Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.
(1) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri u billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta', u jtejjeb l-aċċessibbiltà u l-prattiċità ta' informazzjoni dwar, prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.
(2) Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ("il-Konvenzjoni"), se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u dan huwa prerekwiżit għal għajxien indipendenti.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdid)
(2a) "L-aċċessibbiltà universali", "id-disinn għal kulħadd" u "l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi" jenħtieġ jiġu żgurati fil-prodotti, l-għodod, it-tagħmir u s-servizzi biex ikunu jistgħu jintużaw mill-persuni b'diżabilità.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.
(3) Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà ta' xi prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu tagħhom u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. Għal prodotti oħrajn, id-disparitajiet x'aktarx jiżdiedu minħabba d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.
(5) Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli, u b'mod partikolari tat-teknoloġiji ta' assistenza, u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.
(6) L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ transfruntier, il-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi, u l-moviment liberu tal-persuni, inklużi persuni b'diżabilità, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi biex jiġu koperti spejjeż li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni frammentata.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdid)
(8a) L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jobbliga lill-Unjoni tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq d-diżabilità meta jiġu ddefiniti u implimentati l-politiki u l-attivitajiet tagħha. L-Artikolu 19 tat-TFUE jagħti lill-Unjoni s-setgħa li tadotta atti legali sabiex tiġġieled tali diskriminazzjoni.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(9) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u ta' persuni anzjani, li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli21, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 250 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdida)
(9 a) Aċċessibbiltà aħjar għall-prodotti u għas-servizzi se ttejjeb il-ħajja mhux biss tal-persuni b'diżabbiltà iżda wkoll tal-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali permanenti jew temporanji oħra, bħall-anzjani, in-nisa tqal u l-persuni li jivvjaġġaw bil-bagalji. Għalhekk, huwa essenzjali li din id-Direttiva tinkludi persuni b'diżabbiltà kif ukoll persuni b'limitazzjonijiet funzjonali temporanji jew permanenti, sabiex jiġu żgurati benefiċċji ġenwini u ħajja indipendenti għal parti akbar tas-soċjetà.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 9b (ġdid)
(9b) Il-prevalenza tad-diżabilità fl-Unjoni Ewropea hija ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel. In-nisa b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' bosta forom ta' diskriminazzjoni u jħabbtu wiċċhom ma' ostakli sostanzjali sabiex ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi tagħhom. Dawn jinkludu vjolenza fiżika, emozzjonali, sesswali, ekonomika u istituzzjonali. Huma jinkludu wkoll diskriminazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi, li tista' twassal għal iżolament soċjali u trawma psikoloġika. In-nisa huma wkoll affettwati b'mod sproporzjonat mid-diżabilità bħala indukraturi tal-membri tal-familja b'diżabilità u jesperjenzaw diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni aktar spiss mill-irġiel. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, hija meħtieġa azzjoni biex jiġi żgurat trattament ugwali filwaqt li miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabilità u ommijiet ta' tfal b'diżabilità huma dritt fundamentali tal-bniedem u obbligu etiku.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 10
(10) L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.
(10) L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness, b'mod li jiffaċilita l-kummerċ u jsaħħaħ l-impjiegi fl-Unjoni. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 12a (ġdid)
(12a) L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni jeżiġi lill-Istati Partijiet iwettqu jew jippromwovu riċerka u żvilupp ta', u biex jippromwovu d-disponibbiltà u l-użu tat-teknoloġiji ġodda, inkluż it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-għajnuniet tal-mobbiltà, l-apparati u t-teknoloġiji ta' assistenza xierqa għall-persuni b'diżabilità. Il-Konvenzjoni titlob ukoll li tingħata prijorità lit-teknoloġiji bi prezz raġonevoli.
Emenda 232 Proposta għal direttiva Premessa 12 b (ġdida)
(12b) Fis-settur tat-trasport ferrovjarju, id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (PRM TSI)1b espliċitament isemmu, u jimplimentaw, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni. Konsegwentement, l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa fis-settur tat-trasport ferrovjarju hija regolata skont dawn l-istrumenti. Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn id-Direttiva (UE) 2016/797 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 minn naħa, u din id-Direttiva min-naħa l-oħra, kwalunkwe reviżjoni futura tal-PRM TSI jenħtieġ li tqis ukoll ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà li jirriżultaw mill-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà.
________________
la Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
lb Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).
Emenda 233 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.
(13) Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi u dwar l-ambjent mibni fir-rigward tal-forniment ta' prodotti u servizzi, li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdid)
(13a) Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li jsiru sforzi għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw trasport tal-ajru, ferrovjarju, tax-xarabank u permezz ta' passaġġ fuq l-ilma intern. Jenħtieġ li tali sforzi jiffukaw fuq aspetti intermodali bl-għan li tiġi promossa aċċessibbiltà ħielsa mill-ostakoli inklużi aspetti bħall-infrastruttura u l-vetturi tat-trasport.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 13b (ġdida)
(13b) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet urbani jintegraw l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli għas-servizzi tat-trasport urban fil-Pjanijiet ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMPs) tagħhom, kif ukoll li regolarment jippubblikaw listi tal-aħjar prattiki rigward l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli għat-trasport urban pubbliku u għall-mobbiltà.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli33 – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.
(15) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà, li hija prekundizzjoni bażika għal parteċipazzjoni fis-soċjetà, bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.
(16) Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u persuni anzjani, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.
(16) Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'diżabilità, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.
Emenda 227 Proposta għal direttiva Premessa 16 a (ġdid)
(16a) Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a timponi numru ta' obbligi fuq il-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva. Għalhekk huwa aktar xieraq li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jiġu inklużi f'dik id-Direttiva.
Madankollu, fir-rigward ta' siti web u servizzi abbażi ta' apparat mobbli, id-Direttiva 2010/13/UE tkopri biss il-kontenut tal-midja awdjoviżiva. Huwa għalhekk xieraq li l-arkitettura tas-siti web u tas-servizzi abbażi ta' apparat mobbli u l-kontenut kollu li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE jiġu inklużi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Din id-Direttiva għandha tkopri rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għat-tagħmir tas-servizzi tat-telefonija u għas-siti web. Din id-Direttiva għandha tkopri wkoll ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-servizzi tat-telefonija sakemm ma jkunux indirizzati f'att legali ieħor tal-Unjoni li mill-inqas jipprovdi l-istess livell ta' protezzjoni bħal dak ipprovdut f'din id-Direttiva. F'dan l-aħħar każ, l-att legali tal-Unjoni kkonċernat għandu jieħdu preċedenza fuq din id-Direttiva.
_______________________
1a Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) Kull prodott u kull servizz irid jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà identifikati fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità jew persuni anzjani. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont l-Artikolu1(2)(a) sa (e) ta' din id-Direttiva.
(17) Kull prodott u kull servizz li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jitqiegħed fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont il-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 1(2) ta' din id-Direttiva.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdid)
(17a) Anki jekk servizz, jew parti minn servizz, jiġi sottokuntrattat lil parti terza, jenħtieġ li l-aċċessibbiltà ta' dan is-servizz ma jiġix kompromess u jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-fornituri ta' servizzi jenħtieġ li jiżguraw ukoll taħriġ xieraq u kontinwu tal-persunal tagħhom sabiex jiżguraw li dawn ikunu infurmati sew dwar kif jużaw prodotti u servizzi aċċessibbli. Dak it-taħriġ jenħtieġ li jkopri kwistjonijiet bħall-għoti ta' informazzjoni, pariri u reklamar.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa.
(18) Minn naħa, jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-aktar mod effettiv u ħafif għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa u li jitqiegħdu fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva b'mod effiċjenti, b'mod partikolari billi jitqies it-tul ta' ħajja tat-terminals self-service, tal-magni tal-biljetti u tal-magni taċ-check-in. Jenħtieġ li titqies ukoll il-pożizzjoni speċjali tal-SMEs fis-suq intern. Barra minn hekk, il-mikrointrapriżi, minħabba d-daqs, ir-riżorsi u n-natura tagħhom, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati f'din id-Direttiva jew ikunu obbligati jużaw il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 sabiex jiġu eżentati mill-obbligi ta' din id-Direttiva.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdid)
(20a) Sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern, l-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jagħmlu użu mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva meta japplikaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà fl-atti legali tal-Unjoni msemmija f'din id-Direttiva. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li ma tbiddilx in-natura obbligatorja jew volontarja tad-dispożizzjonijiet f'dawk l-atti legali l-oħra tal-Unjoni. Għalhekk, din id-Direttiva jenħtieġ li tiżgura li meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jintużaw f'konformità ma' dawk l-atti l-oħra, dawk ir-rekwiżiti jkunu l-istess madwar l-Unjoni kollha.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 21
(21) Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 tinkludi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal sett speċifiku ta' siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. Barra minn hekk, din tipproponi li tistabbilixxi l-bażi għal metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar dwar il-konformità tas-siti web rilevanti mar-rekwiżiti mniżżla f'dik id-Direttiva. Kemm ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà kif ukoll il-metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar inklużi f'dik id-Direttiva, għandhom japplikaw għas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. Bl-għan, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-awtoritajiet relevanti jimplimentaw l-istess rekwiżiti ta' aċċessibbiltà indipendentement mit-tip ta' sit web irregolat, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ikunu allinjati ma' dawk tad-Direttiva proposta dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. L-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku tas-siti web tas-settur pubbliku li mhumiex koperti minn dik id-Direttiva, jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta, sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ onlajn tal-prodotti u tas-servizzi jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni anzjani, irrispettivament mill-bejgħ pubbliku jew privat tagħhom.
(21) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 tinkludi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal siti web u applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. Madankollu, dik id-Direttiva tinkludi lista speċifika ta' eċċezzjonijiet peress li l-aċċessibbiltà sħiħa ta' ċertu kontenut ta' siti web u ta' applikazzjonijiet mobbli u ta' ċerti tipi ta' siti web u ta' applikazzjonijiet mobbli toħloq piż sproporzjonat. Barra minn hekk, din tistabbilixxi l-bażi għal metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar dwar is-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli rilevanti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dik id-Direttiva. Kemm ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà kif ukoll il-metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar inklużi f'dik id-Direttiva, għandhom japplikaw għas-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. Bl-għan, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-awtoritajiet relevanti jimplimentaw l-istess rekwiżiti ta' aċċessibbiltà indipendentement mit-tip ta' sit web u applikazzjonijiet mobbli regolati, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ ikunu allinjati ma' dawk tad-Direttiva (UE) 2016/2102. L-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku tas-siti web u applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku mhux koperti minn dik id-Direttiva, jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ onlajn tal-prodotti u tas-servizzi jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità irrispettivament mill-bejgħ pubbliku jew privat tagħhom.
__________________
__________________
34Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku COM(2012) 721.
34Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 22a (ġdid)
(22a) Ċerti elementi tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti b'din id-Direttiva, b'mod partikolari dawk imniżżla fl-Anness I b'rabta mal-għoti tal-informazzjoni, diġà huma koperti minn atti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport. Dawk l-atti jinkludu r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/20141b u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/20111c fir-rigward tat-trasport ferrovjarju; ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1d fir-rigward tat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ; u r-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1e fir-rigward tat-trasport marittimu. Sabiex tiġi żgurata konsistenza regolatorja u prevedibbiltà għall-operaturi ekonomiċi koperti minn dawk l-atti, ir-rekwiżiti rilevanti skont din id-Direttiva jenħtieġ li jitqiesu bħala milħuqa fejn il-partijiet rilevanti ta' dawk l-atti huma rrispettati. Madankollu, meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà mhumiex koperti minn dawk l-atti, pereżempju r-rekwiżit biex is-siti web tal-linji tal-arju jkunu aċċessibbli, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika.
__________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
1b Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).
1c Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema "applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri" tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).
1d Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
1e Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 22b (ġdida)
(22b) Din id-Direttiva hija intiża li tikkomplementa l-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti tal-Unjoni billi tkopri l-aspetti li għandhom mhumiex koperti minn dik il-leġiżlazzjoni.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 22c (ġdid)
(22c) Id-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti marbuta mad-drittijiet tal-passiġġieri. Meta din id-Direttiva ma tapplikax għal ċerti tipi ta' servizzi tat-trasport, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jinkoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi japplikaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti stipulati f'din id-Direttiva.
Emendi 223 u 228 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.
(23) F'ċerti sitwazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tal-ambjent mibni hija prekundizzjoni għat-tgawdija xierqa tas-servizzi relatati mill-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tobbliga lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.
Madankollu, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom ikunu applikabbli biss meta tinbena infrastruttura ġdida jew meta jsiru rinnovazzjonijiet sinifikanti.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 23a (ġdid)
(23a) Ma huwiex meħtieġ li din id-Direttiva temenda liġi eżistenti tal-Unjoni li tipprovdi għal konformità volontarja mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 24
(24) Jeħtieġ li jiġi stipulat li, għal atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu l-obbligi ta' aċċessibbiltà mingħajr ma jipprovdu rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jew speċifikazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tkun definita b'referenza għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Dan huwa l-każ tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,37 li jirrikjedu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tekniċi jew funzjonali tal-konċessjonijiet, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, iqisu l-kriterji ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità jew utenti tal-kunċett "disinn għal kulħadd".
(24) Jeħtieġ li jiġi stipulat li, għal atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu l-obbligi ta' aċċessibbiltà mingħajr ma jipprovdu rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jew speċifikazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tkun definita b'referenza għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Dawn l-atti jinkludu d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, id-Direttiva2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, u d-Direttiva2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, li jirrikjedu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tekniċi jew funzjonali tal-konċessjonijiet, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, iqisu l-kriterji ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità jew utenti tal-kunċett "disinn għal kulħadd".
__________________
__________________
35 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
35 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
36 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
36 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠUL 94, 28.3.2014, p. 65).
37 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
37 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 24a (ġdid)
(24a) L-obbligu li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew huwa stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw ukoll għal ċerti elementi tal-infrastruttura tat-trasport irregolati minn dan ir-Regolament, sa fejn il-prodotti u s-servizzi koperti minn din id-Direttiva huma kkonċernati u l-infrastruttura u l-ambjent mibni b'rabta ma' dawn is-servizzi huma maħsuba biex jintużaw mill-passiġġieri.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 24b (ġdid)
(24b) Madankollu, mhux xieraq għal din id-Direttiva litibdel in-natura obbligatorja jew volontarja tad-dispożizzjonijiet f'dawk l-atti leġiżlattivi l-oħra tal-Unjoni bħall-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE dwar il-kriterji tal-għoti tal-kuntratt, li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw biex jiddeterminaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża. Jekk dawn jiġu kkunsidrati bħala marbuta mas-suġġett tal-akkwist inkwistjoni, huwa possibbli li jiġu inklużi aspetti soċjali potenzjali. Din id-Direttiva jenħtieġ għalhekk li tiżgura li, meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jintużaw f'konformità ma' dawk l-atti leġiżlattivi l-oħra tal-Unjoni, dawn ir-rekwiżiti jkunu l-istess madwar l-Unjoni kollha.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 25
(25) L-aċċessibbiltà trid tinkiseb permezz tat-tneħħija u tal-prevenzjoni tal-ostakli, preferibbilment permezz ta' disinn universali jew tal-approċċ "disinn għal kulħadd". L-aċċessibbiltà ma għandhiex teskludi l-għoti ta' soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu mitluba mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
(25) L-aċċessibbiltà trid tinkiseb permezz tat-tneħħija u tal-prevenzjoni tal-ostakli, preferibbilment permezz ta' disinn universali jew tal-approċċ "disinn għal kulħadd". Skont il-Konvenzjoni, dak l-approċċ ifisser "id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi biex ikunu jistgħu jintużaw mill-persuni kollha, sal-iktar punt possibbli, mingħajr il-bżonn għal adattament jew disinn speċjalizzat". F'konformità mal-Konvenzjoni, "disinn universali" ma għandux jeskludi apparat ta' għajnuna għal gruppi partikolari ta' persuni b'diżabilità meta dan ikun meħtieġ".Jenħtieġ li l-aċċessibbiltà ma teskludix l-għoti ta' soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu mitluba mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 25a (ġdid)
(25a) Il-fatt li prodott jew servizz jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma jfissirx awtomatikament li dan jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE1a.
__________________
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 li tikkonċerna apparat mediku (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 25b (ġdid)
(25b) Meta jkunu qed jiġu identifikati u klassifikati dawk il-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilità li l-prodott jew is-servizz huma intiżi li jissodisfaw, il-prinċipju ta' disinn universali jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-Kumment Ġenerali Nru 2 (2014) tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, dwar l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 27
(27) Din id-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 billi tikkonċerna prodotti li huma diġà soġġetti għal atti oħra tal-Unjoni, u b'dan il-mod tiġi żgurata l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(27) Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun ibbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 billi tikkonċerna prodotti li huma diġà soġġetti għal atti oħra tal-Unjoni, u b'dan il-mod tiġi żgurata l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, ma huwiex xieraq li din id-Direttiva tinkludi d-dispożizzjonijiet relatati mas-sikurezza ta' dik id-Deċiżjoni, bħal dawk relatati mas-sejħiet lura peress li prodott mhux aċċessibbli mhuwiex prodott perikoluż.
__________________
__________________
38 Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13/08/2008, p. 82).
38 Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 28
(28) L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Jeħtieġ li tiġi stipulata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.
(28) L-operaturi ekonomiċi kollha li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Jeħtieġ li tiġi stipulata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 29
(29) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-aċċessibbiltà u u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.
(29) Jenħtiep li l-operaturi ekonomiċi jkunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex tinkiseb aċċessibbiltà mtejba u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 30
(30) Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-proċedura kollha ta' valutazzjoni tal-konformità. L-obbligi għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu f'idejn il-manifattur.
(30) Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-valutazzjoni tal-konformità kollha.Madankollu, ir-responsabbiltà għal dik il-valutazzjoni jenħtieġ li ma taqax unikament fuq il-manifattur. Awtorità tas-sorveljanza tas-suq imsaħħa jista' jkollha rwol kruċjali fil-proċedura ta' valutazzjoni.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 32
(32) L-importauri għandhom jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.
(32) Jenħtieġ li l-importauri jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, billi jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq kompetenti għat-twettiq tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom japplikaw biss sal-punt li ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew jirrikjedu bidla fil-prodotti u fis-servizzi li jirriżultaw fit-tibdil fundamentali tagħhom skont il-kriterji speċifikati.
(36) Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jenħtieġ li ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew jirrikjedu bidla fil-prodotti u fis-servizzi li jirriżultaw fit-tibdil fundamentali tagħhom skont il-kriterji speċifikati. Madankollu, għandhom ikunu fis-seħħ mekkaniżmi ta' kontroll sabiex jiġi verifikat id-dritt għad-deroga mill-applikabbiltà tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Premessa 36a (ġdid)
(36a) Meta jiġi evalwat jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà timponiex piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-daqs, ir-riżorsi u n-natura ta' dawk l-operaturi ekonomiċi u l-ispejjeż stmati tagħhom u l-benefiċċji ta' konformità meta mqabbla mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità. Din l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji jenħtieġ li tqis b'mod partikolari l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku, inkluż in-numru stmat ta' persuni b'diżabilità li jużaw il-prodott jew is-servizz speċifiku, it-tul tal-ħajja tal-infrastruttura u l-prodotti użati fil-forniment ta' servizz u l-firxa ta' alternattivi li huma disponibbli bla ħlas, inkluż minn fornituri ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Meta jkun qed jiġi vvalutat jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltàtimponix piż sproporzjonat, huma biss raġunijiet leġittimi li jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Nuqqas ta' prijorità, ħin jew għarfien jenħtieġ li ma jitqisux bħala raġunijiet leġittimi.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Premessa 39
(39) Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.
(39) Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.
__________________
__________________
39 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
39 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
Emenda 43 Proposta għal direttiva Premessa 39a (ġdid)
(39a) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprevedi proċedura għal oġġezzjonijiet formali għall-istandards armonizzati li huma kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
Emenda 44 Proposta għal direttiva Premessa 40
(40) Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva.
(40) L-istandards Ewropej jenħtieġ li jkunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku kif ukoll l-objettivi politiċi ddikkjarati b'mod ċar fit-talba tal-Kummissjoni lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar, biex tabbozza standards armonizzati u jkunu bbażati fuq il-kunsens. L-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għalhekk jenħtieġ li jkun biss l-aħħar soluzzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi pereżempju meta l-proċess ta' standardizzazzjoni huwa mblukkat minħabba nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati, li joħloq dewmien mhux dovut fl-istabbiliment ta' rekwiżit li, mingħajr l-adozzjoni ta' standard xieraq, ikun impossibbli li jiġi implimentat, bħall-interoperabbiltà. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħalli biżżejjed żmien bejn l-adozzjoni ta' talba lil organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tfassal standards armonizzati u l-adozzjoni ta' speċifikazzjoni teknika relatata mal-istess rekwiżit ta' aċċessibbiltà. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ma titħallix tadotta speċifikazzjoni teknika jekk preċedentement ma għamlitx tentattiv sabiex ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jkunu koperti mis-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tużax il-proċedura għall-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex tevita s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Premessa 40a (ġdida)
(40a) Bl-għan li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet u standards tekniċi komuni armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva għall-prodotti u għas-servizzi bl-aktar mod effiċjenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn fattibbli, tinvolvi organizzazzjonijiet Ewropej umbrella tal-persuni b'diżabilità u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Premessa 42a (ġdid)
(42a) Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jeżaminaw mill-ġdid il-valutazzjoni f'kooperazzjoni mal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lilhom u l-interessi tagħhom.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Premessa 44
(44) It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti.
(44) Din id-Direttiva jenħtieġ li ssegwi l-prinċipji ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Minbarra d-dikjarazzjoni ta' konformità, il-manifattur jenħtieġ li jinforma lill-konsumaturi b'mod kosteffikaċi dwar l-aċċessibbiltà tal-prodotti tagħhom, bl-inklużjoni ta' avviż fuq l-imballaġġ.
__________________
__________________
40 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
40 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
Emenda 48 Proposta għal direttiva Premessa 45
(45) Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli u li jieħu r-responsabbiltà sħiħa tal-prodott.
(45) Jenħtieġ li n-nuqqas ta' konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 3 fih innifsu ma jikkostitwixxix riskju serju skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Premessa 48
(48) L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V.
(48) L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V, u jikkonsultaw mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità b'mod regolari.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Premessa 48a (ġdid)
(48a) Databases nazzjonali li jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-livell ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi elenkati f'din id-Direttiva jippermettu l-inklużjoni aħjar tal-persuni b'diżabilità u tal-organizzazzjonijiet tagħhom fis-sorveljanza tas-suq.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Premessa 49
(49) L-Istati Membri huma mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti indikati fl-Artikolu 22 jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(1) kif ukoll jinkludu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu (2) skont il-Kapitolu VI.
(49) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22.Il-valutazzjoni inizjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fuq talba tagħha. Meta jiġi vvalutat jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà timponix piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-daqs, ir-riżorsi u n-natura ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-istima tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-konformità meta mqabbla mal-istima tal-benefiċċju għall-persuni b'diżabilità. Din l-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji jenħtieġ li tqis b'mod partikolari l-frekwenza u t-tul ta' żmien ta' użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku, inkluż in-numru stmat ta' persuni b'diżabilitajiet li jużaw il-prodott jew is-servizz speċifiku, it-tul tal-ħajja tal-infrastruttura u l-prodotti użati fil-forniment ta' servizz u l-firxa ta' alternattivi disponibbli bla ħlas, inkluż minn fornituri ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Meta jkun qed jiġi vvalutat jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà timponix piż sproporzjonat, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati biss ir-raġunijiet leġittimi. In-nuqqas ta' prijorità, ta' ħin jew ta' għarfien jenħtieġ li ma jitqisux bħala raġunijiet leġittimi.
Emenda 52 Proposta għal direttiva Premessa 50
(50) Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.
(50) Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din jenħtieġ li tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni kemm mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità kif ukoll mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.
Emenda 53 Proposta għal direttiva Premessa 51a (ġdid)
(51a) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-obbligi li jikkonċernaw l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u l-kriterji li jridu jintużaw meta jiġi vvalutat jekk il-konformità ma' obbligu skont din id-Direttiva timponix piż sproporzjonat, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-perjodu li matulu l-operaturi ekonomiċi jeħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun ipprovdilhom prodott jew li lilu jkunu pprovdew prodott u tispeċifika aktar il-kriterji li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-prodotti u għas-servizzi kollha koperti b'din id-Direttiva meta jiġi vvalutat jekk il-piż għandux jitqies sproporzjonat, mingħajr ma timmodifika dawk il-kriterji. Dak il-perjodu jenħtieġ li jiġi speċifikat b'mod proporzjonat għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom b'mod sistematiku jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
__________________
1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 54 Proposta għal direttiva Premessa 51b (ġdid)
(51b) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effikaċi sabiex jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva u b'hekk jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kontroll xierqa, bħall-kontroll a posteriori mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, sabiex jiġi vverifikat li l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tkun ġustifikata. Meta jindirizzaw l-ilmenti relatati mal-aċċessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipju ġenerali ta' amministrazzjoni tajba, u b'mod partikolari mal-obbligu li l-uffiċjali jiżguraw li tittieħed deċiżjoni dwar kull ilment li jitressaq f'limitu ta' żmien raġonevoli.
Emenda 55 Proposta għal direttiva Premessa 52a (ġdid)
(52a) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu disponibbli rimedji effikaċi u rapidi kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti dwar jekk kuntratt partikolari jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE. Fid-dawl tal-qafas ġuridiku eżistenti rigward ir-rimedji fl-oqsma koperti bid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, jenħtieġ li dawk l-oqsma jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-infurzar u l-penali. Din l-esklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont it-Trattati li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiggarantixxu l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni.
Emenda 56 Proposta għal direttiva Premessa 53a (ġdid)
(53a) Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà skont din id-Direttiva japplikaw għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni wara d-data ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, inklużi l-prodotti użati importati minn pajjiż terz u mqiegħda fis-suq tal-Unjoni wara dik id-data.
Emenda 57 Proposta għal direttiva Premessa 53b (ġdid)
(53b) Madankollu, jenħtieġ li l-kuntratti pubbliċi għal provvisti, xogħlijiet jew servizzi soġġetti għad-Direttiva 2014/24/UE jew għad-Direttiva 2014/25/UE, u li jkunu ngħataw qabel id-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, ikomplu jitwettqu f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, jekk ikun hemm, speċifikati f'dawk il-kuntratti pubbliċi.
Emenda 58 Proposta għal direttiva Premessa 53c (ġdid)
(53c) Bl-għan li l-fornituri tas-servizzi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, jeħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju, li matulu l-prodotti użati għall-forniment ta' servizz ma jkollhomx bżonn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta jitqiesu l-kostijiet u ċ-ċiklu twil tal-ħajja tal-magni awtomatiċi tal-ġbid tal-flus, tal-biljetti u taċ-check-in, huwa xieraq li jiġi previst li, meta tali magni jintużaw fl-għoti tas-servizzi, dawn ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw sa tmiem il-ħajja ekonomikament utli tagħhom.
Emenda 59 Proposta għal direttiva Premessa 54a (ġdid)
(54a) L-użu ta' applikazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni abbażi ta' servizzi ta' dejta spazjali jikkontribwixxi għall-moviment indipendenti u sikur tal-persuni b'diżabilità. Jenħtieġ li d-dejta spazjali użata minn tali applikazzjonijiet tagħmilha possibbli li tiġi pprovduta informazzjoni adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità.
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu - 1 (ġdid)
Artikolu -1
Suġġett
Din id-Direttiva għandha l-għan li telimina u tipprevjeni l-ostakli li jirriżultaw minn rekwiżiti ta' aċċessibbiltà diverġenti għall-moviment liberu tal-prodotti u tas-servizzi koperti b'din id-Direttiva fl-Istati Membri. Hija għandha wkoll l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal ċerti prodotti u servizzi.
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti li ġejjin:
1. Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti li ġejjin li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni wara ...[id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva]:
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a) is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali;
(a) il-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali u s-sistemi operattivi inkorporati tiegħu intiżi għall-użu mill-konsumaturi;
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)
(iiia) terminals tal-ħlas;
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) it-tagħmir għall-qari tal-kotba elettroniċi.
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għas-servizzi li ġejjin:
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għas-servizzi li ġejjin ipprovduti wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva]:
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)
(-a) sistemi operattivi meta dawn ma jkunux inkorporati fil-ħardwer tal-kompjuters u jkunu pprovduti bħala proprjetà intanġibbli lill-konsumaturi;
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a
(b) is-siti web u s-servizzi abbażi ta' apparat mobbli tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva;
Emendi 235 236, 237, 238, 239 u 253 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c
(c) is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma;
(c) is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, il-mobbiltà u s-servizzi ta' konnessjoni intermodali tagħhom, inkluż it-trasport pubbliku urban bħall-metro, il-ferrovija, it-tramm, it-trolleybus u l-karozza tal-linja fir-rigward ta': (i) terminals self-service, li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni, inklużi magni tal-biljetti, terminals ta' pagament u magni taċ-check-in; (ii) siti web, servizzi abbażi ta' apparat mobbli, sistemi intelliġenti tal-biljetti u informazzjoni f'ħin reali; (iii) vetturi, l-infrastruttura relatata u l-ambjent mibni, inkluż aċċess mingħajr taraġ fl-istazzjonijiet pubbliċi kollha; (iv) flotot tat-taksis u karozzi tal-kiri li jinkludu proporzjon adegwat ta' vetturi adattati.
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d
(d) is-servizzi bankarji;
(d) is-servizzi bankarji għall-konsumatur;
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e
(e) il-kotba elettroniċi;
(e) il-kotba elettroniċi u t-tagħmir relatat użat fl-għoti ta' dawk is-servizzi pprovduti mill-fornitur tas-servizzi u l-aċċess għalihom;
Emenda 240 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid)
(fa) is-servizzi tat-turiżmu, inkluż il-forniment tal-akkomodazzjoni u tal-ikel.
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a
(a) kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE42 għad-Direttiva 2014/24/UE u għad-Direttiva 2014/25/UE.
(a) kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE, għad-Direttiva 2014/24/UE u għad-Direttiva 2014/25/UE, li jkunu saru jew ingħataw wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];
__________________
42 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b
(b) it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew43; u skont ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44.
(b) it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u skont ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 adottati jew implimentati wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];
__________________
__________________
43 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
43 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
44 Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006.
44 Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c
(c) proċeduri ta' offerti għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45. 45
(c) kuntratt għal servizzi pubbliċi li, wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], jingħataw permezz ta' proċeduri ta' offerti kompetittivi jew direttament għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45;
__________________
__________________
45 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
45 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d
(d) l-infrastruttura tat-trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46.
(d) l-infrastruttura tat-trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, imfassla jew mibnija wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];
__________________
46 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-kontenut li ġej ta' siti web u applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli:
(a) formati ta' fajls tal-uffiċċju ppubblikati qabel ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];
(b) servizzi ta' mapep u mmappjar onlajn, jekk l-informazzjoni essenzjali tkun ipprovduta b'mod diġitali aċċessibbli għal mapep maħsuba għal użu ta' navigazzjoni;
(c) kontenut ta' parti terza li la jkun iffinanzjat u lanqas żviluppat minn, u lanqas taħt il-kontroll ta', l-operatur ekonomiku jew l-awtorità kompetenti kkonċernata;
(d) kontenut ta' siti web u applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli li jikkwalifika bħala arkivji, jiġifieri li jkun fihom biss kontenut li mhuwiex aġġornat jew editjat wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva].
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Esklużjoni tal-mikrointrapriżi
Din id-Direttiva ma tapplikax għall-mikrointrapriżi li jimmanifatturaw, jimportaw jew iqassmu prodotti u servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1) "prodotti u servizzi aċċessibbli" huma prodotti u servizzi li huma perċettibbli, operabbli u komprensibbli għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor;
(1) "prodotti u servizzi aċċessibbli" tfisser prodotti u servizzi li jistgħu jiġu pperċepiti, imħaddma u mifhuma mill-persuni b'diżabilità u li jkunu robusti biżżejjed biex jużawhom;
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2) "disinn universali" li tissejjaħ ukoll "disinn għal kulħadd" tfisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi li jistgħu jintużaw minn kulħadd, kemm jista' jkun, mingħajr il-ħtieġa ta' adattament jew disinn speċjalizzat; "disinn universali" ma teskludix l-apparat ta' assistenza għal gruppi ta' persuni partikolari b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità fejn ikun meħtieġ;
imħassar
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a) "servizz" tfisser servizz kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
____________________
1a Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
(5b) "fornitur ta' servizz" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri jew li tipprovdi servizz li jkun dirett lejn is-suq tal-Unjoni;
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)
(16a) "SME" tfisser intrapriża żgħira jew ta' daqs medju kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1a;
____________________
1a Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19
(19) "sejħa lura" tfisser kull miżura maħsuba biex jissejjaħ lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;
imħassar
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)
(20a) "servizzi bankarji għall-konsumatur" tfisser servizzi li jippermettu lill-konsumaturi jiftħu u jużaw kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fl-Unjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
____________________
1a Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21
(21) "kummerċ elettroniku" tfisser il-bejgħ onlajn ta' prodotti u servizzi.
(21) "kummerċ elettroniku" tfisser il-bejgħ onlajn ta' prodotti u servizzi min-negozji lill-konsumaturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
____________________
1a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)
(21a) "servizzi ta' trasport bl-ajru ta' passiġġieri" tfisser servizzi pprovduti minn trasportaturi tal-ajru, operaturi turistiċi u l-korpi maniġerjali ta' ajruporti kif definit fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
____________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21b (ġdid)
(21b) "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank" tfisser servizzi koperti bl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21c (ġdid)
(21c) "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija" tfisser is-servizzi ta' passiġġieri tal-ferroviji koperti bl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007;
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21d (ġdid)
(21d) "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma" tfisser is-servizzi għall-passiġġieri koperti bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010;
Emenda 337 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21 e (ġdid)
(21e) "teknoloġija ta' assistenza" tfisser kwalunkwe prodott, parti minn tagħmir jew sistema ta' prodott użati biex jiżdiedu, jinżammu jew jitjiebu l-kapaċitajiet funzjonali ta' individwi b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità;
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 3
3. It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.
3. It-terminals self-service li ġejjin: il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti, il-magni taċ-check-in u t-terminals tal-ħlas għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.
Emenda 94 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 4
4. Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.
4. Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.
Emenda 95 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 5
5. Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.
5. Is-siti web u s-servizzi abbażi ta' apparat mobbli tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.
Emenda 244 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 6
6. Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fit-Taqsima V tal-Anness I.
6. Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-kowċ, bil-ferrovija, bil-vapur u s-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri intermodali, inklużi servizzi relatati mat-trasport urban, il-mobbiltà u l-ambjent mibni, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-serviceb ħall-magni ta' pagament, il-magni taċ-check-in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, servizzi relatati mat-turiżmu, inter alia, servizzi ta' akkomodazzjoni u tal-forniment tal-ikel, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima V tal-Anness I biss meta dawn ir-rekwiżiti ma jkunux diġà koperti mil-leġiżlazzjoni speċifika li ġejja: fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007, ir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 u r-Regolament (UE) Nru 454/2011; fir-rigward tat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ, ir-Regolament (UE) Nru 181/2011; fir-rigward tat-trasport marittimu u fl-ilmijiet navigabbli interni, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010; u, fir-rigward tat-trasport bl-ajru, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006.
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 7
7. Is-servizzi bankarji, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.
7. Is-servizzi bankarji għall-konsumaturi, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas u l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' dawk is-servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 8
8. Il-kotba elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VII tal-Anness I.
8. Il-kotba elettroniċi u t-tagħmir relatat għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VII tal-Anness I.
Emenda 224 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 10
10. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji tal-konsumatur, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija għandhom, fir-rigward tal-kostruzzjoni ta' infrastruttura ġdida jew rinnovazzjonijiet sostanzjali lill-infrastruttura eżistenti, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima X tal-Anness I, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'diżabilità. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tat-teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku u arkeoloġiku.
Emenda 100 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu li jsiru disponibbli fis-suq fit-territorju tagħhom, prodotti u servizzi li jikkonformaw ma' din id-Direttiva għal raġunijiet marbuta mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu għal raġunijiet relatati ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jsiru disponibbli fis-suq fit-territorju tagħhom, prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu għal raġunijiet relatati ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà il-forniment ta' servizzi fit-territorju tagħhom li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1
1. Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 3.
1. Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 3, sakemm dawk ir-rekwiżiti ma jkunux jistgħu jintlaħqu minħabba li l-adattament tal-prodott ikkonċernat ikun jirrikjedi bidla fundamentali tan-natura bażika ta' dak il-prodott jew ipoġġi piż sproporzjonat fuq il-manifattur ikkonċernat kif previst fl-Artikolu 12.
Fejn ikun intwera, permezz ta' dik il-proċedura, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE.
Fejn ikun intwera, permezz ta' dik il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli stipulati fl-Artikolu 3, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li għandha tindika b'mod ċar li l-prodott huwa aċċessibbli.
Emenda 103 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 4
4. Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' prodottimsejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.
4. Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti u ta' prodotti mhux konformi.
Emenda 104 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 7
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 105 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 8
8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jewisejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju relatat mal-aċċessibbiltà, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.
8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew jirtirawh, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.
Emenda 106 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 9
9. Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.
9. Il-manifatturi għandhom, wara talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.
Emenda 107 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a) wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;
(a) wara talba minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;
Emenda 108 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b
(b) jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti koperti mill-mandat tagħhom.
(b) jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti koperti mill-mandat tagħhom ma' din id-Direttiva.
Emenda 109 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika mitluba minn dak l-Anness, li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6).
2. Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika mitluba minn dak l-Anness, li l-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6).
Emenda 110 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3
3. Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
3. Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
Emenda 111 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 5
5. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.
5. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 112 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 7
7. L-importaturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' prodotti msejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'monitoraġġ ta' dan it-tip.
7. L-importaturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti u ta' prodotti mhux konformi.
Emenda 113 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 8
8. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni jew li għandhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.
8. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew jirtirawh, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.
Emenda 114 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 9
9. L-importaturi għandhom, wara li ssir talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
9. L-importaturi għandhom, wara li ssir talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.
Emenda 115 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Qabel ma prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru fejn il-prodott se jsir disponibbli fis-suq u li l-manifattur u l-importaturi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6) u fl-Artikolu 7(4).
2. Qabel ma prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikun konformi ma' din id-Direttiva u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq u li l-manifattur u l-importaturi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6) u fl-Artikolu 7(4).
Emenda 116 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3
3. Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, il-prodott ma għandux isir disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
3. Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, il-prodott ma għandux jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx f'konformità ma' din id-Direttiva, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
Emenda 117 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 5
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkun sar disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi jew jirtirawh, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.
Emenda 118 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 6
6. Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.
6. Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.
Emenda 119 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 2
2. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.
2. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu partikolari, li għandu jkun ta' mill-inqas ħames snin, wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott jew wara li jkunu fornew il-prodott.
2a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a li jissupplimenta din id-Direttiva sabiex tispeċifika l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dan il-perjodu għandu jkun proporzjonali maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott ikkonċernat.
Emenda 121 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubblikuf'format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabilità. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.
2. Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.
Emenda 122 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 4
4. Il-fornituri tas-servizzi għandhom, wara li ssir talba mmotivata minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.
4. Il-fornituri tas-servizzi għandhom, wara li ssir talba minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 339 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt b
(b) l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi b’rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b’diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta’ żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.
(b) l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.
Emenda 123 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 4
4. Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati.
4. Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati, imqiegħda għad-dispożizzjoni għal finijiet ta' titjib tal-aċċessibbiltà.
Emenda 124 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 5
5. Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku.
5. Il-valutazzjoni inizjali dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku.
Emenda 230 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a biex tissupplimenta l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi tispeċifika ulterjorment il-kriterji li jridu jitqiesu għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti minn din id-Direttiva meta jiġi vvalutat jekk il-piż għandux jitqies sproporzjonat, mingħajr ma timmodifika dawk il-kriterji.
Meta tispeċifika ulterjorment dawk il-kriterji , il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mhux biss il-benefiċċji potenzjali għall-persuni b'diżabilità, iżda wkoll dawk għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att delegat li jkopri l-prodotti u s-servizzi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 126 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 6
6. Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.
6. Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq fuq talba tagħha. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu ikunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti
6a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell ta' notifika għall-finijiet tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(1a). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att ta' implimentazzjoni sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
6b. Għandu jiġi stabbilit djalogu strutturat bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiġi żgurat li jiġu stabbiliti prinċipji xierqa għall-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet ħalli jiġi żgurat li jkunu koerenti.
6c. L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu inċentivi u linji gwida għall-mikrointrapriżi biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-proċeduri u l-linji gwida għandhom ikunu żviluppati f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.
Emenda 130 Proposta għal direttiva Kapitolu IV – titolu
Standards armonizzati, speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u konformità tal-prodotti u tas-servizzi
Standards armonizzati, speċifikazzjonijiet tekniċi u konformità tal-prodotti u tas-servizzi
Emenda 131 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1
Il-prodotti u s-servizzi li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 3.
1. Il-prodotti u s-servizzi li jissodisfaw l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, imsemmija fl-Artikolu 3,li jkunu koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
1a. Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew aktar biex jabbozza jew jabbozzaw standards armonizzati għar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn it-talbiet sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
1b. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Madankollu, biex tagħmel dan għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
(b) il-Kummissjoni tkun adottat talba skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; u
(c) il-Kummissjoni tinnota dewmien żejjed fil-proċedura ta' standardizzazzjoni.
Qabel ma tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2) ta' din id-Direttiva.
1c. Meta ma jkunux ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea referenzi għall-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-prodotti u s-servizzi li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu jew partijiet minnhom għandhom jitqiesu li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 li jkunu koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom.
Emenda 135 Proposta għal direttiva Artikolu 14
Artikolu 14
imħassar
Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni
1. Meta l-ebda referenza għall-istandards armonizzati ma tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u fejn ikunu jinħtieġu, għall-armonizzazzjoni tas-suq, aktar dettalji dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' ċerti prodotti u servizzi, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni ("STK") għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2) ta' din id-Direttiva.
2. Il-prodotti u s-servizzi li jikkonformaw mas-STK imsemmija fil-paragrafu 1, jew ma' partijiet minnhom, għandhom jitqiesu li jkunu konformi ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, koperti minn dawk is-STK jew minn partijiet minnhom.
Emenda 136 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 2
2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż sproporzjonat għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi mitluba mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli l-prodott.
2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż sproporzjonat għall-intrapriżi żgħar u medji. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi mitluba mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli l-prodott.
Emenda 137 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 3
3. Meta prodott ikun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE waħda fir-rigward ta' dawn l-atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.
3. Meta prodott ikun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE fir-rigward ta' dawn l-atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.
4a. Flimkien mad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-manifattur għandu jinkludi avviż fuq l-imballaġġ li jinforma lill-konsumaturi b'mod kosteffikaċi, sempliċi u preċiż li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà.
Emenda 139 Proposta għal direttiva Artikolu 16
Artikolu 16
imħassar
Prinċipji ġenerali tat-tikketta CE tal-prodotti
It-tikketta CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Emenda 140 Proposta għal direttiva Artikolu -17 (ġdid)
Artikolu -17
Database nazzjonali
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxu database aċċessibbli għall-pubbliku biex jirreġistra prodotti mhux aċċessibbli. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw u jdaħħlu informazzjoni dwar prodotti mhux aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinfurmaw lill-konsumaturi jew lil partijiet ikkonċernati oħra dwar il-possibbiltà li jressqu lmenti. Għandha tiġi prevista sistema interattiva bejn id-databases nazzjonali, possibbilment taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni jew l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rilevanti, sabiex l-informazzjoni dwar prodotti mhux aċċessibbli tkun tista' tinxtered madwar l-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bl-eżistenza, bir-responsabbiltajiet u bl-identità tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f'formati aċċessibbli fuq talba.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bl-eżistenza, bir-responsabbiltajiet u bl-identità tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar il-ħidma tagħhom u dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ħadu f'formati aċċessibbli fuq talba min-naħa tal-membri tal-pubbliku kkonċernati.
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew meta jkollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju marbut ma' aspetti ta' aċċessibbiltà koperti minn din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew meta jkollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva ma jkunx f'konformità ma' din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex il-prodott isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti,biex il-prodottjiġi rtirat mis-suq jew biex jissejjaħ lura f'perjodu ta' żmien raġonevoli, skont in-natura tar-riskju, kif jista' jiġi preskritt minnhom.
Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex il-prodott ikkonċernat isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti. Jekk l-operatur ekonomiku rilevanti ma jieħu l-ebda azzjoni korrettiva adegwata, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jesiġu li l-operatur ekonomikujirtira l-prodott mis-suq f'perjodu ta' żmien raġonevoli.
Emenda 144 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 4
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodotti li jkunu qed isiru disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-prodott minn dak is-suq jew biex isejħuh lura. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri.
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodotti li jkunu qed isiru disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom jew biex jirtiraw il-prodott minn dak is-suq. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri.
Emenda 145 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u tar-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku relevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
Emenda 146 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt a
(a) il-prodott jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, jew
(a) il-prodott jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3, jew
Emenda 147 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 8
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa u proporzjonati fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.
Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jittressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.
Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni jkollha evidenza raġonevolili tissuġġerixxi li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.
Emenda 149 Proposta għal direttiva Artikolu 20a (ġdid)
Artikolu 20a
Grupp ta' Ħidma
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma.
Dan il-grupp ta' ħidma għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.
2. Il-grupp ta' ħidma għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a) jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
(b) jiżgura koerenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3;
(c) jesprimi opinjoni dwar l-eċċezzjonijiet mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 f'każijiet li huma meqjusa neċessarji, wara li jkun irċieva t-talba tal-Kummissjoni.
Emenda 151 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c
(c) Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà marbuta ma' kriterji soċjali u ta' kwalità stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri ta' offerti għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007;
imħassar
Emendi 247 u 281 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)
(da) fejn applikabbli, għal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni jew għad-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jirreferu għall-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà.
Emenda 282 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt d b (ġdid)
(db) meta l-Unjoni tikkonfinanzja proġetti tal-infrastruttura tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni aċċessibbli u mingħajr ostakli taħt is-CEF, il-Fondi Strutturali jew il-FEIS, il-proġetti li jappoġġaw jew li jinkludu komponenti tal-aċċessibbiltà għandhom jiġu prijoritizzati.
Emenda 152 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 1
1. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.
1. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti jew fuq l-operaturi kuntrattati minnhom għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.
Emendi 226 u 257 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku;
(b) l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.
Emenda 153 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 3
3. Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
3. Il-valutazzjoni inizjali dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Emenda 231 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a biex tissupplimenta l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu billi tispeċifika ulterjorment il-kriterji li jridu jitqiesu għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti minn din id-Direttiva meta jiġi vvalutat jekk il-piż għandux jitqies bħala sproporzjonat, mingħajr ma timmodifika dawk il-kriterji.
Meta tispeċifika ulterjorment dawk il-kriterji , il-Kummissjoni għandha mhux biss tikkunsidra l-benefiċċji potenzjali għall-persuni b'diżabilità, iżda wkoll dawk għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att delegat li jkopri l-prodotti u s-servizzi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 155 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 4
4. Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
4. Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq fuq talba tagħha.
4a. Jekk il-Kummissjoni jkollha raġuni biex tiddubita d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti kkonċernata, il-Kummissjoni tista' titlob lill-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 20a jivverifika l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u joħroġ opinjoni.
4b. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu mudell ta' notifika għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(1a). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att ta' implimentazzjoni sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 158 Proposta għal direttiva Kapitolu VII – titolu
SETGĦAT TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
ATTI DELEGATI, SETGĦAT TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Emenda 159 Proposta għal direttiva Artikolu 23a (ġdid)
Artikolu 23a
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(12), l-Artikolu 12(5a) u l-Artikolu 22(3a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10, l-Artikolu 12(5a) u l-Artikolu 22(3a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(12), l-Artikolu 12(5a) u l-Artikolu 22(3a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi zmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 161 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 2
2. Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 162 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt a
(a) dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;
(a) il-possibbiltà, għall-konsumatur direttament affettwat min-nuqqas ta' konformità ta' prodott jew servizz, li jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;
Emenda 163 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b
(b) id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-korpi pubbliċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra privati li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti f'isem il-konsumaturi sabiex jiżguraw li jitħarsu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
(b) il-possibbiltà, għall-korpi pubbliċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra privati li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, biex jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti f’isem il-konsumaturi sabiex jiżguraw li jitħarsu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dak l-interess leġittimu jista' jkun ir-rappreżentanza tal-konsumaturi li huma direttament affettwati min-nuqqas ta' konformità ta' prodott jew servizz;
Emenda 164 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) il-possibbiltà, għall-konsumatur direttament affettwat min-nuqqas ta' konformità ta' prodott jew servizz, li juża mekkaniżmu tal-ilmenti; Dak il-mekkaniżmu jista' jkun ġestit minn korp eżistenti bħal ombudsman nazzjonali.
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma jinbdew proċeduri quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, ikunu fis-seħħ mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattivi għat-tilwim biex jirriżolvu xi allegat nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva li ġie rrapportat permezz ta' mekkaniżmu tal-ilmenti msemmi fil-punt (ba) tal-paragrafu 2.
2b. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-kuntratti li huma soġġetti għad-Direttivi 2014/24/UE jew 2014/25/UE.
Emenda 288 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 2
2. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, iżda ma għandhomx iservu bħala alternattiva għall-eżekuzzjoni, min-naħa tal-operaturi ekonomiċi, tal-obbligu tagħhom li jagħmlu l-prodotti jew is-servizzi tagħhom aċċessibbli. Dawn il-penali għandhom ikunu akkumpanjati b'azzjoni ta' rimedju effettiva f'każ ta' nuqqas ta' konformità tal-operatur ekonomiku.
Emenda 168 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 4
4. Il-penali għandhom iqisu l-livell ta' nuqqas ta' konformità, inkluż l-għadd ta' unitajiet tal-prodotti jew tas-servizzi li mhumiex konformi kkonċernati, kif ukoll l-għadd ta' persuni affettwati.
4. Il-penali għandhom iqisu l-livell ta' nuqqas ta' konformità, inkluż is-serjetà tiegħu, u l-għadd ta' unitajiet tal-prodotti jew tas-servizzi li mhumiex konformi kkonċernati, kif ukoll l-għadd ta' persuni affettwati.
Emenda 169 Proposta għal direttiva Artikolu 27 – paragrafu 2
2. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].
2. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn ... [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].
2a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2b ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin wara... [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] li matulu l-fornituri tas-servizzi jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom bl-użu ta' prodotti li jkunu ġew legalment użati minnhom biex jipprovdu servizzi simili qabel dik id-data.
2b. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-terminals self-service użati legalment minn fornituri ta' servizzi għall-forniment ta' servizzi qabel .... [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] jistgħu jibqgħu jintużaw fil-forniment ta' servizzi simili sa tmiem il-ħajja ekonomikament utli tagħhom.
Emenda 172 Proposta għal direttiva Artikolu 27 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri li jużaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 3(10) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw għal dak l-għan u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħhom.
5. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw bl-tal-Artikolu 3(10) u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 173 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 1
Sa […daħħal id-data - ħames snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
-1. Sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 174 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 1
1. Ir-rapport għandu, inter alia, jindirizza fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, l-evoluzzjoni tal-aċċessibbiltà ta' prodotti u ta' servizzi u l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi u l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jidentifika meta jkun possibbli, l-oqsma għal tnaqqis tal-piż, bl-għan li jivvaluta l-ħtieġa ta' rieżami ta' din id-Direttiva.
1. Dawk ir-rapporti, mfasslaabbażi tan-nofitiki riċevuti skont l-Artikolu 12(6) u l-Artikolu 22(4), għandhom jivvalutaw jekk din id-Direttiva laħqitx l-objettivi tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli. Barra minn hekk, dawk ir-rapporti għandhom fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, jindirizzaw l-evoluzzjoni tal-aċċessibbiltà ta' prodotti u ta' servizzi, il-ħtieġa li jinkludu prodotti u servizzi ġodda fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jew il-ħtieġa li jeskludu ċerti prodotti jew servizzi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll l-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-operaturi ekonomiċi u l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jidentifikaw meta jkun possibbli, l-oqsma għal tnaqqis tal-piż, bl-għan li jivvalutaw il-ħtieġa ta' rieżami ta' din id-Direttiva.
Emenda 175 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tfassal rapport bħal dan.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tfassal rapporti bħal dawn.
Emenda 176 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità u dawk li jirrappreżentaw lill-persuni anzjani.
3. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità.
Emenda 177 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima I – Parti A (ġdid)
A. Sistemi ta' tħaddim
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C, u għandu jinkludi:
(a) informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu; kif ukoll
(b) informazzjoni elettronika, inklużi s-siti web meħtieġa għall-għoti tas-servizz ikkonċernat.
Emenda 178 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima I – Parti B (ġdid)
B. Il-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali u s-sistemi operattivi integrati tiegħu
Emenda 180 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima I – punt 2
[.....]
imħassar
Emenda 181 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima I – Parti C (ġdid)
C. Rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali
Sabiex id-disinn u l-interfaċċja tal-utenti tagħhom isiru aċċessibbli, il-prodotti u s-servizzi għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:
(a) Użu mingħajr viżjoni
Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi viżjoni.
(b) Użu b'viżjoni limitata
Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tippermetti lill-utenti jħaddmu l-prodott b'viżjoni limitata; li jista' jinkiseb, pereżempju, permezz ta' karatteristiċi relatati ma' kuntrast u luminanza flessibbli, tkabbir flessibbli mingħajr telf tal-kontenut jew tal-funzjonalitajiet ġodda, modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ.
(c) Użu mingħajr perċezzjoni tal-kulur
Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-utent tal-kulur.
(d) Użu mingħajr smigħ
Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ.
(e) Użu bi smigħ limitat
Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim b'funzjonalitajiet awdjo mtejba; dan jista' jinkiseb pereżempju għal kontroll tal-utent tal-volum u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw ħoss fuq quddiem minn ħoss fl-isfond fejn il-vuċi u l-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati.
(f) Użu mingħajr kapaċitajiet vokali
Fejn il-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi lill-utenti jiġġeneraw output vokali. Output vokali jinkludi kwalunkwe ħoss iġġenerat mill-fomm bħal diskors, tisfir jew klikkjaturi.
(g) Użu b'manipulazzjoni jew saħħa limitati
Fejn il-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta' azzjonijiet alternattivi li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar bħal manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin.
(h) Użu b'moviment limitat
Fejn il-prodotti jkunu weqfin fl-art jew installati, l-elementi tat-tħaddim għandhom ikunu jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha;
(i) Minimizzazzjoni tar-riskju li jiġu stimulati reazzjonijiet fotosensittivi
Fejn il-prodott jipprovdi modi viżwali ta' tħaddim, dan għandu jevita modi ta' tħaddim li huma magħrufa li jikkawżaw reazzjonijiet fotosensittivi;
(j) Użu b'konjizzjoni limitata
Il-prodott għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tinkorpora karatteristiċi li jagħmlu l-użu aktar sempliċi u faċli.
(k) Privatezza
Fejn il-prodott jinkorpora funzjonalitajiet previsti għall-aċċessibbiltà, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tippreżerva l-privatezza tal-utenti meta jużaw dawk il-funzjonalitajiet tal-ICT previsti għall-aċċessibbiltà.
Emenda 182 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima I – Parti D (ġdid)
D. Servizzi ta' appoġġ
Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għal persuni b'diżabilità.
Emendi 183 u 291 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima II – titolu
it-terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti u magni taċ-check-in
it-terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti, magni taċ-check-in u terminals tal-ħlas
Emendi 184, 291, 299 u 342 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima II – punt 1
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I. F'dak ir-rigward, il-prodotti ma għandhomx jirrikjedu li karatteristika ta' aċċessibbiltà tkun attivata sabiex utent li jkollu bżonn din il-karatteristika jkun jista' jattivaha.
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti għandhom ikunu aċċessibbli inkluż dan li ġej:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija);
(i) trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(ii) trid tkun tinftiehem;
(iii) trid tkun perċettibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(b) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(b) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);
(c) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(c) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilitajiet;li jridu jinkisbu billi jipprevedu l-użu ta' kuffji personali, fejn ikun meħtieġ rispons f'waqtu, billi l-utent jiġi avżat permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed u billi tingħata l-possibbiltà li jittawwal iż-żmien permess ,u billi jkun hemm kuntrast adegwat u buttuni u kontrolli identifikati bil-mess;
(d) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
(d) meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti cochlear, u tagħmir tas-smigħ assistiv.
Emenda 185 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima II – punt 2
[....]
imħassar
Emenda 186 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima III – titolu
Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi
Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals relatat
Emendi 187, 292 u 300 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima III – Parti A – punt 1
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:
(a) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi"
(a) il-prodotti li l-fornituri tas-servizzi jużaw fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti B ta' din it-Taqsima;
(b) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(b) informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).
(c) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(c) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(ca) applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli;
(d) tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;
(d) informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;
(e) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
(e) funzjonijiet, prattiki, politiki, proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'dizabilità u jiżguraw l-interoperabbiltà; li jridu jinkisbu billi jkunu previsti komunikazzjoni bil-vuċi, bil-vidjo u bit-test f'ħin reali, b'kull mod waħdu jew b'modi kkumbinati (konverżazzjoni totali), bejn żewġ utenti, jew bejn utent u servizz ta' emerġenza.
Emenda 344 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima III – punt A – punt 1 a (ġdid)
1a. Servizzi ta' appoġġ Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji assistivi, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.
Emendi 188 u 292 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima III – Parti B – titolu
B. Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi:
B. Tagħmir terminali relatat użat mill-konsumaturi:
Emendi 189, 292 u 301 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 1
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijietut-twissija);
(i) trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(ii) trid tkun tinftiehem;
(iii) trid tkun perċettibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott;
(i) il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u
(ii) l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u jiżguraw l-interoperabbiltà; li trid tinkiseb billi jkunu previsti awdjo hifi, riżoluzzjoni tal-vidjo li tippermetti l-komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, il-komunikazzjoni bit-test fil-ħin reali, waħedha jew ikkombinata ma' komunikazzjoni bil-vuċi jew bil-vidjo, jew bl-iżgurar ta' kollegament effettiv bla fili ma' teknoloġiji tas-smigħ;
(f) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
(f) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
Emenda 190 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2
[....]
imħassar
Emenda 346/rev Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima II – Parti B – punt 2 a (ġdid)
2a. Servizzi ta' appoġġ: fejn ikunu disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u dwar il-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni li jkunu aċċessibbli għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.
Emenda 191 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IV – titolu
Is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir għall-konsumaturi relatat
Emenda 192 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IV – Parti A – titolu
A. Servizzi:
A. Siti web u applikazzjonijiet onlajn:
Emenda 193 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:
(a) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi"
(a) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(b) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(b) l-applikazzjonijiet bankarji abbażi ta' apparat mobbli;
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).
(c) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(d) tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;
(e) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
Emenda 194 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IV – Parti B – titolu
B. Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi:
B. Tagħmir għall-konsumatur relatat:
Emendi 195 u 293 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 1
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijietut-twissija);
(i) trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(ii) trid tkun tinftiehem;
(iii) trid tkun perċettibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott;
(i) il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u
(ii) l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;din tista' tinkiseb pereżempju billi tappoġġja l-possibbiltà li wieħed jagħżel, jippersonalizza u juri servizzi ta' aċċess bħal sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u dawk b'diffikultajiet ta' smigħ, deskrizzjoni bl-awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, billi jiġu pprovduti mezzi għal fili effettivi għat-teknoloġiji għas-smigħ jew billi jiġu pprovduti l-kontrolli tal-utent biex jiġu aċċessati s-servizzi għal servizzi awdjoviżivi lill-utent fl-istess livell ta' prominenza bħall-kontrolli tal-midja primarji;
(f) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
(f) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
Emenda 196 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2
[....]
imħassar
Emendi 197 u 308 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – titolu
is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri: servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali; It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri
is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-kowċ, , bil-ferrovija u fuq l-ilma; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri: servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali; It-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri, ta' mobbiltà u ta' turiżmu
Emendi 198, 294/rev, 303, 311, 315 u 316 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:
(a) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(a) informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(aa) informazzjoni dwar kifjintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz, inkluża l-aċċessibbiltà tal-vetturi u tal-infrastruttura tal-madwar u tal-ambjent mibni għandha tiġi elenkata u spjegata u informazzjoni dwar l-għajnuna għandha tiġi pprovduta skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/2010, (KE) Nru 1371/2007 u (UE) Nru 181/2011;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).
(ab) informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).
(b) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;
(b) is-siti web, inklużi l-applikazzjonijiet online meħtieġa għall-forniment tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, tat-turiżmu, tal-akkomodazzjoni u tal-forniment tal-ikel, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti; dan jinkludi l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti ta' alternattiva elettronika aċċessibbli, meta jkun neċessarju, b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;
(ba) is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-provvediment tas-servizz, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim tal-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;
(c) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
(c) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki, proċeduri u tibdiliet fl-operazzjoni tas-servizz immirat biex jindirizza l-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità, inkluż li s-servizzi abbażi tat-tagħmir mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet tat-tagħmir mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz, jingħamlu aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, l-operazzjoni u l-fehim tal-utent, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni tal-kontenuti u dik tal-interazzjoni, bil-previżjoni ta' alternattiva elettronika aċċessibbli fejn ikun meħtieġ; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u ma' teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali; Dan jikkonċerna servizzi bħal pereżempju magni intelliġenti tal-biljetti (riżervazzjoni elettronika, prenotazzjoni ta' biljetti, eċċ.), informazzjoni għall-passiġġieri f'ħin reali (skedi, informazzjoni dwar tfixkil tat-traffiku, servizzi ta' kollegament, tkomplija tal-ivjaġġar b'modi oħra ta' trasport, eċċ.), u informazzjoni addizzjonali ta' servizz (eż. persunal ta' stazzjonijiet, lifts li ma jaħdmux jew servizzi li temporanjament ma jkunux disponibbli);
(ca) servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti u informazzjoni f'ħin reali.
Emenda 199 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – Parti B
B. Is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:
imħassar
(a) is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.
Emenda 200 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – Parti C
C. servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali;
imħassar
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
(a) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).
(b) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
Emenda 201 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – Parti D – titolu
D. It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:
D. It-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:
Emendi 202 u 327 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – Parti D – punt 1
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
1. Id-disinn u l-produzzjoni:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet ut-twissija);
(i) trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(ii) trid tkun tinftiehem;
(iii) trid tkun perċettibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(b) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(b) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);
(c) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(c) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;
(d) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
(d) il-kompatibbiltà tal-prodott ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparati tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti cochlear, u tagħmir tas-smigħ ta' assistenza; il-prodott għandu jippermetti wkoll l-użu ta' kuffji personali.
Emenda 352 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – Parti D – punt 1 a (ġdid)
1a. Servizzi ta' appoġġ
Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji assistivi, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.
Emenda 203 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima V – Parti D – punt 2
[....]
imħassar
Emenda 204 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VI – titolu
is-servizzi bankarji; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji: is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli; it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji
Is-servizzi bankarji tal-konsumatur; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji: is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli; it-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas u l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji
Emendi 205, 295 u 304 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt 1
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:
(a) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt D:
(a) il-prodotti li l-fornituri tas-servizzi jużaw fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti D ta' din it-Taqsima;
(b) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(b) informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tkun tinftiehem, mingħajr ma jinqabeż livell ta' kumplessità ogħla minn livell B2 (intermedju għoli) tal-Qafas Ewropew Komuni ta' Riferenza għal-Lingwi tal-Kunsill tal-Ewropa;
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).
(ba) informazzjoni elettronika, inklużi s-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, u inkluża l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni elettronika, is-sigurtà u l-metodi ta' ħlas.
(c) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(d) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
(d) funzjonijiet, prattiki, politiki, proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;
(da) is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli;
Emenda 206 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VI – Parti B
B. is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji:
imħassar
L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
(a) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
Emenda 207 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VI – Parti C
C. is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli;
imħassar
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
(a) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).
(b) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
Emenda 208 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VI – Parti D – titolu
D. It-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji
D. It-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas, il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji għall-konsumatur
Emenda 209 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VI – Parti D – punt 1
1. Id-disinn u l-produzzjoni
1. Id-disinn u l-produzzjoni
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijietut-twissija);
(i) trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(ii) trid tkun tinftiehem;
(iii) trid tkun perċettibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(b) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(b) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);
(c) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(c) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;
(d) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
(d) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
Emenda 356 Proposta għal direttiva Anness I– Taqsima VI – Parti D – punt 1 a (ġdid)
1a. Servizzi ta' appoġġ
Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji assistivi, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.
Emenda 210 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VI – Parti D – punt 2
[....]
imħassar
Emenda 211 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VII – titolu
il-kotba elettroniċi
Il-kotba elettroniċi u tagħmir relatat
Emenda 305 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VII – Parti A – punt 1
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti f'din id-Direttiva, u għandu jinkludi:
(a) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B "Prodotti";
(a) il-prodotti li l-fornituri tas-servizzi jużaw fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti B ta' din it-Taqsima;
b) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:
b) l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u tiġi pprovduta informazzjoni disponibbli (metadata) dwar karatteristiċi ta’ accessibbilta ta’ prodotti u servizzi:
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati ta’ test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati alternattivi ta’ assistenza li għandhom ikunu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).
(ba) informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati u l-apparat tal-kotba elettroniċi, meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat.
(c) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(c) is-siti web u l-applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;
(d) tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;
(d) tingħata informazzjoni aċċessibbli biex tiffaċilita l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;
(e) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
(e) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdiliet fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità, li jridu jitwettqu billi tkun żgurata n-navigazzjoni fid-dokument kollu, bħal b'formati dinamiċi, il-possibbiltà li ta' sinkronizzazzjoni bejn it-test u l-kontenut awdjo, tekonoloġija tal-qari awtomatiku tat-test, li jkunu permessi rappreżentazzjonijiet alternattivi tal-kontenut u l-interoperabbiltà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi, b'mod li l-informazzjoni tista' tkun perċettibbli, operabbli u komprensibbli, u li jimmassimizza l-livell ta' kompatibbiltà ma' aġenti għall-utenti.
Emenda 358 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VII – punt B – punt 1
1. Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:
1. Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jitwettqu b'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, istruzzjonijiet, twissija), li:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:
(i) trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(i) għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(ii) trid tkun tinftiehem;
(ii) għandha tkun tinftiehem;
(iii) trid tkun perċettibbli;
(iii) għandha tkun perċettibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha f'kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(b) l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) u indikazzjoni tal-marka, l-isem u t-tip tal-prodott li:
(i) għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt a;
(ii) għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:
(i) il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati ta' test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati alternattivi ta' assistenza li għandhom ikunu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(i) għandhomikunu disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet li jkun kemm perċettibbli kif ukoll operabbli; and
(ii) l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(ii) il-manifattur għandu jelenka u jispjega kif tuża l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu mat-teknoloġiji ta' assistenza;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(f) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
(f) meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza.
Emenda 214 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VII – Parti B – punt 2
[...]
imħassar
Emendi 215, 296, 306 u 359 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VIII – Parti A – punt 1
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:
(a) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(a) informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).
(aa) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati, u inkluża l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni elettronika, is-sigurtà u l-metodi ta' ħlas, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b);
(b) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(b) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(ba) is-servizzi ta' kummerċ elettroniku abbażi ta' apparat mobbli.
Emenda 360 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima VIII – punt A – punt 1 a (ġdid)
1a. Servizzi ta' appoġġ: fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji assistivi, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.
Emenda 335 Proposta għal direttiva Anness I - Taqsima VIIIa (ġdid)
TAQSIMA VIIIa
Servizzi ta' akkomodazzjoni
Servizzi
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
(a) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:
(i) isiru disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u billi jsiru perċettibbli, operabbli, komprensibbli u b'saħħithom f'konformità mal-punt (b);
(ii) jiġi elenkat u spjegat l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji ta' assistenza.
(b) is-siti web u l-applikazzjonijiet online meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(c) is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti ta' servizzi ta' kummerċ elettroniku jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(d) il-metodi ta' identifikazzjoni elettronika, ta' sigurtà u ta' ħlas meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru komprensibbli, perċettibbli, operabbli u b'saħħithom, mingħajr ma jiddgħajfu s-sigurtà u l-privatezza tal-utent;
(e) l-ambjent mibni jsir aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima X, inklużi:
(i) iż-żoni komuni kollha (is-sala tal-akkoljenza, id-dħul, il-faċilitajiet ta' rikreazzjoni, is-swali tal-konferenzi, eċċ.)
(ii) il-kmamar, f'konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima X; in-numru minimu ta' kmamar aċċessibbli għal kull stabbiliment għandu jkun:
– kamra aċċessibbli għal stabbilimenti b'total ta' anqas minn 20 kamra
– żewġt ikmamar aċċessibbli għal stabbilimenti b'aktar minn 20 kamra iżda b'inqas minn 50 kamra
– kamra supplimentari aċċessibbli għal kull 50 kamra addizzjonali.
2. Servizzi ta' appoġġ
Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza u servizzi, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.
Emenda 216 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IX – Parti A – punt 1
1. Id-disinn u l-produzzjoni
1. Id-disinn u l-produzzjoni
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:
Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:
(a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija);
(i) trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(ii) trid tkun tinftiehem;
(iii) trid tkun perċettibbli;
(iv) għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:
(c) l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott;
(i) il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u
(ii) l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;
(d) l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;
(e) il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;
(f) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
(f) l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.
Emendi 217 u 297/rev Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IX – Parti A – punt 2
[...]
imħassar
Emenda 218 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IX – Parti B – punt 1
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:
1. L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:
(a) isir aċċessibbli l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;
(a) l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;
(b) il-faċilitajiet isiru aċċessibbli, inklużi l-vetturi, l-inġenji u t-tagħmir meħtieġa biex jitwassal is-servizz kif ġej:
(b) il-faċilitajiet, inklużi l-vetturi, l-inġenji u t-tagħmir meħtieġa biex jitwassal is-servizz kif ġej:
(i) id-disinn tal-ispazju mibni tiegħu għandu jimxi mar-rekwiżiti skont il-Parti C fir-rigward tal-imbark, l-iżbark, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu;
(i) id-disinn tal-ispazju mibni tiegħu għandu jimxi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti C fir-rigward tal-imbark, l-iżbark, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu;
(ii) l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;
(iii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut viżwali mhux testwali.
(c) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti A;
(c) il-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti A;
(d) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:
(d) informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;
(i) il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,
(ii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;
(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (e).
(e) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(e) is-siti web u l-applikazzjonijiet mobblijsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;
(f) tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;
(f) informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;
(g) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.
(g) funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità.
Emenda 219 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima IX – Parti C – punt 1 – parti introduttorja
1. L-aċċessibbiltà b'mod indipendenti għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età, tal-ambjent mibni għall-użu prevedibbli tiegħu, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:
1. L-aċċessibbiltà b'mod indipendenti għal persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età tal-ambjent mibni għall-użu prevedibbli tiegħu, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:
Emenda 220 Proposta għal direttiva Anness I – Taqsima X – punt 1 - parti introduttorja
L-aċċessibbiltà għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età, tal-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 3(10) għall-użu prevedibbli tiegħu b'mod indipendenti, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:
L-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età tal-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 3(10) għall-użu prevedibbli tiegħu b'mod indipendenti, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:
Emenda 221 Proposta għal direttiva Anness II – paragrafu 4 – punt 4.1
4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE kif stabbilit f'din id-Direttiva ma' kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.