Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0021(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0067/2017

Testi mressqa :

A8-0067/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.3

Testi adottati :

P8_TA(2017)0134

Testi adottati
PDF 244kWORD 46k
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - Brussell Verżjoni finali
Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju ***
P8_TA(2017)0134A8-0067/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju (05925/2017 – C8-0102/2017 – 2016/0021(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05925/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0102/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0067/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lin-Nazzjonijiet Uniti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza