Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 li tapprova l-ħatra ta’ Mariya Gabriel bħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0166/2017 - 2017/0805(NLE))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra r-riżenja ta’ Kristalina Georgieva minn Membru tal-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2017, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra ta’ Mariya Gabrielbħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0166/2017),
– wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ ta’ Mariya Gabriel fl-20 ta’ Ġunju 2017, li kienet immexxija mill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, b’assoċjazzjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 118 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,
1. Japprova l-ħatra ta’ Mariya Gabriel bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2019;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.