Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-4 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0631),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0392/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– – wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0193/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ l-att leġiżlattiv finali;
3. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-1 ta' Ġunju 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0236).
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
Il-Kummissjoni tinnota li jekk ma jkunx possibbli li tiġi implimentata s-sospensjoni tal-arranġamenti preferenzjali qabel l-użu sħiħ tal-kwoti annwali b'rati ta' dażju għall-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tipproponi tnaqqis jew sospensjoni ta' dawn il-konċessjonijiet fis-snin li ġejjin.