Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0283(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0110/2017

Testi mressqa :

A8-0110/2017

Dibattiti :

PV 04/04/2017 - 15
CRE 04/04/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0111

Testi adottati
PDF 256kWORD 49k
L-Erbgħa, 5 ta' April 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 ***
P8_TA(2017)0111A8-0110/2017
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016 – C8-0103/2017 – 2016/0283(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2016)0604),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016) u r-rettifika tal-Kunsill (14942/2016 COR2),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C8-0103/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: L-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' regolament(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 86, 99(1) u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0110/2017);

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 kif stabbilit fl-anness ta' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) 7030/2017 u 7031/2017 COR1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0309.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0412.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0112.


ANNESS

Abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/… li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, , r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza