mira jew Kategorija tas-sajd (SFPA)*
58
Perjodu tal-awtorizzazzjoni mitlub (dati tal-bidu u tat-tmiem)
59
Numru tar-reġistru tal-RFMOs* (jekk magħruf)
60
Data tad-dħul fir-reġistru tal-RFMO* (jekk magħrufa)
Il-pajjiż terz li jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastiment mikri*
Dokumenti mehmuża (f'lista):[Em. 74]
Anness 2
Lista ta’ informazzjoni li għandha tingħata għall-bastiment ta’ appoġġ li jappoġġa l-bastiment tas-sajd deskritt fl-Anness 1
* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 33, jistgħu ma jimtlewx għal bastiment ta' appoġġ b'bandiera mill-Unjoni jekk l-informazzjoni tista’ tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR)
I
OPERATUR U BASTIMENT TA' APPOĠĠ
1
Isem l-operatur ekonomiku*
2
Posta elettronika*
3
Indirizz
4
Faks
5
Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*
6
Telefon
7
Isem l-aġent (skont id-dispożizzjonijiet tal-protokoll)*
8
Posta elettronika*
9
Indirizz
10
Faks
11
Telefon
12
Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*
13
Posta elettronika*
14
Indirizz
15
Faks
16
Telefon
17
Ismijiet tal-kaptani*
18
Posta elettronika*
19
Nazzjonalità*
20
Faks
21
Telefon
II
IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT TA' APPOĠĠ, KARATTERISTIĊI TEKNIĊI U TAGĦMIR TAL-BASTIMENT
22
Isem il-bastiment*
23
Stat tal-Bandiera*
24
Data meta nkisbet il-bandiera attwali*
25
Immarkar estern*
26
Numru OMI (UVI)*
27
Numru CFR (għall-bastimenti tal-Unjoni, jekk magħruf)*
28
Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)*
29
Frekwenza tas-sejħa*
30
Numru tat-telefon bis-satellita
31
MMSI*
32
Sena u post tal-kostruzzjoni
33
Bandiera preċedenti u data tal-akkwist (fejn applikabbli)*
34
Materjal tal-buq: azzar / injam / poliesteru / oħrajn
35
Transponder tal-VMS
36
Mudell
37
Numru tas-serje
38
Verżjoni tas-softwer
39
Operatur tas-satellita
40
Manifattur tal-VMS (l-isem)
41
Tul totali tal-bastiment
42
Wisa’ tal-bastiment
43
Pixka
44
Tunnellaġġ (f'GT)
45
Qawwa tal-Magna Ewlenija (f'kW)
47
Tip ta' magna
48
Marka
49
Numru tas-serje tal-magna
III
INFORMAZZJONI DWAR L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD APPOĠĠATI
50
Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)
51
Diviżjonijiet tas-sajd - FAO
52
speċijiet fil-mira (kodiċi FAO)
53
Numru tar-reġistru tal-RFMO*
54
Data tad-dħul fir-reġistru tal-RFMO*
Dokumenti mehmuża (f'lista): [Em. 75]
Anness
Lista tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd
* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 48, jistgħu ma jimtlewx jekk l-informazzjoni tista' tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR jew IMO)
I
APPLIKANT
1
Identifikatur tal-bastiment (numru IMO, numru CFR, eċċ.)
2
Isem il-bastiment
3
Isem l-operatur ekonomiku*
4
Posta elettronika*
5
Indirizz
6
Fax
7
Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*
8
In-numru tat-telefown
9
Isem is-sid
10
Posta elettronika*
11
Indirizz
12
Fax
13
In-numru tat-telefown
14
Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*
15
Posta elettronika*
16
Indirizz
17
Fax
18
In-numru tat-telefown
19
Isem/ismijiet tal-kaptan/i*
20
Posta elettronika*
21
Nazzjonalità*
22
Fax
23
In-numru tat-telefown
II
KATEGORIJA TAS-SAJD LI GĦALIHA HIJA MITLUBA AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD
Tip ta' awtorizzazzjoni (ftehim dwar is-sajd, awtorizzazzjoni diretta, RFMO, ibħra internazzjonali, il-Karta, bastiment ta' appoġġ)
24
Tip ta' bastiment (kodiċi FAO)*
25
Tip ta' tagħmir (kodiċi FAO)*
26
Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)*
27
Kodiċi FAO tal-ispeċijiet fil-mira jew Kategorija tas-sajd (SFPA) *
28
Perjodu tal-awtorizzazzjoni mitlub (dati tal-bidu u tat-tmiem)
29
Numru tar-reġistru tal-RFMOs* (jekk magħruf)
30
Lista ta' bastimenti ta' appoġġ: isem / numru IMO / numru CFR
III
KIRI (Chartering)
31
Bastiment li qed jopera taħt arranġament ta' kiri*: Iva / Le
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/428/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar l-aċċettazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim li jippromwovi l-osservanza tal-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u maniġġar minn bastimenti tas-sajd fl-ibħra internazzjonali (ĠU L 177, 16.7.1996, p. 24).
Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/Res/66/288 tas-27 ta’ Lulju 2012 dwar ir-riżultat tal-Konferenza Rio +20, intitolata “Il-Futur Li Rridu”.
Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34).
Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).