Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0448(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0241/2017

Testi mressqa :

A8-0241/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2017 - 8.2

Testi adottati :

P8_TA(2017)0295

Testi adottati
PDF 246kWORD 42k
L-Erbgħa, 5 ta' Lulju 2017 - Strasburgu
Konvenzjoni dwar tniġġis transkonfini tal-arja fuq distanza twila sabiex jitnaqqsu l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku *
P8_TA(2017)0295A8-0241/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar li tiġi aċċettata f'isem l-Unjoni Ewropea l-Emenda għall-Protokoll tal-1999 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (07524/2017 – C8-0143/2017 – 2013/0448(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07524/2017),

–  wara li kkunsidra l-Emenda tat-test tal-Protokoll tal-1999 u l-Annessi II sa IX tiegħu sabiex titnaqqas l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku u ż-żieda tal-Annessi X u XI ġodda (07524/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0143/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0241/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza