Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-ħatra ta' Simon Busuttil fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2017/2132(INS))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tiegħu (B8-0503/2017),
A. billi Simon Busuttil jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-TFUE;
1. Jipproponi li Simon Busuttil jinħatar fil-kumitat;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.