Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2748(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0438/2017

Testi mressqa :

B8-0438/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2017)0292

Testi adottati
PDF 249kWORD 42k
L-Erbgħa, 5 ta' Lulju 2017 - Strasburgu
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
P8_TA(2017)0292B8-0438/2017

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (C(2017)03982 – 2017/2748(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)03982),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 22 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar(1), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), u b'mod partikolari l-Artikoli 26 u 27(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' Lulju 2017,

A.  billi l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 stipulaw il-formoli li jridu jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 861/2007 ġie emendat mir-Regolament (UE) 2015/2421, li se japplika mill-14 ta' Lulju 2017; billi l-bidliet li saru lill-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jenħtieġ li jiġu riflessi fil-formoli fl-annessi msemmija hawn fuq;

C.  billi huwa meħtieġ li jiġu sostitwiti l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 u billi jenħtieġ li l-Annessi I sa IV japplikaw fl-istess ħin meta jibda japplika r-Regolament (UE) 2015/2421;

D.  billi l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 se jibdew japplikaw fl-14 ta' Lulju 2017, u jenħtieġ li r-Regolament delegat għalhekk jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 341, 24.12.2015, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza