Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0187(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0173/2017

Testi mressqa :

A8-0173/2017

Dibattiti :

PV 02/10/2017 - 14
CRE 02/10/2017 - 14

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2017 - 4.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0363

Testi adottati
PDF 350kWORD 58k
It-Tlieta, 3 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu
Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni ICCAT ***I
P8_TA(2017)0363A8-0173/2017
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2016)0401 – C8-0224/2016 – 2016/0187(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0401),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0224/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat(i) responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0173/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-reżoluzzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 142.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-3 ta’ Ottubru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007
P8_TC1-COD(2016)0187

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2107.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni qed tipproponi li timplimenta, fl-2017, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) li jmorru lura għall-2008. Dan ifisser li għal kważi 10 snin l-Unjoni ma kinitx qed tkun konformi mal-obbligi internazzjonali tagħha.

Minbarra l-fatt li dan jista' jiġi kkontestat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Unjoni bħala entità mexxejja fil-qasam tas-sostenibilità fil-fora internazzjonali, hemm kwistjoni oħra li twassal għal inċertezza tad-dritt għall-operaturi u kritika leġittima min-naħa tal-partijiet ikkonċernati: il-fatt li l-istituzzjonijiet waslu biex jadottaw ir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT - u b'mod partikolari dik dwar il-pixxispad tal-Mediterran, speċi ikonika li għaliha, is-sena l-oħra, l-ICCAT adottat pjan ta' rkupru pluriennali - rakkomandazzjonijiet li huma obsoleti u mhux aġġornati.

Dan iwassal għall-paradoss li l-Unjoni ser tadotta, permezz ta' dan ir-Regolament, miżuri dwar il-pixxispad li sadanittant ġew sostitwiti minn pjan ta' rkupru ġdid, li ilu applikabbli għall-operaturi minn April 2017. Din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli mil-lat ġuridiku u, fuq kollox, mil-lat politiku.

Is-sitwazzjoni hija aktar u aktar inaċċettabbli peress li l-Kummissjoni, kważi sitt xhur wara l-adozzjoni, min-naħa tal-ICCAT, tar-Rakkomandazzjoni 16-05 dwar il-pixxispad tal-Mediterran, ma adottat ebda proposta għat-traspożizzjoni ta' dik ir-Rakkomandazzjoni, minkejja li huwa ġeneralment rikonoxxut li l-istokkijiet jinsabu f'qagħda kritika u li, fi kwalunkwe każ, il-pjan ta' rkupru huwa diġà applikabbli għall-operaturi. Ta' min jinnota li dan l-eżerċizzju ta' traspożizzjoni mhuwiex wieħed ikkumplikat, peress li d-dispożizzjonijiet huma diġà adottati u t-test jeħtieġ biss adattamenti żgħar.

Il-Parlament Ewropew iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibgħat kwalunkwe proposta futura għat-traspożizzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd fi żmien massimu ta' sitt xhur mid-data tal-adozzjoni tagħhom.

Dwar il-kontenut tal-pjan ta' rkupru:

Il-Parlament Ewropew jilqa' r-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT li tistabbilixxi pjan pluriennali ta' rkupru għall-pixxispad tal-Mediterran.

Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi d-dimensjoni soċjo-ekonomika tas-sajd fuq skala żgħira fil-Mediterran u l-ħtieġa għal approċċ aktar gradwali u flessibilità fil-ġestjoni ta' dan it-tip ta' sajd.

Huwa jenfasizza li, biex il-pjan ta' rkupru jkun ta' suċċess, iridu jsiru sforzi wkoll min-naħa ta' pajjiżi terzi ġirien biex issir ġestjoni effiċjenti ta' din l-ispeċi.

Fl-aħħar nett, huwa jisħaq fuq il-punt li l-kwoti għandhom jitqassmu b'mod ekwu bejn l-operaturi, b'kont meħud tal-valuri tal-produzzjoni u l-fatturat. Il-kwoti maqbuda illegalment bl-għażel tat-tisqif m'għandhomx jgħoddu fil-kalkolu tad-drittijiet u l-qabdiet storiċi."

Avviż legali - Politika tal-privatezza