Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2733(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0405/2017

Testi mressqa :

B8-0405/2017

Dibattiti :

PV 14/06/2017 - 24
CRE 14/06/2017 - 24

Votazzjonijiet :

PV 15/06/2017 - 7.9
CRE 15/06/2017 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0274

Testi adottati
PDF 243kWORD 47k
Il-Ħamis, 15 ta' Ġunju 2017 - Strasburgu
L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet
P8_TA(2017)0274B8-0405/2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew (2017/2733(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi transnazzjonali jgħinu fl-iżvilupp ta' sensibilizzazzjoni politika Ewropea usa' u fl-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni;

B.  billi l-finanzjament tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jenħtieġ li jappoġġja l-attivitajiet politiċi skont il-prinċipji tal-Unjoni u jenħtieġ li jkun trasparenti u li ma jkunx miftuħ għall-abbuż;

C.  billi l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi l-ħolqien, mill-1 ta' Settembru 2016, ta' Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej bil-kompitu li tiddeċiedi jekk ir-reġistrazzjoni u d-dereġistrazzjoni tal-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ikunux konformi mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolament;

1.  Jiddispjaċih dwar il-bosta nuqqasijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, speċjalment fir-rigward tal-livell ta' kofinanzjament (riżorsi proprji), u tal-possibbiltà ta' sħubija multipartitika tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn in-nuqqasijiet kollha u tipproponi reviżjoni tar-regolament mill-aktar fis possibbli;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza