Inklużjoni tal-emissjonijiet u assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropewfit-13 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdid)
(-1) Il-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa -1a (ġdid)
(-1a) Il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10
(3) Fil-5 ta' Ottubru 2016, il-Kunsill irratifika l-Ftehim ta' Pariġi f'isem l-Unjoni, wara l-approvazzjoni mogħtija mill-Parliament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016.Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Dan ir-Regolament jifforma parti, f'dan ir-rigward, mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif stabbilit fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10 L-Unjoni jeħtieġ li tkompli tmexxi bl-eżempju u żżid l-isforzi tagħha marbuta mal-klima għal livelli konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi.
(4) Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.
(4) Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, fatt li jirrikjedi li d-dinja tidħol f'perjodu ta' livelli ta' emissjonijiet negattivi, li matulu l-foresti, l-art agrikola u l-artijiet mistagħdra, inklużi t-torbieri, se jiżvolġu rwol ċentrali. Il-Ftehim ta' Pariġi għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ ir-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jiġi eliminat il-faqar, inkluż billi tiżdied il-kapaċità ta' adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima, u billi titrawwem ir-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp ta' emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod li ma tkunx mhedda l-produzzjoni tal-ikel. Fil-Ftehim ta' Pariġi l-Partijiet jirrikonoxxu wkoll il-prijorità fundamentali li titħares is-sigurtà tal-ikel u li jintemm il-ġuħ, u l-vulnerabbiltajiet partikolari tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima. Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi din il-mira, huwa meħtieġ li l-Partijiet iżidu l-isforzi kollettivi tagħhom biex jimmitigaw it-tibdil fil-klima u jillimitaw it-tisħin globali. Il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti. Fil-Ftehim ta' Pariġi, il-partijiet jirrikonoxxu wkoll li azzjoni ta' adattament għandha ssegwi approċċ trasparenti b'mod sħiħ, filwaqt li jitqiesu l-ekosistemi, u tkun ibbażata fuq l-aqwa xjenza disponibbli u tiġi ggwidata minnha.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdid)
(4a) Huwa essenzjali li l-foresti jiġu mmaniġġjati b'mod sostenibbli, skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti żviluppati fl-ambitu tal-proċess Forest Europe. Dak il-proċess jiddefinixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bħala l-ġestjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet tal-foresti b'mod u b'rata tali li jippermettulhom iżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta' riġenerazzjoni, il-vitalità u l-kapaċità li jiġu sodisfati, attwalment u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livell lokali, nazzjonali u dinji, u b'mod li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn. Din il-ġestjoni teħtieġ ukoll li r-rwol tal-afforestazzjoni f'dan il-kuntest jiġi rrikonoxxut.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdid)
(4b) Biex jinkisbu l-livelli negattivi ta' emissjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Pariġi, is-sistema tal-kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") jeħtieġ li tkun robusta. Peress li l-assorbimenti permezz tal-LULUCF huma riversibbli, għandhom jiġu trattati bħala pilastru separat fil-qafas tal-politika għall-klima tal-Unjoni.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") fil-Qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.
(5) Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-produzzjoni u għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") fil-qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.
(6) Is-settur tal-LULUCF hu espost ħafna u vulnerabbli ħafna għat-tibdil fil-klima. Fl-istess ħin, is-settur għandu potenzjal enormi li jipprovdi benefiċċji fit-tul għall-klima u li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni u dawk internazzjonali dwar il-klima fuq terminu twil. Is-settur tal-LULUCF jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jnaqqas l-emissjonijiet, u billi jmantni u jżid il-bjar u l-ħażniet tal-karbonju. Is-settur jipprovdi wkoll bijomaterjali li jistgħu, sa ċertu punt, jissostitwixxu l-materjali b'użu intensiv tal-fjuwils fossili u tal-karbonju b'bijomassa b'livell baxx tal-karbonju mill-foresti. Rigward tali sostituzzjoni, iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' dawk il-materjali, mill-produzzjoni tal-materja prima sal-istadji tal-ipproċessar u l-manifattura, għandhom jiġu kkunsidrati. Il-bijoekonomija, inkluża s-sostituzzjoni tal-materjali bħal fil-kostruzzjoni, u inkluża l-bijoenerġija, għandha rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ħielsa mill-fjuwils fossili. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi u konformi mal-Ftehim ta' Pariġi, il-foresti sostenibbli u l-ġestjoni tar-riżorsi u l-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju huma essenzjali. Billi s-settur tal-LULUCF huwa kkaratterizzat minn perjodi ta' żmien twal, hemm bżonn ta' strateġiji fit-tul sabiex ikun hemm il-possibiltà ta' investimenti sostenibbli fuq medda twila ta' żmien.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdid)
(6a) L-Unjoni għandha tassumi rwol ta' tmexxija fil-livell globali fil-promozzjoni u fl-esportazzjoni tar-riċerka u tal-investiment fil-prattiki, fit-tekniki u fl-ideat sostenibbli, avvanzati u innovattivi fis-settur tal-LULUCF, kif ukoll fit-tixrid tat-teknoloġiji ekoloġiċi, ħalli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra filwaqt li tippreserva l-produzzjoni tal-ikel, biex b'hekk tagħti l-eżempju lis-sħab internazzjonali tagħha, fosthom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. F'dan il-kuntest, għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni u s-sħubija effikaċi mal-atturi tas-settur privat, speċjalment mal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 6b (ġdid)
(6b) Il-prijoritizzazzjoni tal-finanzjament għar-riċerka dwar it-tibdil fil-klima għandha ssaħħaħ ir-rwol tas-settur tal-LULUCF b'rabta mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikulari, jekk tingħata l-ispinta antiċipata lill-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni, għall-perjodu 2021-2028 fis-settur tal-LULUCF, dan jista', fost l-oħrajn, jikkontribwixxi għall-approfondiment u t-tixrid tal-għarfien xjentifiku u tal-komunitajiet lokali dwar il-prestazzjoni tas-settur, l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjonijiet sostenibbli, it-trawwim tat-tranżizzjoni għall-era diġitali, il-modernizzazzjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni, it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u l-azzjoni tal-bniedem.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 6c (ġdid)
(6c) Ir-riċerka fir-rwol tal-injam mejjet b'mod partikolari fdalijiet tal-injam oħxon (coarse woody debris) 'il fuq mill-art u injam mejjet midfun kemm f'foresti mhux ġestiti kif ukoll ġestiti jenħtieġ li tissaħħaħ biex tittejjeb il-preċiżjoni tal-kontabilità tal-karbonju tal-foresti u fil-kalkolu tal-bilanċ tal-karbonju tal-ekosistema nett. Hemm evidenza limitata disponibbli, iżda din l-evidenza tindika li l-injam mejjet jista' jikkostitwixxi raggruppament kbir ta' karbonju u jekk l-injam mejjet jitħalla fuq il-post dan jista', fost l-oħrajn, ikollu rwol sinifikanti f'termini ta' bijodiversità u jiġi rikonoxxut bħala li għandu parti importanti fl-istrateġija tal-mitigazzjoni tal-gassijiet serra. Dik l-indikazzjoni hija rilevanti meta wieħed iqis li l-ġestjoni tal-foresti tista' tiffavorixxi t-tneħħija tal-injam mejjet pereżempju għall-iskopijiet tal-enerġija, u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-mitigazzjoni u l-adattament korrett għandha tkun b'sostenn xjentifiku u informata. Matul il-perjodu 2017-2020 għandhom jiġu allokati riżorsi dedikati lil dik ir-riċerka.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 6d (ġdid)
(6d) L-Unjoni ntrabtet b'impenji fir-rigward tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, li jistgħu jintlaħqu biss bis-saħħa ta' ġestjoni forestali tajba u impenn biex tieqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni u tkun xprunata l-forestazzjoni mill-ġdid.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 6e (ġdid)
(6e) Għandu jiġi żgurat approċċ olistiku għad-deforestazzjoni tropikali, fid-dawl tal-kawżi kollha tad-deforestazzjoni, kif ukoll l-objettiv inkluż f'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati tal-UNFCCC biex sa mhux aktar tard mill-2030 jieqaf it-telf globali tal-kopertura forestali u biex sal-2020 tonqos id-deforestazzjoni tropikali grossa b'tal-anqas 50 % meta mqabbel mal-livelli attwali.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 6f (ġdid)
(6f) Il-forestrija u l-foresti għandhom jiġu ġestiti b'mod responsabbli u jagħtu kontribut reali għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż, billi joffru opportunitajiet ekonomiċi vijabbli lill-bdiewa, sakemm ma sseħħ ebda deforestazzjoni ta' ekosistemi sensittivi, ma jiġi stabbilit ebda pjantaġġun fuq torbieri, il-pjantaġġuni jiġu ġestiti bl-użu ta' tekniki agroekoloġiċi moderni biex jiġu mminimizzati r-riżultati ambjentali u soċjali avversi u jiġu rispettati d-drittijiet tal-art, id-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema;
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 6g (ġdid)
(6g) Il-prattiki tal-ġestjoni avvanzata u sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. L-iżvilupp ta' prattiki innovattivi u l-użu mis-sidien tal-art ta' prattiki ta' ġestjoni avvanzati, bħalma huma l-agrikoltura ta' preċiżjoni, il-forestrija ta' preċiżjoni u l-agridiġitalizzazzjoni għandhom jiġu promossi. Il-monitoraġġ bis-saħħa tal-informazzjoni ġeografika u l-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika huma mezzi potenzjali ta' għajnuna sabiex l-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom u għandhom għalhekk jiġu mħeġġa.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 6h (ġdid)
(6h) L-agroekoloġija tiffaċilita l-qalba minn sistemi lineari tal-ikel għal sistemi ċirkulari li jimitaw iċ-ċikli naturali u jistgħu jnaqqsu l-impronti tal-karbonju u dawk ekoloġiċi tal-ikel u l-agrikoltura. Huwa importanti li kemm l-agroekoloġija kif ukoll l-agroforestrija jiġu promossi minħabba l-kontribut tagħhom għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Għandu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Din ma għandha tistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati.
(7) Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Ir-Regolament għandu, fi kwalunkwe ċirkostanza, jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Dan ma għandu jistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati, inklużi bdiewa u forestiera u jeħtieġ li l-Istati Membri jevitaw dawn l-obbligi matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
__________________
__________________
11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).
11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdid)
(7a) L-agrikoltura u l-użu tal-art huma setturi li għandhom impatt dirett u sinifikanti fuq il-bijodiversità tal-Unjoni u fuq is-servizzi tal-ekosistemi. Għal din ir-raġuni, għan importanti tal-politiki li jaffettwaw dawk is-setturi huwa li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza mal-objettivi tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-Unjoni. Barra minn hekk, jeżistu politiki oħra tal-Unjoni li jistgħu jinċentivaw prattiki li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali bażiċi, imorru lil hinn mill-prattika standard tajba u li jikkontribwixxu għall-adattament ġenwin għat-tibdil fil-klima, u għal mitigazzjoni għaliha, u għaż-żamma tal-bjar tal-karbonju, bħala l-provvediment tal-beni pubbliċi. Għandha tittieħed azzjoni biex jitwettqu u jiġu appoġġjati attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' approċċi ta' mitigazzjoni u adattament għall-ġestjoni integrali u sostenibbli tal-foresti u l-art agrikola. Minkejja l-potenzjali ta' tnaqqis limitat rikonoxxut tagħha fir-rigward tal-emissjonijiet mhux CO2, l-agrikoltura jeħtieġ li tagħti s-sehem ġust tagħha tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Dan jista' jinkiseb billi jitħeġġa, fost l-oħrajn, it-titjib tal-uċuħ sabiex jiżdied il-kontenut ta' karbonju organiku tal-ħamrija. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiggarantixxu li jkun hemm koerenza bejn il-PAK u dan ir-Regolament.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdid)
(7b) L-artijiet mistagħdra huma l-aktar ekosistemi effettivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħżin tas-CO2. Id-degradazzjoni tal-artijiet mistagħdra fl-Unjoni għalhekk mhijiex biss problema għall-bijodiversità, iżda wkoll problema kbira għall-klima. Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni u r-restawr tal-artijiet mistagħdra jistgħu kemm isaħħu l-isforzi ta' konservazzjoni, kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. L-irfinar tal-IPCC tal-Linji Gwida sal-2006, mistenni fl-2019, għandu wkoll jiġi kkunsidrat f'dak il-kuntest.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC.
(8) Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC. Meta wieħed iqis il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala mexxejja fil-qasam tal-klima, l-Istati Membri għandhom jidderogaw minn dak il-valur awtomatiku biss għall-art afforestata u biss f'ċirkustanzi limitati ħafna li jkunu ġġustifikati skont il-Linji gwida tal-IPCC. Il-possibbiltà ta' deroga tqis iċ-ċirkustanzi naturali u ekoloġiċi diverġenti bejn l-Istati Membri u, b'hekk, il-karatteristiċi differenti tal-art afforestata tagħhom.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' reviżjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.
(9) L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent li jvarjaw b'mod sostanzjali bejn l-Istati Membri. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu indirizzati l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż, bħall-impossibbiltà li jiġu mmaniġġjati l-foresti fil-Kroazja minħabba l-okkupazzjoni tat-territorju tagħha, il-Gwerra tal-Kroazja għall-Indipendenza, u ċ-ċirkostanzi ta' matul il-gwerra u ta' wara l-gwerra. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom jiddisponu wkoll għall-koerenza u għar-rekwiżiti għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ta' Forest Europe (Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa). Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura trasparenti għall-Istati Membri, biex titjieb il-possibbiltà ta' awditjar u l-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdid)
(9a) L-emissjonijiet minn injam maħsud fis-settur tal-LULUCF għandhom il-potenzjal li jissostitwixxu l-emissjonijiet fis-setturi tal-ETS u tal-qsim tal-isforz u dan ir-Regolament jista' kemm jenfasizza u kif ukoll jieħu kont ta' dan.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Meta l-Kummissjoni tagħżel li tiġi assistita min tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) fir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, din għandha tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u tagħżel numru suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri.
(10) Għar-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, għandu jitwaqqaf tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301).It-tim ta' reviżjoni espert għandu jibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u għandhom jintgħażlu għadd suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri. It-tim ta' reviżjoni espert għandu jikkonsulta lill-Kumitat Forestrarju Permanenti stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE, kif ukoll partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili, dwar ir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.
(12) L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra permezz tal-effett ta' sostituzzjoni (meta titqies l-intensità enerġetika u tas-CO2 ta' setturi oħrajn, eż. il-produzzjoni tas-siment tammonta għal madwar 8 % tal-emissjonijiet tas-CO2 globali), u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jirrikonoxxu u jinċentivizzaw l-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja, minflok l-użu ta' prodotti tal-injam maħsud għal finijiet enerġetiċi. Sabiex jiġi promoss aktar u inkluż l-effett ta' sostituzzjoni pożittiv, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tinkludi aktar prodotti fil-kalkoli tal-prodotti tal-injam maħsud. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.
(13) Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu jinvestu f'azzjonijiet ta' prevenzjoni, bħall-ġestjoni sostenibbli, sabiex inaqqsu r-riskji marbuta mad-disturbi naturali, biex b'hekk jevitaw impatti negattivi fuq il-bjar tal-karbonju forestali. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali għall-għajnuna tal-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament.
(14) Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali ta' għajnuna biex tinkiseb il-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament mingħajr ma jiġi kompromess il-livell ta' ambizzjoni globali tal-miri tat-tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw sa 280 miljun tunnellata ta' assorbimenti netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita, bwar ġestiti, art mistagħdra ġestita fejn applikabbli, u, soġġett għall-att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) [2017/... ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-Istati membri mill-2021 sal-2030, foresti ġestiti biex jiżguraw l-osservanza tal-impenji tagħhom skont ir-Regolament (EU) [2017/... ].
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta' rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b'dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġi simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-governanza integrata tal-Unjoni tal-Enerġija li għaliha hija prevista proposta sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.
(15) Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta' rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b'dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġiu simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-proposta għal regolament dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija li l-Kummissjoni ppreżentat fit-30 ta' Novembru 2016.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdid)
(15a) Skont il-UNFCCC, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma mitluba jiżviluppaw, jaġġornaw regolarment, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet l-inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet antropoġeniċi, minn fonti u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra kollha billi jintużaw metodoloġiji maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet. L-inventarji tal-gassijiet serra huma fundamentali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni u sabiex jiġi evalwat it-twettiq tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-klima. L-obbligi tal-Istati Membri li jfasslu u jimmaniġġjaw inventarji nazzjonali huma stipulati fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu ta' programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta u Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.
(17) Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat espressament bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu ta' programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta, Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja, b'mod partikolari permezz ta' Sentinel-2, u għal stħarriġ tal-użu tal-art jistgħu jintużaw Galileo u EGNOS, is-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta' metodoloġija u informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regulament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(18) Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet, ir-reviżjoni tal-metodoloġija abbażi tal-aktar linji gwida tal-IPCC riċenti adottati, inklużi l-Linji Gwida Supplimentari għall-Artijiet Mistagħdra tal-IPCC tal-2013 għall-Inventarji nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u l-gwida tal-UNFCCC u r-rekwiżiti ta' informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament (UE) Nru.../... dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti,li jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.
(19) Fi żmien sitt xhur mid-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 taħt l-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-atti leġiżlativi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.
Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-kisba mill-Unjoni tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) mill-2026, artijiet mistagħdra ġestiti: użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2
2. Stat Membru jista' jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita, definita bħala użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.
2. Matul il-perijodu mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista' jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) "livell ta' referenza għall-foresti" tfisser stima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.
Għall-perjodu wara l-2030, l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex iżidu l-assorbimenti tagħhom b'mod li dawn jaqbżu l-emissjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipproponi qafas ta' objettivi għal wara l-2030 li jinkludi tali żidiet fl-assorbimenti, b'konformità mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni rigward il-klima u l-impenji meħuda skont il-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jħejji u żjomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).
1. Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 skont il-gwida ta' rapportar adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi għall-perjodu 2021-2030. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.
4. L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ, injam mejjet (injam mejjet 'l fuq minn l-art u midfun) f'foresti ġestiti u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Permezz ta' deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni.
2. Permezz ta' deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni, jekk dan ikun ġustifikat b'mod dovut fil-Linji ta' Gwida tal-IPCC.
3a. L-azzjonijiet ta' afforestazzjoni li se jsiru bejn l-2017 u l-2030 fuq artijiet mistagħdra, inklużi t-torbiera, in-netwerk ta' Natura 2000 u l-ħabitats elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 92/43/KEE, b'mod partikolari l-formazzjonijiet ta' bwar naturali u seminaturali u l-pantani, il-fangazzi u l-mgħaddra għolja u artijiet mistagħdra oħra, inklużi t-torbiera, skont regoli ta' kontabbiltà gross-nett applikati m'għandhomx jidhru fil-kontabbiltà nazzjonali tal-Istati Membri. Żoni bħal dawn għandhom jgħoddu biss, jekk applikabbli, għall-assorbimenti jew emissjonijiet fil-kategorija ta' art forestali wara l-bidla tagħha għal foresta ġestita skont l-Artikolu 5(3).
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3
3. Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 2, dan għandu jinnotifika dik l-għażla lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u sal-31 ta' Diċembru 2025 għall-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030.
3. Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 2 matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, dan għandu jinnotifika dik l-għażla lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 għandhom jagħtu rendikont l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulati bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodu bejn l-2026 u l-2030 li minnhom jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru kkonċernat li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.
L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 waqt il-perjodu bejn l-2021 u l-2025 għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodu ta' bejn l-2026 sal-2030 li minnhom jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat membru kkonċernat li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.
4a. Matul il-perjodu 2021-2025, l-Istati Membri li ma jkunux għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji tagħhom skont l-Artikolu 2, madankollu, għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-art mistagħdra ġestita lill-Kummissjoni.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti. Livell ta' referenza għall-foresti huwa stima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti.
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta' mhux aktar minn ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
2. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta' mhux aktar minn ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa. L-Istati Membri jistgħu jżidu ma' din iċ-ċifra ta' 3.5 % l-ammont ta' assorbimenti netti għall-kontabbiltà tal-foresti ġestiti permezz ta' panewijiet tal-injam, injam isserrat u injam mejjet skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi ta’ dan il-paragrafu..
L-assorbimenti netti minn panewijiet tal-injam, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9 u l-injam issegat, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9, jistgħu jiġu kkontabilizzati b'mod separat barra miċ-ċifra tal-assorbimenti netti u bħala żieda mal-kontijiet ta' foresti ġestiti sal-livell ta' 3 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew fil-perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
L-assorbimenti netti mill-kategorija tar-raggruppament tal-karbonju ta' injam mejjet jistgħu jiġu kkontabilizzati b'mod separat barra miċ-ċifra tal-assorbimenti netti u bħala żieda mal-kontijiet ta' foresti ġestiti sal-livell ta' 3 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew fil-perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
Iċ-ċifra kkombinata ta' assorbimenti netti ta' 3,5 % fl-ewwel subparagrafu, flimkien mal-assorbimenti netti għal kontijiet ta' foresti ġestiti minn panewijiet tal-injam, injam issegat u injam mejjet m'għandhomx flimkien jaqbżu s-7 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
Il-pjan tal-kontabilità forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.
Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika tal-ġestjoni forestali attwali f'konformità mal-aqwa dejta disponibbli, kif dokumentat bejn l-2000 u l-2012 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena. Żieda fil-ħsad minn Stat Membru, ibbażata fuq prattiki ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti u fuq politiki nazzjonali adottati sad-data tas-sottomissjoni tal-livell ta' referenza għall-foresti, għandha tirrispetta l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) li l-foresti ġestiti jibqgħu bjar tal-gassijiet serra; u (b) li l-modalitajiet għaż-żamma jew it-tisħiħ tal-bjar u r-riżervi tal-gassijiet serra sal-2050, bl-għan li jintlaħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4.1 tal-Ftehim ta' Pariġi, jiġifieri li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, ikunu deskritti fi strateġija fit-tul u b'emissjonijiet baxxi. Il-Kummissjoni tista' tagħti deroga mill-perjodu bażi tal-2000-2012 mal-preżentazzjoni ta' talba motivata minn Stat Membru li tiġġustifika li tali deroga hija assolutament neċessarja għal raġunijiet ta' disponibilità tad-dejta, bħall-għażla taż-żmien tal-inventarji tal-foresti.
B'deroga mis-subparagrafu 2, livell ta' referenza għall-foresti għall-Kroazja jista' jiġi kkalkulat sabiex titqies l-okkupazzjoni ta' parti mit-territorju tagħha mill-1991 sal-1998, u l-effetti tal-gwerra u l-konsegwenzi tagħha fuq il-prattiki tal-ġestjoni tal-foresti fit-territorju tagħha filwaqt li jiġi eskluż l-impatt tal-politiki fuq l-iżvilupp tal-bjar tal-foresti.
Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.
Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku, inkluż billi jiġi ppubblikat fuq l-internet, u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użati biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza ,huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.
4. L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użati biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. Id-dejta użata għandha tkun il-kontijiet verifikati l-aktar reċenti tal-użu tal-art u tal-kundizzjonijiet tal-foresti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza, kif ukoll biex jirrapporta l-kontributi pożittivi bħala konsegwenza ta' politika għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fis-seħħ fil-mument li jiġi stabbilit dan il-livell, huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-punt sa fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni tista' tikkalkula mill-ġdid il-llivelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti.
5. Tim ta' reviżjoni espert, stabbilit bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) li jkun fih rappreżentanti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, għandu, f'konsultazzjoni mal-Kumitat Forestrarju Permanenti u l-Grupp ta' Djalogu Ċivili dwar il-Forestrija u s-Sufra, jirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u jivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda jew ikkoreġuti stabbiliti mill-Istati Membri ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) ta' dan l-Artikolu, kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-Kummissjoni tista' biss tikkalkula mill-ġdid il-livelli ta' referenza ġodda jew ikkoreġuti għall-foresti f'każ li l-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi (3) u (4) ta' dan l-Artikolu kif ukoll fl-Artikolu 5(1) ma jkunux ġew osservati. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' sinteżi u għandha tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-dejta u l-informazzjoni kollha mitluba għat-twettiq tar-reviżjoni u tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni. Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni u l-valutazzjoni mwettqa mit-tim tar-reviżjoni espert skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni.
Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 sabiex temenda dan ir-Regolament billi l-kategoriji ta' prodotti tal-injam maħsud jiġu aġġornati bi prodotti addizzjonali li jkollhom l-effett ta' sekwestru tal-karbonju, ibbażati fuq il-Linji Gwida tal-IPCC u jiżguraw integrità ambjentali, u billi jiġu aġġornati l-valuri standard ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V bil-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Fl-aħħar tal-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-foresti u l-foresti ġestiti li jirriżultaw minn disturbi naturali li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu ta' bejn l-2001 u l-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi ("livell ta' bażi") kif ukoll marġni kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.
1. Fl-aħħar tal-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-foresti ġestiti l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn disturbi naturali li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu ta' bejn l-2001 u l-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi ("livell ta' bażi") kif ukoll marġni kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.
5a. Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 15 għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatti tal-mekkaniżmu ta' flessibbiltà stabbilit f'dan l-Artikolu.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fl-2027 u fl-2032 dwar il-bilanċ kumulattiv tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fl-Unjoni b'referenza għall-medja tal-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-perjodu ta' bejn l-1990 u l-2009. Jekk il-bilanċ kumulattiv ikun negattiv, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta biex jiġi kkumpensat u jitneħħa l-ammont korrispondenti mill-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (ĠU L ..., ..., p. ...).
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2
2. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8 sa 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].
2. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8, 9, 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].
Fi żmien sitt xhur mid-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 taħt l-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-atti leġiżlativi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 globali tal-UE u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE għall-2030 u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.Ir-rapporti għandhom, jekk ikun xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi.