Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2195(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0096/2017

Testi mressqa :

A8-0096/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.63

Testi adottati :

P8_TA(2017)0194

Testi adottati
PDF 440kWORD 50k
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - Brussell
Kwittanza 2015: L-Impriża Konġunta SESAR
P8_TA(2017)0194A8-0096/2017
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0086/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0096/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 473, 16.12.2016, p. 66.
(2) ĠU C 473, 16.12.2016, p. 68.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0086/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0096/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 473, 16.12.2016, p. 66.
(2) ĠU C 473, 16.12.2016, p. 68.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0096/2017),

A.  billi l-Impriża Konġunta SESAR ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li hu intenzjonat biex jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku fl-Ewropa,

B.  billi wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, il-programm SESAR 2 estenda t-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-proġetti SESAR huma maqsumin f'''fażi ta' definizzjoni" (2004-2007) immexxija minn Eurocontrol, "fażi ta' żvilupp" inizjali (2008-2016), iffinanzjata mill-perjodu ta' programmazzjoni 2008-2013 ġestita mill-Impriża Konġunta, u "fażi ta' attwazzjoni" (2014-2020) li taħdem b'mod parallel mal-"fażi ta' żvilupp"; billi hu mistenni li l-fażi ta' attwazzjoni titmexxa mill-industrija u mill-partijiet interessati għall-produzzjoni u l-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-infrastruttura l-ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru;

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fl-2007;

E.  billi l-Impriża Konġunta ġiet iddisinjata bħala sħubija pubblika-privata, bl-Unjoni u Eurocontrol bħala membri fundaturi;

F.  billi l-baġit għall-fażi ta' żvilupp 2008-2015 tal-proġett SESAR huwa ta' EUR 2 100 000 000, li għandu jiġi pprovdut f'partijiet ugwali mill-Unjoni, minn Eurocontrol u mis-sħab parteċipanti mis-settur pubbliku u dak privat, u barra minn hekk, il-baġit tal-Unjoni għall-fażi ta' attwazzjoni tal-Programm SESAR 2 2014-2024 iffinanzjat minn ''Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni'' (''Orizzont 2020'') huwa ta' EUR 585 000 000; billi skont il-Ftehimiet ta' Sħubija l-ġodda ta' Orizzont 2020, il-kontribuzzjoni minn Eurocontrol mistennija li tkun ta' madwar EUR 500 000 000, u l-kontribuzzjoni tas-sħab l-oħra mill-industrija tal-avjazzjoni mistennija li tkun ta' madwar EUR 720 700 000;

G.  billi l-Impriża Konġunta jeħtiġilha żżomm kontijiet separati għall-ewwel Programm (2007-2016 fl-ambitu tal-finanzjament tas-Seba’ Programm Qafas/TEN-T (SESAR 1)) u t-tieni Programm (2014-2024 fl-ambitu tal-finanzjament ta' Orizzont 2020 (SESAR 2)) (flimkien ''SESAR 2020'');

Ġenerali

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (ir-''rapport tal-Qorti''), il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.  Jinnota li t-tranżizzjoni tal-Impriża Konġunta u l-programm ta' żvilupp ta' SESAR, hekk kif l-għeluq tal-programm SESAR 1 kien skedat li jitlesta fl-2015 iżda r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) kompla lil hinn mill-qafas finanzjarju inizjali 2007-2013 għall-qafas finanzjarju 2014-2020 taħt Orizzont 2020; jinnota t-tranżizzjoni lejn il-Programm SESAR 2 u t-tnedija u l-eżekuzzjoni ta' proġetti ta' riċerka esploratorja u industrijali u ta' innovazzjoni fil-qafas ta' SESAR 2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jirrikonoxxi li s-sena 2015 kienet l-ewwel sena ta' tranżizzjoni reali minn SESAR 1 (iffinanzjat mis-Seba’ Programm Qafas u t-TEN-T) għal SESAR 2 (iffinanzjat minn Orizzont 2020), peress li l-ftehimiet ta' għotja ta' Orizzont 2020 u l-ftehimiet bilaterali ma' Eurocontrol u l-industrija tal-avjazzjoni ma ġewx konklużi fi tmiem l-2015;

4.  Jinnota li, skont ir-Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, il-baġit finali għal SESAR 1 għas-sena finanzjarja 2015 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 30 229 774 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 126 733 842, u jinnota wkoll li l-baġit finali għal SESAR 2020 għas-sena finanzjarja 2015 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 51 470 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 10 300 000;

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-rati ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 100 % u 82,3 % rispettivament; jirrileva mir-risposta tal-Impriża Konġunta li r-rata tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 82,3 % irriżultat minħabba dewmien ta' xahrejn għall-ewwel Orizzont 2020, u li dan ma kienx fil-kontroll tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' pagament relatati mhux użati għall-2015 ġew introdotti mill-ġdid kompletament fil-baġit tal-2016;

6.  Jinnota li, mill-impenji operattivi totali magħmula fl-2015 (EUR 74 500 000), 29 % kienu impenji individwali bbażati fuq proċeduri ta' għoti kkompletati għal għotjiet u kuntratti, u li l-71 % li fadal kienu impenji globali li għalihom il-proċedura ta' għoti ma kinitx tlestiet; josserva li l-livell għoli ta' impenji globali fl-2015 huwa dovut għall-fatt li l-ewwel sejħiet għal proposti ta' Orizzont 2020 fir-rigward ta' għotjiet b'total ta' EUR 51 470 000, tnedew fit-tieni nofs tal-2015, u li l-ftehimiet relatati ġew iffirmati fl-2016;

7.  Jinnota li, bħala parti mill-awditu tal-2015 ġew awditjati 257 dikjarazzjoni tal-ispejjeż, li jirrappreżentaw il-15-il Membru kollha u li jammontaw għal EUR 61 000 000 jew 11 % tal-ispejjeż totali ddikjarati ta' EUR 560 800 000, b'rata tal-iżball residwu ta' 0,70;

Trasferiment

8.  Jinnota li matul l-2015 l-Impriża Konġunta għamlet żewġ trasferimenti baġitarji li jammontaw għal EUR 79 500; jirrikonoxxi li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji definiti fl-Artikolu 26(1) tar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit operattiv tal-2015 ippreveda organigramma ta' 39 aġent temporanju u tliet esperti nazzjonali ssekondati (SNEs), total ta' 42 kariga, li minnhom 41 kienu okkupati fi tmiem l-2015;

10.  Jindika li l-Impriża Konġunta wettqet 13-il proċedura ta' akkwist b'valur approssimattiv ta' EUR 76 700 000 f'konformità mar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, biex tiżgura kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri u l-aktar użu effiċjenti tal-fondi tal-Impriża Konġunta; jinnota wkoll li l-Impriża Konġunta ffirmat 28 kuntratt, fosthom 20 kuntratt speċifiku taħt kuntratti qafas u 8 kuntratti bħala riżultat tal-proċeduri ta' akkwist imnedija fl-2014 jew fl-2015;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.  Jinnota li matul l-2015 ġiet adottata l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Impriża Konġunta mill-bord tat-tmexxija, li tqis il-prijoritajiet stipulati mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, tistipula l-approċċ tal-Impriża Konġunta f'dan il-qasam u tiffissa l-objettivi tad-direttur eżekuttiv u l-bord tal-ġestjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tul is-sentejn jew it-tliet snin sussegwenti;

12.  Jilqa' l-fatt li fl-2015 l-Impriża adottat approċċ multidimensjonali rigward ir-rieżami, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni effikaċi tar-riskji u li għandha fis-seħħ mekkaniżmi ta' verifika li jippermettu l-prevenzjoni u l-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta' interess, u jistenna li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-pubbliku jiġu infurmati kull sena dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri u dwar kwalunkwe segwitu li jingħatalhom;

13.  Jinnota li , skont ir-rapport tal-Qorti, f'Lulju 2015, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida lill-Impriżi Konġunti relatati ma' regoli dwar kunflitti ta' interess, inkluż mudell komuni għad-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta sabiex dawk il-linji gwida jkunu riflessi fil-proċeduri tagħha, kif ukoll li tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tlestija tad-dikjarazzjonijiet imsemmija;

Kontroll Intern

14.  Josserva li t-tnedija ta' SESAR 2020 kellha impatt fuq is-sistema ta' kontroll intern, u li dan jitlob approċċ differenti, filwaqt li għad hemm bżonn li tiġi implimentata l-introduzzjoni ta' proċessi ġodda taħt Orizzont 2020; jinnota li matul l-2015, il-ġestjoni tal-programm u tal-finanzjament ta' SESAR 2020 saru suġġetti għar-regolamenti u l-prinċipji li jirregolaw Orizzont 2020, u b'hekk kienu jeħtieġu għadd ta' tibdiliet fl-istruttura amministrattiva u operattiva u fl-ambjent tal-Impriża Konġunta;

Awditi interni

15.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditu dwar governanza operattiva u aġġornament tal-Pjan Regolatorju f'Ottubru 2015; josserva li l-IAS ħareġ 9 rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom kienet immarkata bħala ''importanti ħafna'' u sitta mmarkati bħala ''importanti''; jinnota b'sodisfazzjon li rakkomandazzjoni waħda importanti ħafna u ħamsa mis-sitt rakkomandazzjonijiet importanti ġew implimentati; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa li fadal;

16.  Jirrikonoxxi li l-awditu tal-IAS dwar il-Pjan Regolatorju għamel tliet rakkomandazzjonijiet ewlenin li għalihom l-Impriża Konġunta stabbiliet pjan ta' azzjoni dettaljat biex tindirizzahom; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar bil-pjan ta' azzjoni tagħha;

Sejħiet ghal proposti

17.  Jinnota li, taħt il-finanzjament ta' Orizzont 2020, tnedew tliet sejħiet għal proposti fl-2015 li jkopru żewġ tipi ta' azzjoni; dawk l-azzjonijiet kienu primarjament azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni, iżda inkludew ukoll azzjonijiet ta' innovazzjoni; jirrikonoxxi li ġew ippreżentati 28 tema fi ħdan is-sejħiet u li l-proposti li waslu ġew evalwati abbażi tal-eċċellenza, l-impatt u l-kwalità kif ukoll l-effiċjenza tal-implimentazzjoni; it-tielet sejħa kkonċernat Applikazzjonijiet ta' Sħubija Finali;

18.  Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat il-Programm ta' Ħidma Pluriennali ta' SESAR 2020, b'konformità mal-prijoritajiet tal-Pjan Regolatorju Ewropew aġġornat tal-ATM, li jservi bħala l-''programm ta' ħidma globali tal-Impriża Konġunta'', u jipprovdi dettalji dwar id-diversi attivitajiet operattivi, tekniċi u trasversali meħtieġa biex jitwassal SESAR 2020.

Kwistjonijiet oħra

19.  Jinnota li l-bord amministrattiv, f'Diċembru 2015, adotta l-Pjan Regolatorju tal-ATM (edizzjoni tal-2015) li jkopri kemm l-iżvilupp kif ukoll it-twettiq ta' SESAR; jilqa' l-iżvilupp ta' viżjoni 2035+ għal SESAR, li tistabbilixxi l-ambizzjonijiet ta' prestazzjoni preferibbli u l-prospettivi imprenditorjali preliminari;

20.  Jilqa' l-fatt li l-ħidma rikjesta mill-Kummissjoni fir-rigward tal-fażi tad-definizzjoni tas-Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Pilotati mill-Bogħod (RPAS) twettqet b'suċċess; jissottolinja l-importanza ta' ftehim preliminari mal-industrija tal-avjazzjoni inġenerali dwar l-integrazzjoni sikura tad-droni fl-ispazju tal-ajru ċivili; jinnota wkoll li f'Diċembru 2015 tnieda studju dwar il-prospettiva tad-droni li huwa maħsub biex jifforma l-bażi għall-kopertura xierqa tal-attivitajiet tal-RPAS fil-Pjan Regolatorju tal-ATM;

21.  Jinnota r-riżultati tal-eżerċizzju tal-2015 biex jiġu stabbiliti parametri ta' riferiment fil-qasam tar-Riżorsi Umani: 54 % karigi operattivi, 44% karigi amministrattivi u 2 % karigi newtrali;

22.  Jirrileva r-rwol kruċjali tal-Impriża Konġunta fil-koordinament u l-implimentazzjoni tar-riċerka fil-proġett SESAR, li huwa proġett ewlieni tal-Ajru Uniku Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza