Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (11782/2016 – C8-0123/2017– 2016/0252(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11782/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (12124/2016),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0123/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0254/2017),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda.