Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0287(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0181/2017

Testi mressqa :

A8-0181/2017

Dibattiti :

PV 12/09/2017 - 3
CRE 12/09/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2017 - 7.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0326

Testi adottati
PDF 345kWORD 44k
It-Tlieta, 12 ta' Settembru 2017 - Strasburgu
Il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali ***I
P8_TA(2017)0326A8-0181/2017
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0589),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0378/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta’ Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0181/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 125, 21.4.2017, p. 69.
(2) ĠU C 207, 30.6.2017, p. 87.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-12 ta' Settembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament (UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fir-rigward tal-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali
P8_TC1-COD(2016)0287

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1953.)


ANNESS GĦAR-RESOLUZZJONI LEGISLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U IL-KUMMISSJONI

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jenħtieġ li l-inizjattiva WiFi4EU jkollha impatt sinifikanti u skalabilità. Għal dan l-għan, huma jinnotaw li jekk ma tistax tiġi garantita b'mod sħiħ żieda ta' bejn EUR 25 000 000 u EUR 50 000 000 fil-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tipproponi allokazzjonijiet mill-ġdid ta' EUR 120 000 000 fi ħdan dak il-pakkett biex ikun iffaċilitat il-finanzjament globali għall-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza