Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2018(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0155/2017

Testi mressqa :

A8-0155/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.13

Testi adottati :

P8_TA(2017)0115

Testi adottati
PDF 330kWORD 49k
L-Erbgħa, 5 ta' April 2017 - Strasburgu
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2017 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall
P8_TA(2017)0115A8-0155/2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 għall-baġit ġenerali tal-2017 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugal (07003/2017 – C8-0130/2017 – 2017/2018(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017, adottat mill-Kummissjoni fis-26 ta' Jannar 2017 (COM(2017)0046),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 adottata mill-Kunsill fit-3 ta’ April 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament fit-3 ta’ April 2017 (07003/2017 – C8-0130/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0155/2017),

A.  billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta' EUR 71 524 810 fir-rigward tal-għargħar li laqtu lir-Renju Unit tul Diċembru 2015 sa Jannar 2016, in-nixfa u n-nirien f'Ċipru bejn Ottubru 2015 u Ġunju 2016 u n-nirien fil-gżira Portugiża ta' Madeira f'Awwissu 2016,

B.  billi l-għan tal-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 huwa li jdaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit tal-Unjoni 2017,

C.  billi għaldaqstant il-Kummissjoni tipproponi li temenda l-baġit tal-Unjoni 2017 u żżid l-Artikolu 13 06 01 'Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija',

D.  billi l-FSUE kif definit fir-Regolament dwar il-QFP huwa strument speċjali u l-approprazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti huma bbaġitjati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP,

1.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja mill-FSUE għar-reġjuni affettwati minn diżastri naturali;

2.  Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2017, kif ippreżentat mill-Kummissjoni;

3.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-baġit Emendatorju Nru 1/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 28.2.2017.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

Avviż legali - Politika tal-privatezza