Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2233(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0104/2017

Testi mressqa :

A8-0104/2017

Dibattiti :

PV 04/04/2017 - 15
CRE 04/04/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.11

Testi adottati :

P8_TA(2017)0113

Testi adottati
PDF 411kWORD 51k
L-Erbgħa, 5 ta' April 2017 - Strasburgu
Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza
P8_TA(2017)0113A8-0104/2017
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza (COM(2016)0607 – C8-0387/2016 – 2016/2233(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0607 – C8-0387/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2014(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: l-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni(6), u tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020(7),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0104/2017),

A.  billi fl-2014 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-marġni ta' kontinġenza b'ammont ta' EUR 3 168 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; billi ammont ta' EUR 350 miljun kien inkluż fil-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-istennija ta' ftehim dwar it-trattament ta' pagamenti għal strumenti speċjali;

B.  billi ġie deċiż li matul il-perjodu 2018-2020 jiġi kkumpensat l-ammont ta' EUR 2 818 233 715 u l-Kummissjoni tiġi mistiedna tippreżenta fi żmien xieraq proposta dwar l-ammont li jifdal ta' EUR 350 miljun;

C.  billi, skont it-tbassir dwar il-pagamenti fuq terminu ta' żmien medju ppreżentat fil-kuntest tal-analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, hija mistennija pressjoni fuq il-limiti tal-pagamenti annwali għas-snin 2018-2020;

D.  billi l-baġit għas-sena 2017 juri marġni taħt il-limitu ta' pagament ta' EUR 9,8 biljun, u dan jippermetti li jiġi kkumpensat l-ammont sħiħ mobilizzat fl-2014;

1.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu ppreżentati bħala parti mill-pakkett ta' analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP;

2.  Jikkunsidra li l-kumpens ta' ammont totali ta' EUR 2 818 233 715 mobilizzat fl-2014 mill-marġni taħt il-limitu massimu għas-sena 2017 se jipprovdi aktar flessibbiltà għat-tieni parti tal-QFP u se jgħin biex tkun evitata kriżi ġdida tal-pagamenti;

3.  Jenfasizza li l-esklużjoni tal-bqija tal-ammont ta' EUR 350 miljun mill-kumpens jikkonferma l-pożizzjoni li ilu jieħu l-Parlament li l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal strumenti speċjali huma magħduda oltre l-limiti massimi tal-QFP;

4.  Jilqa' pożittivament, fil-prinċipju, il-ftehim tal-Kunsill għad-deċiżjoni annessa li huwa konformi mal-interpretazzjoni tal-Parlament;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) 7030/2017 u 7031/2017 COR1.
(4) ĠU L 72, 17.3.2015, p. 4.
(5) ĠU C 294, 12.8.2016, p. 65.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0309.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0412.


ANNES

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/1331.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza