Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (13037/2016 – C8-0490/2016 – 2016/0307(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13037/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (13038/2016),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0490/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0052/2017),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.