Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0221(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0120/2017

Testi mressqa :

A8-0120/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 18
CRE 13/09/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.10

Testi adottati :

P8_TA(2017)0356

Testi adottati
PDF 335kWORD 46k
Il-Ħamis, 14 ta' Settembru 2017 - Strasburgu
Fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej ***I
P8_TA(2017)0356A8-0120/2017
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (COM(2016)0461 – C8-0320/2016 – 2016/0221(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0461),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0320/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0120/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 394, 26.10.2016, p.2.
(2) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 48.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-14 ta' Settembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej
P8_TC1-COD(2016)0221

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1991.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza