Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0030(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0310/2016

Testi mressqa :

A8-0310/2016

Dibattiti :

PV 12/09/2017 - 4
CRE 12/09/2017 - 4

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2017 - 7.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0327

Testi adottati
PDF 347kWORD 54k
It-Tlieta, 12 ta' Settembru 2017 - Strasburgu
Miżuri biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-provvista tal-gass ***I
P8_TA(2017)0327A8-0310/2016
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010 (COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0052),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0035/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Bulgaru, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2016(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Mejju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0310/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)ĠU C 487, 28.12.2016, p. 70.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-12 ta' Settembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament (UE) 2017/...dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010
P8_TC1-COD(2016)0030

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1938.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 16 tar-Regolament

Il-Kummissjoni tilqa’ l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament propost bħala għodda importanti biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza ma’ Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija.

Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza li jiġi żgurat b’mod effettiv li l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija ma jdaħħlu fis-seħħ l-ebda miżura li tista’ taffettwa b’mod negattiv lill-qagħda tas-sigurtà tal-provvista fl-UE u fl-Istati Membri tagħha u vice versa.

F’dan ir-rigward, mingħajr preġudizzju għall-proposta inizjali tagħha tas-16 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni se tikkunsidra li, fi żmien debitu, lill-Kunsill tipproponilu rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 218 tat-TFUE għal negozjati dwar l-emendi tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, bl-għan li jiġu stabbiliti qafas ġuridiku u mekkaniżmi xierqa li jippermettu l-applikabbiltà ta’ dispożizzjonijiet partikolari tar-Regolament u ta’ partijiet rilevanti oħra tal-acquis communautaire fil-qasam tal-enerġija bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija min-naħa l-oħra, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ qafas imsaħħaħ għas-sigurtà tal-provvista tal-gass.

Avviż legali - Politika tal-privatezza