Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0374(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0189/2017

Testi mressqa :

A8-0189/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/06/2017 - 7.2

Testi adottati :

P8_TA(2017)0233

Testi adottati
PDF 385kWORD 53k
Il-Ħamis, 1 ta' Ġunju 2017 - Brussell Verżjoni finali
Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi *
P8_TA(2017)0233A8-0189/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi (COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0758),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0529/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0189/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdida)
(-1)   Fl-2013, id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-VAT li fil-fatt inġabret (l-hekk imsejħa "diskrepanza tal-VAT") fl-Unjoni kienet ta' madwar EUR 170 biljun, u l-frodi transfruntiera jammontaw għal telf ta' dħul mill-VAT fl-Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE7 tistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata għall-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati bir-rata ta' VAT standard.
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE7 tistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata għall-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati bir-rata ta' VAT standard, b'tali mod li toħloq żvantaġġ għall-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament u li żżomm lura l-iżvilupp ta' dan is-suq. Dak l-iżvantaġġ komparattiv jista' jostakola l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali fl-Unjoni.
____________
_____________

7 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
7 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT7a, il-Parlament Ewropew fakkar li waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-VAT hija l-prinċipju tan-newtralità, u, għal dik ir-raġuni, huwa sostna li "l-kotba, il-gazzetti u r-rivisti kollha, irrispettivament mill-format tagħhom, għandhom jiġu trattati eżattament bl-istess mod".
_________________
7a Testi adottati, P7_TA(2011)0436.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni8, u biex jibqgħu aġġornati mal-progress teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.
(2)  Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni8, u l-ambizzjoni tagħha li tiżgura li l-Ewropa tkun kompetittiva u fuq quddiem nett fid-dinja fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku, u b'hekk jistimulaw l-innovazzjoni, il-ħolqien, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, u jiffaċilitaw it-tagħlim diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-aċċess għall-kultura fl-ambjent diġitali, u l-promozzjoni tagħha.
____________
_____________
8 COM(2015)0192 finali
8 COM(2015)0192 finali.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Jekk l-Istati Membri jitħallew japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet stampati u għal pubblikazzjonijiet elettroniċi, dan għandu jiżgura t-trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-konsumaturi - u b'hekk jippromwovi l-qari - kif ukoll lill-pubblikaturi, biex b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti, titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9, il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta' VAT preferenzjali bħall-pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta' appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju preċedenti.
(3)  Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9, il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta' VAT preferenzjali bħall-pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta' appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju preċedenti. Din il-proposta hija bi qbil mal-objettiv li l-Istati Membri jingħataw aktar libertà biex jiffissaw ir-rati tal-VAT tagħhom fil-qafas ta' sistema tal-VAT definittiva u bbażata fuq id-destinazzjoni.
_________________
_________________
9 COM(2016)0148 finali
9 COM(2016)0148 finali.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)   F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jkun hemm sistemi tal-VAT aktar sempliċi, aktar reżistenti għall-frodi u favorevoli għan-negozji fl-Istati Membri kollha, kif ukoll li jinżamm il-pass mal-ekonomija diġitali u mobbli tal-lum.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.
(5)  Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl, b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn biex jaqraw materjal stampat skont it-tifsira tad-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9a, il-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma jikkonsistux għalkollox jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati wkoll għal dawn il-formati.
__________________
9a Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (COM(2016)0596 final, 2016/0278(COD)) (ĠU ..., p. ...).
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Il-fatt li l-Istati Membri jingħataw il-libertà li japplikaw rati tal-VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-kotba elettroniċi, il-gazzetti elettroniċi u l-perjodiċi elettroniċi jista' joħloq opportunità ta' marġni ta' profitt ġodda għall-pubblikaturi u ta' investiment f'kontenut ġdid, meta mqabbel mal-mudell attwali li jiddependi ħafna fuq ir-reklamar. Fil-livell tal-Unjoni għandu wkoll jingħata bidu għal riflessjoni aktar ġenerali fuq il-mudell ta' finanzjament tal-kontenut elettroniku.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Il-flessibbiltà mogħtija lill-Istati Membri fil-kuntest tal-proposta attwali bl-ebda mod ma tippreġudika r-reġim definittiv tal-VAT biex jiġi varat u li fil-kuntest tiegħu kull żieda fil-flessibbiltà tkun teħtieġ tiġi bbilanċjata mal-impatt fuq il-funzjonament tas-suq uniku, il-kamp ta' applikazzjoni għall-frodi tal-VAT, iż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju u r-riskju ta' kompetizzjoni inġusta.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  Għalkemm din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrettifikaw sitwazzjoni ta' trattament inugwali, hija ma tneħħix il-ħtieġa għal sistema aktar ikkoordinata, effiċjenti u sempliċi ta' rati mnaqqsa tal-VAT b'inqas eċċezzjonijiet.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2006/112/KE
Anness III – punt 6
(6)  il-forniment, li jinkludi s-self mil-libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament jew b'mod predominanti ddedikati għar-reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li kompletament jew b'mod predominanti jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta' vidjo;
(6)  il-forniment, li jinkludi s-self mil-libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament jew b'mod predominanti ddedikati għar-reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li kompletament jew b'mod predominanti jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta' vidjo; inklużi opuskoli, fuljetti u materjal simili stampat, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f'forma ta' manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 2a (ġdid)
Artikolu 2a
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni Ewropea għandha, sa ... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], tipproduċi rapport li jidentifika l-Istati Membri li jkunu adottaw rati tal-VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi u l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom, u tevalwa l-impatt ta' dawk il-miżuri f'termini ta' implikazzjonijiet baġitarji u l-iżvilupp tas-settur kulturali.
Avviż legali - Politika tal-privatezza