Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (10161/2017 – C8-0224/2017 – 2017/0808(CNS))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10161/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0224/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0286/2017),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.